10.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/390

tal-5 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

(2)

It-test attwali ta' punt (a) tan-Nota addizjonali 2 ta' Kapitolu 20 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda jipprovdi għall-kontenut ta' zokkrijiet varji ta' prodott biex ikun ikkalkulat abbażi tal-figura indikata minn rifrattometru bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 (2).

(3)

Il-prodotti manifatturati [ok] abbażi tal-alki tal-baħar u alki oħra ppreparati jew ippriservati minn proċessi mhux previsti f'Kapitolu 12 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda, abbażi tal-manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina tal-intestatura 0714 tan-Nomenklatura Magħquda jew abbażi tal-weraq tad-dwieli huma kollha kklasifikati f'Kapitolu 20 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda. Meta tiġi applikata l-kalkolazzjoni bl-użu tal-metodu rifrattometru għal dawk il-prodotti, instab li għandhom livell tant għoli ta' zokkor li huma kkunsidrati li għandhom zokkor addizjonali fi ħdan it-tifsira tan-Nota assizjonali 3 ta' dak il-Kapitolu għalkemm ma għandhom l-ebda zokkor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata klassifikazzjoni korretta ta' prodotti bħal dawn, huwa għalhekk xieraq li jiġi pprevedut użu tal-metodu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC) u għall-applikazzjoni ta' formula stabbilita diġa mill-laboratorji doganali bl-għan li jiġi kkakolat il-kontenut taz-zokkor ta' dawk il-prodotti speċifiċi li jaqgħu fi ħdan Kapitolu 20 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda.

(5)

Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-kontenut ta' zokkor ta' diversi prodotti, punt (a) tan-Nota addizjonali 2 ta' Kapitolu 20 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda għandu jiġi emendat.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għalhekk għandu jkun emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 20 ta' Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, punt (a) tan-Nota addizzjonali 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Il-kontenut ta' diversi zokkrijiet imfisser bħala sukrożju (kontenut ta' zokkor) tal-prodotti klassifikati f'dan il-Kapitolu jikkorrespondi maċ-ċifra indikata b'rifrattometru (użat skont il-metodu preskritt fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014) f'temperatura ta' 20 °C u mmoltiplikata b'wieħed nill-fatturi li ġejjin:

—

0,93 fir-rigward tal-prodotti taħt is-subintestaturi minn 2008 20 sa 2008 80 , 2008 93 , 2008 97 u 2008 99 ,

—

0,95 għal prodotti tal-intestaturi l-oħrajn.

However, the content of various sugars expressed as sucrose (sugar content) of the following products classified in this Chapter:

—

il-prodotti manifatturati abbażi tal-alki tal-baħar u alki oħra ppreparati jew ippriservati minn proċessi mhux previsti f'Kapitolu 12,

—

il-prodotti manifatturati abbażi tal-manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina tal-intestatura 0714 ,

—

il-prodotti manifatturati abbażi tal-weraq tad-dwieli;

jikkorespondu għall-figura li tirriżulta minn kakolazzjoni mwettqa abbażi tal-kejl li ġie akkwistat permezz tal-metodu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (il-‘metodu HPLC’), bl-użu tal-formula li ġejja:

S + (G + F) × 0,95;

fejn:

 

‘S’ hija l-kontenut tas-sukrożju ddeterminat bl-użu tal-metodu HPLC;

 

‘F’ hija l-kontenut tal-fruttożju ddeterminat bl-użu tal-metodu HPLC;

 

‘G’ hija l-kontenut tal-glukożju ddeterminat bl-użu tal-metodu HPLC.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).