<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-39/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0039</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:584">EU:C:2019:584</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑39/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Icap <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Settur tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà ta’ impriża għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur tal-akkordju</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-multa</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑39/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fit-<DATE ISO="20180122">22 ta’ Jannar 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Mongin, M. Farley, T. Christoforou u V. Bottka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">NEX International Limited</HT>, li kienet Icap plc, stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Icap Management Services Ltd</HT>, stabbilita f’Londra,</P><P><HT TYPE="BOLD">Icap New Zealand Ltd</HT>, stabbilita f’Wellington (in-New Zealand), irrappreżentati minn C. Riis-Madsen, advokat, u minn S. Frank, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, F. Biltgen, J. Malenovský, C. G. Fernlund (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171110">10 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Icap <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑180/15</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:795">EU:T:2017:795</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din il-qorti annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 432 finali tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Mill-fatti tal-kawża esposti fil-punti 1 sa 21 tas-sentenza appellata jirriżulta li Icap plc (li tagħha NEX International Limited saret l-aventi kawża), Icap Management Services Ltd u Icap New Zealand Ltd (iktar ’il quddiem, flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Icap<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jagħmlu parti minn impriża ta’ servizzi ta’ brokerage permezz ta’ netwerks vokali u elettroniċi li hija wkoll fornitur ta’ servizzi ta’ wara n-negozju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset li Icap kienet ipparteċipat f’sitt okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>), dwar il-manipulazzjoni tar-rati ta’ riferiment interbankarji London Interbank Offered Rate (LIBOR, rata interbankarja pprattikata f’Londra, (ir-Renju Unit)) u Tokyo Interbank Offered Rate (TIBOR, rata interbankarja pprattikata f’Tokyo, (il-Ġappun)), fis-suq ta’ prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen, li kienu kkonstatati preċedentement mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8602 finali tal-<DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39861 – Prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20131029">29 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ ksur kontra Icap.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131112">12 ta’ Novembru 2013</DATE>, Icap informat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li ma tagħżilx proċedura ta’ tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, fejn imponiet fuq Icap sitt multi li jammontaw għal EUR <FT TYPE="NUMBER">14960000</FT> talli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ffaċilitat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> sitt okkorrenzi ta’ ksur:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ksur UBS/RBS tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, bejn l-14 ta’ Awwissu u l-<DATE ISO="20071101">1 ta’ Novembru 2007</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ksur UBS/RBS tal-2008<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, bejn it-28 ta’ Awwissu u t-<DATE ISO="20081103">3 ta’ Novembru 2008</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ksur UBS/DB<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, bejn it-22 ta’ Mejju u l-<DATE ISO="20090810">10 ta’ Awwissu 2009</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ksur Citi/RBS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, bejn it-3 ta’ Marzu u t-<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ksur Citi/DB<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, bejn is-7 ta’ April u s-<DATE ISO="20100607">7 ta’ Ġunju 2010</DATE>; u</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ksur Citi/UBS<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, bejn it-28 ta’ April u t-<DATE ISO="20100602">2 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punti 18 sa 21 tas-sentenza appellata huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni fakkret b’mod preliminari li, skont il-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi Imposti Skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Linji Gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>), l-ammont bażiku tal-multa għandu jiġi ddeterminat fid-dawl tal-kuntest li fih twettaq il-ksur kif ukoll, b’mod partikolari, fid-dawl tal-gravità u tat-tul tal-ksur u li r-rwol ta’<?PAGE NO="3"?