European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4353

30.7.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1705, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1583, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(C/2025/4353)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1705 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1583 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta' Mejju 2026, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi rċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)   ĠU L, 2025/1705, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1705/oj.

(3)   ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1583, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1583/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4353/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)