|
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/991
tas-7 ta’ Ġunju 2021
dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti lokali u t-tassazzjoni ta’ prodotti minn Franza metropolitana jew minn Stati Membri oħra. Madankollu, l-Artikolu 349 tat-Trattat jipprevedi l-possibbiltà li jiddaħħlu miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba li jeżistu żvantaġġi permanenti li jaffettwaw il-qagħda ekonomika u soċjali tagħhom. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi, b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattati għal dawk ir-reġjuni. Tali miżuri speċifiċi għandhom iqisu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta’ dawk ir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqsu l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridika tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni. L-iżvantaġġi kompetittivi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi huma msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat: distanza, insularità, superfiċji żgħira, art u temp diffiċli, dipendenza ekonomika rigward numru żgħir ta’ prodotti. Dawk l-iżvantaġġi permanenti jwasslu biex ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi jiddependu fuq l-importazzjoni għall-materja prima u għall-enerġija, ikunu obbligati li jkollhom ħażniet kbar, u jkun hemm daqs żgħir tas-suq lokali flimkien ma livell baxx ta’ attivita ta’ esportazzjoni, eċċ. L-ikkombinar ta’ dawk l-iżvantaġġi kompetittivi jfisser żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u, b’hekk, fil-prezz tal-kost tal-oġġetti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, ikunu inqas kompetittivi minn dawk l-oġġetti ekwivalenti manifatturati xi mkien ieħor, anki jekk jitqiesu il-kostijiet tat-trasport biex tali oġġetti jaslu fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Dan se jagħmilha aktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi li jtejbu l-kompetittività bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali. |
|
(3) |
Bl-għan li terġa’ tinkiseb il-kompetittività tal-oġġetti manifatturati lokalment, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 940/2014/UE (2) tawtorizza lil Franza biex tapplika, sat-30 ta’ Ġunju 2021, eżenzjonijiet jew tnaqqis għad-dazju tal-baħar fir-rigward ta’ ċerti prodotti li għalihom teżisti produzzjoni lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte u Réunion, peress li importazzjoni sinifikanti ta’ dawk il-prodotti tista’ tipperikola l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali u li l-kostijiet addizzjonali jistgħu jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti manifatturati xi mkien ieħor. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni fih il-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont xi jkunu l-prodotti, id-differenza fit-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali. |
|
(4) |
Franza talbet biex wara l-1 ta’ Lulju 2021 tkompli tapplika sistema simili għal dik tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE. Franza spjegat li għalkemm l-iżvantaġġi kompetittivi msemmija hawn fuq għadhom jeżistu, l-arranġamenti fiskali stabbiliti bid-Deċiżjoni 940/2014/UE għamluha possibbli li tinżamm u, f’ċerti każijiet, tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali, u li dawk l-arranġamenti ma fixklux il-kummerċ estern u ma rriżultawx f’kumpens żejjed għall-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-impriżi. |
|
(5) |
Għal kull wieħed mill-ħames reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati, (il-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, il-Mayotte u Réunion), Franza bagħtet lill-Kummissjoni sett ta’ listi ta’ prodotti li għalihom biħsiebha tapplika differenzjal tat-taxxa ta’ mhux aktar minn 20 jew 30 punti perċentwali, skont jekk il-prodotti jiġux manifatturati lokalment jew le. Ir-reġjun ultraperiferiku Franċiż ta’ Saint Martin mhuwiex kopert mit-talba. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat u tawtorizza lil Franza biex tapplika sistema ta’ tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom hija ġġustifikata, l-ewwel nett, minħabba l-eżistenza ta’ produzzjoni lokali, it-tieni nett, minħabba l-eżistenza ta’ importazzjoni sinifikanti ta’ dawk il-prodotti (inkluż ta’ oriġini minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jippreġudikaw iż-żamma tal-produzzjoni lokali, u fl-aħħar nett, l-eżistenza ta’ kostijiet addizzjonali li jgħollu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti li joriġinaw minn barra u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment. Id-differenzjal tat-taxxa awtorizzat jenħtieġ li ma jeċċedix il-kostijiet addizzjonali ġġustifikati. |
|
(7) |