> kull wieħed mill-parteċipanti għandu jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni individwali li tirrifletti ċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti li jista’ jkun hemm (premessa 284 tad-deċiżjoni [kontenzjuża]).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni osservat li l-Linji Gwida tal-2006 pprovdew biss ftit gwida dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multa għall-faċilitaturi. Ladarba Icap kienet operatur attiv fis-swieq tas-servizzi ta’ brokerage, u mhux f’dak tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi, hija qieset li ma setgħetx tissostitwixxi l-ispejjeż tal-prezzijiet tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi fil-yen Ġappuniż b’dawk tal-brokerage, sabiex tistabbilixxi d-dħul mill-bejgħ u tiffissa l-ammont tal-multa, peress li tali sostituzzjoni ma tirriflettix il-gravità u n-natura tal-ksur. Minn dan hija ddeduċiet, essenzjalment, li kien jeħtieġ li jiġi applikat il-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006, li jippermetti li dawn il-linji gwida jiġu injorati fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa (premessa 287 tad-deċiżjoni [kontenzjuża]).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-gravità tal-aġir inkwistjoni u tat-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Icap f’kull waħda mis-sitt okkorrenzi ta’ ksur inkwistjoni, il-Kummissjoni ffissat, għal kull ksur, ammont bażiku tal-multa, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">1040000</FT> għall-ksur UBS/RBS tal-2007, EUR <FT TYPE="NUMBER">1950000</FT> għall-ksur UBS/RBS tal-2008, EUR <FT TYPE="NUMBER">8170000</FT> għall-ksur UBS/DB, EUR <FT TYPE="NUMBER">1930000</FT> għall-ksur Citi/RBS, EUR <FT TYPE="NUMBER">1150000</FT> għall-ksur Citi/DB u EUR <FT TYPE="NUMBER">720000</FT> għall-ksur Citi/UBS (premessa 296 tad-deċiżjoni [kontenzjuża]).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iffissar tal-ammont definittiv tal-multa, il-Kummissjoni ma sabet li kien hemm ebda ċirkustanza aggravanti jew attenwanti u ħadet nota tal-fatt li l-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ annwali ma kienx inqabeż (premessa 299 tad-deċiżjoni [kontenzjuża]). L-Artikolu 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata timponi, għalhekk, fuq ir-rikorrenti multi li l-ammont definittiv tagħhom huwa ekwivalenti għal dak tal-ammont bażiku tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, Icap ressqet azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament, Icap invokat sitt motivi. Permezz tal-ewwel erba’ motivi, hija kkontestat il-legalità tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, fir-rigward tal-eżistenza tal-okkorrenzi tal-ksur. Il-ħames u s-sitt motiv kienu diretti kontra l-Artikolu 2 ta’ dik id-deċiżjoni, fir-rigward tal-multi imposti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, annullat parzjalment l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża u, min-naħa l-oħra, annullat l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata sa fejn hija tannulla l-multi stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad il-ħames u s-sitt motiv tar-rikors ta’ Icap quddiem il-Qorti Ġenerali, fir-rigward tal-multi, u tistabbilixxi l-ammont xieraq tal-multi imposti fuq Icap fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, u</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>tikkundanna lil Icap tbati l-ispejjeż kollha sostnuti matul dawn il-proċeduri u tadatta l-kundanna fir-rigward tal-ispejjeż fis-sentenza appellata sabiex tirrifletti l-eżitu ta’ dan l-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Icap titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell kollu kemm hu jew parzjalment, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri, inklużi dawk tal-ewwel istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu l-multi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li hija ma kinitx ipprovdiet motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-multi imposti fuq Icap.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni ssostni li, fil-punti 287 sa 291 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza riżultanti mis-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tipprovdi li l-Kummissjoni tissodisfa dan l-obbligu meta tindika lil impriża miżmuma responsabbli ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE, għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur, l-elementi ta’ evalwazzjoni li jkunu ppermettewlha tevalwa l-gravità u t-tul tal-ksur, mingħajr ma tkun madankollu obbligata tindika ċ-ċifri u l-kalkoli mwettqa sabiex tkun waslet biex tiffissa l-ammont tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punti 295 u 296 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/14 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:58">EU:C:2016:58</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li minnha madankollu jirriżulta li l-motivazzjoni ta’ att