20.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 390/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1733

tad-19 ta’ Novembru 2020

li jiffissa l-volumi tal-iskattar għas-snin 2021 u 2022 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jipprevedi li dazju addizzjonali tal-importazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista’ jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dak id-dazju addizzjonali tal-importazzjoni jrid japplika jekk il-kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta’ applikazzjoni stabbiliti f’dak l-Anness taqbeż il-volum tal-iskattar ta’ importazzjonijiet f’sena għal dak il-prodott. Dazji addizzjonali ta’ importazzjoni ma għandhomx jiġu imposti fil-każ li l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew fil-każ li l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.

(2)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-volumi indikattivi (tal-iskattar) tal-importazzjonijiet għall-applikazzjoni possibbli ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex huma bbażati fuq data dwar l-importazzjoni u fuq data dwar il-konsum domestiku matul it-tliet snin ta’ qabel. Abbażi tad-data nnotifikata mill-Istati Membri għas-snin 2017, 2018 u 2019, jenħtieġ li, għas-snin 2021 u 2022, jiġu ffissati l-volumi tal-iskattar għal ċertu frott u ħxejjex.

(3)

Filwaqt li jitqies li dak il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali possibbli, kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jibda għal għadd ta’ prodotti fl-1 ta’ Jannar, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-snin 2021 u 2022, il-volumi indikattivi (tal-iskattar) msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).


ANNESS

Volumi tal-iskattar għall-prodotti u l-perjodi stipulati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, għall-applikazzjoni possibbli ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala waħda indikattiva biss. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu ta’ applikazzjoni

Volum tal-iskattar (f’tunnellati)

2021

2022

78.0020

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

 

59 963

78.0015

Mill-1 ta’ Ottubru

sal-31 ta’ Mejju

580 556

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

 

101 375

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru

sat-30 ta’ April

44 042

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru

sat-30 ta’ Ġunju

11 740

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

 

110 966

78.0110

0805 10 22

0805 10 24

0805 10 28

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru

sal-31 ta’ Mejju

421 265

78.0120

0805 22 00

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru

sa tmiem Frar

83 002

78.0130

0805 21

0805 29 00

Mandolin (inkluż tanġerini u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru

sa tmiem Frar

178 921

78.0160

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

 

147 143

78.0155

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

 

332 890

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mis-16 ta’ Lulju sas-16 ta’ Novembru

 

72 065

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

 

1 021 853

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

 

44 819

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

 

136 876

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

 

19 527

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

 

54 488

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mis-16 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu

 

34 052

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

 

204 899

78.0280

0809 40 05

Għajnbaqar

Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

 

32 563