Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0040 - 0042
Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 39/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness I (Aspetti Veterinarji u Fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/136/KE tat-28 ta' Jannar 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' prodotti tal-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/244/KE tas-26 ta' Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' prodotti tal-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/277/KE tat-23 ta' April 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hi awtorizzati għall-użu tal-bniedem [4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/488/KE tal-5 ta' Lulju 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [5] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/532/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' Prodotti tas-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [6] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/814/KE tas-16 ta' Novembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' Prodotti tas-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [7] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummmissjoni 2000/88/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' Prodotti tas-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [8] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/170/KE ta' l-14 ta' Frar 2000 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li telenka l-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' Prodotti tas-sajd hi awtorizzata għall-użu tal-bniedem [9] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (10) L-azzjoni fil-punt I fil-Parti 8.3.3 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tqiegħdet ħażin u għalhekk għandha tmur fil-Parti 8.2. (11) Id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandha tiġi emendata kif ġej: 1. It-test tal-punt 1 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE) fil-Parti 8.3.3 għandu jitħassar u jiddaħħal bħala punt 174a wara l-punt 174 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/94/KE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Annex I tal-Ftehim. 2. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt il-ġdid 174a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Annex I tal-Ftehim: "- 399 D 0136: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/136/KE tat-28 ta' Jannar 1999 (ĠU L 44, tat-18.2.1999, p. 61), - 399 D 0244: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/244/KE tas-26 ta' Marzu 1999 (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 37), - 399 D 0277: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/277/KE tat-23 ta' April 1999 (ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 57), - 399 D 0488: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/488/KE tal-5 ta' Lulju 1999 (ĠU L 190, tat-23.7.1999, p. 39), - 399 D 0532: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/532/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 (ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 78), - 399 D 0814: Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 1999/814/KE tas-16 ta' Novembru 1999 (ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 44), - 32000 D 0088: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/88/KE tal-21 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 26, tat-2.2.2000, p. 47), - 32000 D 0170: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/170/KE ta' l-14 ta' Frar 2000 (ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 68)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/136/KE, 1999/244/KE, 1999/277/KE, 1999/488/KE, 1999/532/KE, 1999/814/KE, 2000/88/KE and 2000/170/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u n-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2001, kemm-il darba in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ngħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [10]. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Kununitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [2] ĠU L 44, tat-18.2.1999, p. 61. [3] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 37. [4] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 57. [5] ĠU L 190, tat-23.7.1999, p. 39. [6] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 78. [7] ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 44. [8] ĠU L 26, tat-2.2.2000, p. 47. [9] ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 68. [10] L-ebda kondizzjoni kostituzzjonali ne'essarja ndikata. --------------------------------------------------