tal-Kummissjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kuntest tiegħu, li jinkludi l-iskambji bejn din tal-aħħar u l-persuni kkonċernati, li setgħu seħħew qabel jew wara l-adozzjoni tal-att inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni kontenzjuża tindika, suffiċjentement fil-liġi, il-fatturi ta’ gravità u ta’ tul tal-parteċipazzjoni ta’ Icap fil-ksur u li l-motivazzjoni tagħha hija, f’dan ir-rigward, paragunabbli ma’ dik tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li marret lil hinn minn dak li kienet obbligata tagħmel, sabiex tirrispondi lil Icap, li ħassitha vittma ta’ inugwaljanza fit-trattament meta mqabbla mal-impriża R.P. Martin, li kienet ikkundannata wkoll għall-ħlas ta’ multi għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur fl-istess kartell iżda li, bil-kontra ta’ Icap, kienet għażlet tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tispjega li, l-ewwel nett, hija ħadet bħala l-bażi tal-kalkolu l-valur tal-bejgħ u d-dħul mill-bejgħ dinji applikati lill-banek parteċipanti. Sussegwentement, hija ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Icap u fl-aħħar nett applikat tnaqqis għall-ammont bażiku ipotetiku sabiex tikseb multa f’somma f’daqqa, xierqa u proporzjonata. L-istess metodu ġie applikat għall-impriża R.P.<?PAGE NO="5"?> Martin, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Madankollu, din l-impriża tal-aħħar ibbenefikat minn tnaqqis ta’ 25 % abbażi tal-klemenza, kif ukoll tnaqqis ta’ 10 % abbażi tal-proċedura ta’ tranżazzjoni. Id-dħul mill-bejgħ tagħha kien, barra minn hekk, kważi għoxrin darba inqas minn dak ta’ Icap u l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur damet madwar xahar, filwaqt li dik ta’ Icap damet iktar minn xahrejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tagħti deċiżjoni dwar l-ammont tal-multi abbażi tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Kummissjoni tistedinha tiffissa l-ammont ta’ kull multa fi proporzjon mat-tnaqqis tat-tul ta’ żmien meqjus mill-Qorti Ġenerali, li kiseb l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Icap issostni li dan l-aggravju ma huwiex ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-aggravju essenzjalment iqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali injoratx il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni, meta ddeċidiet, essenzjalment, fil-punti 287 sa 296 tas-sentenza appellata, li din tal-aħħar ma tistax sempliċement tibbaża ruħha fuq il-garanzija ġenerali li l-ammonti bażiċi meqjusa fir-rigward tal-impriżi responsabbli mill-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, minħabba li ffaċilitaw akkordju, jirriflettu l-gravità, it-tul u n-natura tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-okkorrenzi tal-ksur kif ukoll l-effett dissważiv tal-multi, minkejja li huwa paċifiku li dawn l-ammonti ġew iddeterminati abbażi ta’ metodoloġija speċifika, li ma ġietx żvelata lil dawn l-impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hekk kif fakkret il-Qorti Ġenerali fil-punti 287 u 288 tas-sentenza appellata, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att ikkontestat, b’tali mod li tippermetti li l-partijiet ikkonċernati jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u li l-qorti tal-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u l-punti ta’ liġi rilevanti kollha, inkwantu l-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-kliem tagħha iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑450/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:372">EU:C:2019:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet li jimponu multi fuq l-impriżi għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu importanza kbira. Hija l-Kummissjoni li għandha timmotiva d-deċiżjoni tagħha u, b’mod partikolari, tispjega l-piż mogħti lill-elementi meħuda inkunsiderazzjoni u l-evalwazzjoni magħmula minnha ta’ dawn l-elementi. Il-preżenza ta’ motivazzjoni għandha tiġi vverifikata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni tibbenefika minn diskrezzjoni wiesgħa għal dak li jirrigwarda l-metodu ta’ kalkolu tal-multi fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Heineken Nederland u Heineken vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑452/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:829">EU:C:2012:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), hija madankollu adottat, għall-finijiet ta’ trasparenza, il-Linji Gwida tal-2006, li fihom hija tindika fuq liema bażi ser tieħu inkunsiderazzjoni tali ċirkustanza jew oħra tal-ksur u l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu minnha fuq l-ammont tal-multa (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Linji Gwida tal-2006 jibbażaw ruħhom, għaldaqstant, fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati f’relazzjoni mal-ksur għall-iffissar tal-ammont bażiku tal-multi li jridu jiġu imposti. Dawn il-linji gwida jipprevedu, fil-punti 6 u 13 tagħhom, li l-valur ta’ dan il-bejgħ, flimkien mat-tul tal-ksur, huwa intiż sabiex tiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>riflessa l-importanza ekonomika tal-ksur kif ukoll il-piż relattiv għal kull impriża li tipparteċipa fil-ksur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-metodu jista’ xi drabi ma jkunx adatt għaċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kawża. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta impriża ddikjarata responsabbli minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE peress li ffaċilitat akkordju ma tikseb ebda dħul mill-bejgħ fis-suq tal-prodotti rilevanti. F’sitwazzjoni ta’ dan it-tip, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet iġġustifikata li użat metodu ta’ kalkolu differenti minn dak deskritt fil-Linji Gwida tal-2006 u, konformement mal-punt 37 tagħhom, iffissat f’somma f’daqqa l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq l-impriża li, permezz tal-attività tagħha ta’ konsulenza, kienet iffaċilitat akkordju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni li l-Kummissjoni għandha meta tiddevja mill-metodoloġija ġenerali prevista mil-Linji Gwida tal-2006, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, jekk deċiżjoni tal-Kummissjoni li hija parti minn prassi deċiżjonali stabbilita tista’ tkun motivata b’mod sommarju, b’mod partikolari permezz ta’ referenza għal din il-prassi, meta din tmur iktar lil hinn, b’mod sinjifikattiv, minn deċiżjonijiet preċedenti, huwa għall-Kummissjoni li tiżviluppa r-raġunament tagħha b’mod espliċitu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19751126">26 ta’ Novembru 1975</DATE>, <NAME.CASE>Groupement des fabricants de papiers peints de Belgique <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>73/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1975:160">EU:C:1975:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0155">155</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandha titfakkar ukoll il-ġurisprudenza stabbilita li rrikonoxxiet li l-imsemmija linji gwida jistabbilixxu regola ta’ kondotta indikattiva tal-prassi li għandha tiġi segwita u li minnha l-Kummissjoni ma tistax tiddevja, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li jkunu kompatibbli, b’mod partikolari, mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Quinn Barlo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:351">EU:C:2013:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta l-Kummissjoni tinvoka l-punt 37 tal-Linji Gwida tal-2006, hija tkun obbligata tesponi r-raġunijiet li jippermettulha tqis li l-partikolaritajiet tal-kawża li biha hija adita jew in-neċessità li jintlaħaq livell dissważiv jiġġustifikaw li hija tiddevja mill-metodu indikat fl-imsemmija linji gwida, kif essenzjalment iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 289 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta fid-deċiżjoni tagħha tesponi l-elementi ta’ evalwazzjoni li jkunu ppermettewlha tkejjel il-gravità u t-tul tal-ksur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minkejja li ma hijiex obbligata tindika ċ-ċifri relattivi għal kull stadju intermedju tal-metodu tal-kalkolu ta’ multa meqjusa, madankollu, hija obbligata, hekk kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 291 tas-sentenza appellata, tispjega l-piż mogħti u l-evalwazzjoni li għamlet tal-elementi li ħadet inkunsiderazzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Jekk ir-riferiment għal dawn l-elementi huwa neċessarju, il-kwistjoni dwar jekk huwiex suffiċjenti għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni u tal-kuntest li minnu tagħmel parti d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa minnu li, f’kawża li fiha l-Kummissjoni kienet iffissat f’somma f’daqqa l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq l-impriża li kienet iffaċilitat l-akkordju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kienet suffiċjenti l-motivazzjoni li sempliċement tipprovdi li ttieħed kont tal-gravità u tat-tul tal-ksur meta<?PAGE NO="7"?> ġie ddeterminat dan l-ammont (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, ma jistax jiġi dedott minn din is-sentenza li tali motivazzjoni hija dejjem suffiċjenti, irrispettivament mill-partikolaritajiet tas-sitwazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni tiddevja mil-Linji Gwida tal‑2006 u tapplika metodoloġija adattata speċifikament għall-partikolaritajiet tas-sitwazzjoni tal-impriżi li ffaċilitaw akkordju, huwa neċessarju, fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża, li l-persuni kkonċernati jkunu informati b’din il-metodoloġija, sabiex ikunu jistgħu juru l-perspettivi tagħhom fuq l-elementi li fuqhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sabou</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑276/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:678">EU:C:2013:678</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, dan l-iżvelar jikkontribwixxi għall-ekwità, għall-imparzjalità u għall-kwalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li fuqhom tiddependi, finalment, il-fiduċja li l-pubbliku u l-impriżi jpoġġu fil-legittimità tal-azzjoni ta’ din