F’każijiet fejn il-produzzjoni lokali għandha sehem mis-suq ta’ inqas minn 5 % jew fejn is-sehem tal-importazzjonijiet huwa inqas minn 10 %, intalbet evidenza addizzjonali bħala prova taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin jew ta’ xi wħud minnhom: l-eżistenza ta’ produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema; produzzjoni ġdida jew komplementari mfassla biex tiddiversifika l-firxa ta’ prodotti ta’ kumpanija; produzzjoni li hija strateġika għall-iżvilupp lokali (eż. f’setturi relatati mal-ekonomija ċirkolari, l-użu tal-bijodiversità jew il-protezzjoni ambjentali); il-produzzjoni innovattiva jew ta’ valur miżjud għoli; il-produzzjoni li għaliha l-interruzzjoni tal-provvista minn bnadi oħra tista’ tipperikola l-ekonomija lokali jew il-popolazzjoni; produzzjoni li tista’ teżisti biss jekk ikollha pożizzjoni dominanti fis-suq bħala riżultat tad-daqs żgħir tas-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi; u l-produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa pubbliċi meħtieġa. L-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat mingħajr ma tmur lil hinn dak li hu meħtieġ u mingħajr ma jinħoloq vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali, sabiex b’hekk ma jitnaqqsux l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, u dan jinkludi s-salvagwardja tal-kompetizzjoni mhux imfixkla fis-suq intern u tal-politiki dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(8) |
Bl-għan li jiġu ssimplifikati u mnaqqsa l-obbligi fuq l-intrapriżi ż-żgħar u jiġi appoġġat it-tkabbir tagħhom, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa jenħtieġ li japplikaw għall-operaturi b’fatturat annwali ta’ mill-anqas EUR 550 000. L-operaturi li għandhom fatturat totali annwali taħt dak il-limitu jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għad-dazju tal-baħar iżda wkoll ma għandhomx ikunu jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ dak id-dazju tal-baħar imġarrab upstream. |
|
(9) |
Bl-istess mod, il-konsistenza mal-liġi tal-Unjoni tfisser li titwarrab l-applikazzjoni ta’ taxxa differenzjata fuq il-prodotti tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-dispożizzjoni tevita l-effett li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista minħabba t-tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati u soġġetti għad-dazju tal-baħar. |
|
(10) |
L-objettivi tal-appoġġ għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi kif previst diġà fid-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tad-dazji tal-baħar. Huwa obbligu legali li d-dħul minn dawk id-dazji tal-baħar jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi l-promozzjoni tal-attivitajiet lokali. |
|
(11) |
Huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 940/2014/UE tiġi emendata sabiex jiġi estiż il-perijodu ta’ applikazzjoni tad-deroga awtorizzata minnha b’sitt xhur, sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dak il-perijodu jippermetti lil Franza li tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni. |
|
(12) |
Jenħtieġ li t-tul ta’ żmien ta’ din l-iskema jiġi stabbilit għal sitt snin, sal-31 ta’ Diċembru 2027. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk ir-raġunijiet għad-deroga għadhomx japplikaw, Franza jenħtieġ li tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(13) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022, filwaqt li jenħtieġ li l-estensjoni tal-perijodu ta’ applikazzjoni tad-deroga awtorizzata bid-Deċiżjoni 940/2014/UE tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata biex, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I li huma manifatturati lokalment fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, f’Martinique, fil-Mayotte u f’Réunion, bħal reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom ikunu parallel mal-istrateġija tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati, billi jqisu l-qafas tal-Unjoni tagħha, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali filwaqt li ma jaffettwawx b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmorru kontra l-interess komuni.
2. B’referenza għar-rata tat-tassazzjoni applikata għal prodotti simili li ma joriġinawx fir-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1 ma tistax tirriżulta f’differenzi ta’ aktar minn:
|
(a) |
20 punti perċentwali għall-prodotti elenkati fil-parti A tal-Anness I; |
|
(b) |
30 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-parti B tal-Anness I. |
Franza għandha timpenja ruħha sabiex tiżgura li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I ma jaqbżux il-kostijiet addizzjonali ġġustifikati jew il-perċentwali strettament meħtieġ għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali.
3. Franza għandha tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-operaturi li l-fatturat annwali tagħhom huwa mill-anqas EUR 550 000. L-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju tal-baħar.
Artikolu 2
Għall-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista previst fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom japplikaw l-istess arranġamenti ta’ tassazzjoni li japplikaw għall-prodotti manifatturati lokalment.
Artikolu 3
Franza għandha tissottometti rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2025 sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-arranġamenti tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 għadhomx japplikaw. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 4
Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2021” għandha tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2021”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022, ħlief l-Artikolu 4, li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
F. VAN DUNEM
(1) Opinjoni tat-18 ta’ Mejju 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
ANNESS I
LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 ELIĠIBBLI GĦAD-DIFFERENZJAL TAT-TAXXA TAD-DAZJU TAL-BAĦAR
A.
Lista ta’ prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni (1).
