6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għal aċekinoċil, bentażon, karbendażim, ċiflutrin, fenamidon, fenażakwin, flonikamid, flutrijafol, imidakloprid, joxinil, metkonażol, protijokonażol, tebufenożid u tijofanat metil fi jew fuq ċerti prodotti (4), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 958/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (6), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/980/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza indikazzjoni tas-saħħa dwar l-effett ta’ konċentrat tat-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets u l-għoti tal-protezzjoni tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/307/UE tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (8), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

“—

32010 R 0893: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 266, 9.10.2010, p. 10).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 R 0893: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 893/2010 tat-8 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 266, 9.10.2010, p. 10).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 54zzzzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1162/2010):

“54zzzzw.

32009 D 0980: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/980/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza indikazzjoni tas-saħħa dwar l-effett ta’ konċentrat tat-tadam li jinħall fl-ilma fl-aggregazzjoni tal-plejtlets u l-għoti tal-protezzjoni tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 5),

54zzzzx.

32010 R 0115: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat (ĠU L 37, 10.2.2010, p. 13),

54zzzzy.

32010 R 0957: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 13),

54zzzzz.

32010 R 0958: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 957/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata stqarrija għas-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 18).”

3.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 65 (Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/103/KE):

“66.

32010 H 0307: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/307/UE tat-2 ta’ Ġunju 2010 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (ĠU L 137, 3.6.2010, p. 4).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 115/2010, (UE) Nru 893/2010, (UE) Nru 957/2010 u (UE) Nru 958/2010, tad-Deċiżjoni 2009/980/UE u tar-Rakkomandazzjoni 2010/307/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 171, 30.6.2011, p. 5.

(2)   ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

(3)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 13.

(4)   ĠU L 266, 9.10.2010, p. 10.

(5)   ĠU L 279, 23.10.2010, p. 13.

(6)   ĠU L 279, 23.10.2010, p. 18.

(7)   ĠU L 336, 18.12.2009, p. 55.

(8)   ĠU L 137, 3.6.2010, p. 4.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.