l-istituzzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs United Parcel Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:23">EU:C:2019:23</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huwa paċifiku li l-Kummissjoni ddeterminat l-ammont bażiku tal-multi imposti fuq Icap u fuq R.P. Martin abbażi ta’ metodu mfassal speċifikament sabiex jissodisfa s-sitwazzjoni partikolari tal-faċilitaturi u jibbaża ruħu fuq test ta’ ħames passi li huwa tali li jkejjel it-tul u l-gravità tal-involviment tagħhom fl-okkorrenzi ta’ ksur inkwistjoni. Għaldaqstant, iċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti huma differenti minn dawk inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>AC‑Treuhand vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:717">EU:C:2015:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet f’somma f’daqqa l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq l-uniku faċilitatur tal-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 293 tas-sentenza appellata, li l-premessa 287 tad-deċiżjoni kkontestata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ma tipprovdix dettalji dwar il-metodu alternattiv ippreferut mill-Kummissjoni, iżda sempliċement tirreferi għall-assigurazzjoni ġenerali li l-ammonti bażiċi jirriflettu l-gravità, it-tul u n-natura tal-parteċipazzjoni ta’ Icap fil-ksur inkwistjoni u għan-neċessità li jiġi ggarantit li l-multi jkollhom effett suffiċjentement dissważiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ punti ta’ liġi mfakkra fil-punti 28 sa 34 tas-sentenza preżenti, il-Qorti Ġenerali kienet ġusta meta approvat l-evalwazzjoni, li tinsab fil-punt 294 tas-sentenza appellata, li tipprovdi, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[r]edatta b’dan il-mod, il-premessa 287 tad-[deċiżjoni kontenzjuża] ma tippermettix la li r-rikorrenti jifhmu l-fondatezza tal-metodoloġija ppreferuta mill-Kummissjoni u lanqas li l-Qorti Ġenerali tivverifika l-istess<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, u min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[d]in l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tinsab ukoll fil-premessi 290 sa 296 tal-imsemmija deċiżjoni, li ma jipprovdux informazzjoni minima li setgħet tippermetti li wieħed jifhem u jivverifika r-rilevanza u l-valutazzjoni tal-elementi kkunsidrati mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multi, u dan b’mod li jmur kontra l-ġurisprudenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Bil-kontra ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, l-obbligu li tagħti motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tar-rilevanza u tal-piż mogħti lill-elementi li hija ħadet inkunsiderazzjoni meta ddeterminat il-metodu alternattiv li hija ppreferiet ma jimplikax, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 31 tas-sentenza preżenti, li hija obbligata tipprovdi ċifri relattivi għall-metodu ta’ kalkolu tal-multa jew li hija marbuta tispjega fid-dettall il-kalkoli interni mwettqa minnha. Barra minn hekk, fil-każ ineżami, il-Kummissjoni ma allegatx li l-elenkar tal-ħames passi li minnhom huwa kkostitwit il-metodu alternattiv użat minnha u li hija esponiet biss fl-istadju tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kien wassalha sabiex tiżvela ċifri jew kalkoli interni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni toġġezzjoni wkoll li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni relattiva għall-metodoloġija ta’ kalkolu, li ġiet ipprovduta lir-rikorrenti matul il-proċedimenti amministrattivi kif ukoll fl-istadju kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-importanza li għandu l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-elementi mfakkra fil-punt 34 tas-sentenza preżenti, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 295 tas-sentenza appellata, li għalkemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>il-motivazzjoni ta’ att ikkontestat għandha tiġi eżaminata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tiegħu, ma jistax jitqies li l-kontenut ta’ […] diskussjonijiet esplorattivi u informali jista’ jiddispensa lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tispjega, fid-deċiżjoni kkontestata, il-metodoloġija li hija applikat sabiex tiddetermina l-ammonti tal-multi imposti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-assenza ta’ kwalunkwe spjegazzjoni rigward ir-rilevanza u l-piż mogħti lill-elementi meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni meta ddeterminat il-metodu ta’ kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Icap, il-Qorti Ġenerali kienet ġusta, fil-punt 296 tas-sentenza appellata, meta ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>spjegazzjoni pprovduta fl-istadju tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-osservanza mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-uniku aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-istess regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kif mitlub minn Icap.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>