|
5.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/164 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1713 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-4 ta’ Mejju 2022
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 379 — C9-0310/2021)), |
|
— |
wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (COM(2021) 379), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020 (00553/2022 — C9-0114/2022, 00554/2022 — C9-0115/2022, 00555/2022 — C9-0116/2022, 00556/2022 — C9-0117/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2021) 405) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjahom (SWD(2021) 132), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3) u emendat f’Ouagadougou, il-Burkina Faso, fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta’ Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tal-24 u s-26 ta’ Ġunju 2013 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni AKP-KE (9), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99, it-tielet inċiż tal-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0124/2022), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa’, tal-għaxar u tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(2) ĠU C 438, 28.10.2021, p. 137.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(9) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.