European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/812

21.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 186/2023

tal-5 ta’ Lulju 2023

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/812]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/977 tal-4 ta’ April 2018 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1666 tat-13 ta’ Ġunju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Daniża tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bgb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32018 R 0977: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/977 tal-4 ta’ April 2018 (ĠU L 176, 12.7.2018, p. 1),

—

32022 R 1666: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1666 tat-13 ta’ Ġunju 2022 (ĠU L 251, 29.9.2022, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2018/977 u (UE) 2022/1666 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2020 tat-30 ta’ April 2020 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 176, 12.7.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 251, 29.9.2022, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 72, 9.3.2023, p. 39.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/812/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)