1.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guadeloupe0105 11, 0201, 0203, 0207, 0208, 0210 12 19, 0302, 0304, 0305 49 80, 0306, 0307 91, 0307 99, 0403 ħlief 0403 10, 0407, 0408, 0409, 0702, 0704, 0705 19, 0706100010, 0707 00 05, 0709 60 10, 0709 60 99, 0709 99 90, 0713, 0714, 0804 30 00, 0805 50 90, 0807 11, 0807 19, 0904 22 00, 0910 91, 1106, 1601, 1602, 1604 20, 1806 31, 1806 32 10, 1806 32 90, 1806 90 31, 1806 90 60, 1901 20, 1902 11, 1902 19, 2103 30 90, 2103 90 30, 2103 90 90, 2105, 2106, 2201 10 90, 2201 90, 2202 91, 2202 99 ħlief 2202 99 19, 2207 10, 2207 20 00, 2208 40, 2209 00 91, 2309 90 ħlief 2309904189 (2), 2309 90 51 (2), 2309909639 u 2309909695 (2), 2505, 2517 10, 2523 29, 2712 10 90, 2804, 2806, 2811, 2814, 2828, 2833, 2834, 2836, 2853 00 10, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3208, 3209, 3303 00 90, 3304 99 00, 3305 10, 3401, 3402, 3406, 3808, 3820 00 00, 3917 ħlief 3917 10 10, 3919, 3920, 3923, 3925 30, 3925 90, 3926 90, 4407 11, 4407 21 sa 4407 29, 4407 99, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818, 4819 10 00, 4821 10, 4821 90, 4910, 4911 10, 6303 12, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6307 90 98, 6810 ħlief 6810 11 10, 7003 12 99, 7003 19 90, 7003 20, 7213 10, 7213 91 10, 7214 20, 7214 99 10, 7308 90 59, 7308 90 98, 7310 10, 7314 ħlief 7314 12, 7610 10, 7610 90 90, 7616 99 90, 8419 19, 8903 99 10, 8907 90 00, 9001 50, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9403 70 00, 9404 10, 9404 21, 9406 00 20, 9506 99 90.
2.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guyana Franċiża0105 11, 0201, 0203, 0204, 0206 10 95, 0206 10 98, 0206 30, 0206 80 99, 0207 11, 0207 12, 0207 13, 0207 41, 0207 43, 0209 10 90, 0209 90, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 99, 0302, 0303 59, 0303 89, 0304, 0305 31 00, 0305 39 90, 0305 44 90, 0305 49 80, 0305 52 00, 0305 53 90, 0305 54 90, 0305 59 85, 0305 64 00, 0305 69 80, 0306 17, 0406, 0408 99, 0702, 0704 90 10, 0709 60, 0805, 0807, 0810 90 75, 0901 ħlief 0901 10, 0904 11, 0904 12, 1106 20 90, 1601, 1602, 1604, 1605, 1806 31, 1806 32, 1806 90, 1905, 2005 99 80, 2008 99 ħlief 2008994819, 2008994899 u 2008994980, 2103, 2105, 2106 90 98, 2201, 2202, 2208 40, 2209 00 91, 2309 90 ħlief 2309903180, 2309 90 35, 2309904189, 2309 90 43, 2309 90 51, 2309909639 u 2309909695, 2505 10, 2517 10, 2523 29 00, 2828 90, 3204 17 00, 3208 20 90, 3208 90, 3209 10, 3402, 3809 91, 3824 50, 3919, 3920 51, 3923 ħlief 3923 10, 3923 40 u 3923 90, 3925, 3926 90, 4818, 4821 10, 4909, 4910, 4911, 6109, 6110 30 91, 6111 20 90, 6201 19 00, 6204 42 00, 6205, 6206, 6302 91 00, 6303 12, 6303 19, 6306 12, 6306 19, 6307 90 98, 6505 00 30, 6802 23, 6802 29, 6802 93, 6802 99, 6810, 6912 00, 7006 00 90, 7009, 7210, 7214 20, 7308 30, 7308 90, 7314, 7604, 7610 10, 7610 90, 7616 99, 7907, 8211, 8421210090, 8537 10, 9001 50, 9004 90, 9021 21, 9021 29, 9404 21, 9405 40, 9405 60.
3.
Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Martinique0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0203, 0207, 0208 10, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 20, 0210 99 49, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0403 ħlief 0403 10, 0406 10, 0406 90 50, 0407, 0408, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604, 0702, 0704 90, 0705, 0706, 0707, 0709 30 00, 0709 40 00, 0709 51 00, 0709 60, 0709 93 90, 0709 99, 0710, 0714, 0801 11, 0801 13 sa 0801 18, 0803, 0804 30, 0804 40 00, 0804 50, 0805, 0807, 0809 10, 0809 40, 0810 30, 0810 90, 0813, 0910 91, 1106 20, 1601, 1602, 1604 20, 1605 10, 1605 21, 1702, 1704 90 61, 1704 90 65, 1704 90 71, 1806, 1902, 1904 10, 1904 20, 2005 99, 2103 30, 2103 90, 2104 10, 2105, 2106, 2201, 2202 10, 2202 91, 2202 99, 2208 40, 2309 ħlief 2309 90 96, 2505, 2517 10, 2523 21, 2523 29, 2710, 2711, 2712, 2804, 2806, 2811, 2814, 2828 10, 2828 90, 2836, 2853 90 10, 2903, 2907, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3204, 3205, 3206, 3207, 3208, 3209, 3303, 3305, 3401, 3402, 3406, 3808, 3820, 3824, 3907 61 00, 3919, 3920, 3921 11, 3921 19, 3923 10 90, 3923 21, 3923 29, 3923 30, 3924, 3926, 4012 11, 4012 12, 4012 19, 4401, 4407 21 sa 4407 29, 4408, 4409, 4415 20, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4421 99, 4811, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 90, 4819, 4820, 4821, 4823, 4902, 4909, 4910, 4911 10, 6103, 6104, 6105, 6109 10, 6109 90 20, 6109 90 90, 6203, 6204, 6205, 6207, 6208, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6805, 6810, 6902, 6904 10, 7003 12, 7003 19, 7113 sa 7117, 7213, 7214, 7217, 7225, 7308, 7314, 7610, 7616 91, 7616 99, 8418 69 00, 8419 19 00, 8708 99 97, 8716 40 00, 8901 90 10, 8902, 8903 99, 8907 90 00, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9021 21, 9021 29, 9403, 9404 10, 9404 21, 9405 60, 9406, 9506 99 90.
4.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Mayotte0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0204, 0206, 0207, 0302, 0303, 0304, 0305, 0407, 0702, 0704 90 90, 0705 19, 0707 00 05, 0709 30, 0709 60, 0709 93 10, 0709 99 10, 0714, 0801 11, 0801 12, 0801 19, 0803, 0804 30, 0805 10, 0905, 1513 11, 1513 19, 1806, 2106 90 92, 2201, 2309 90 ħlief 2309 90 96, 3301 29 11, 3301 29 31, 3917, 3923 90 00, 3924 90 00, 3925 10 00, 3926 90 92, 3926 90 97, 4401, 4403, 4407, 4409, 4418, 4820, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 6904 10 00, 7003, 7005, 7210, 7216 61 90, 7216 91 10, 7308 30, 7308 90 98, 7312, 7314, 7326 90 98, 7606, 7610 10, 8301 40 90, 8310, 8421 21 00, 8716 80 00, 9021 10 10, 9406 00 31, 9406 00 38.
5.
Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion0105 11, 0105 12, 0105 13, 0105 15, 0207, 0208 10, 0208 90 30, 0208 90 98, 0209, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306 11, 0306 31, 0306 91, 0307 59, 0403, 0405 ħlief 0405 10, 0406 10, 0406 90, 0407, 0408, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604 90 91, 0604 90 99, 0703 10 19, 0703 20 00, 0709 60, 0710, 0711 90 10, 0801, 0803, 0804, 0805, 0806, 0807, 0808, 0809, 0810, 0811, 0812, 0813, 0901 21, 0901 22, 0904, 0909 31, 0910 11, 0910 12, 0910 30, 0910 91 10, 0910 91 90, 0910 99 99, 1101 00 15, 1106 20, 1108 14, 1302 19, 1516 20, 1601, 1602, 1604 14, 1604 19, 1604 20, 1605, 1702, 1704, 1806, 1901, 1902, 1903, 1904, 1905, 2001, 2002 90 11, 2004 10 10, 2004 10 91, 2004 90 50, 2004 90 98, 2005 10, 2005 20, 2005 40, 2005 59, 2005 99 10, 2005 99 30, 2005 99 50, 2006, 2007 ħlief 2007999710, 2008 ħlief 2008191980, 2008305590, 2008405190, 2008405990, 2008506190, 2008605090, 2008706190, 2008805090, 2008975990, 2008994980 u 2008999990 (3), 2102 30 00, 2103 20, 2103 90, 2104, 2105, 2106 90, 2201, 2208 40, 2309 10, 2309 90 ħlief 2309 90 35, 2309905190 (2) u 2309909695, 2501 00 91, 2710 19 81, 2710 19 83, 2710 19 87, 2710 19 91, 2710 19 99, 2834 29 80, 3102 10 90, 3210, 3211, 3212, 3301 12, 3301 13, 3301 24, 3301 29, 3301 30, 3401 11, 3402, 3808 92, 3808 99, 3809, 3811 90, 3814, 3820, 3824, 3917, 3920 ħlief 3920 10, 3921 11, 3921 13, 3921 90 60, 3921 90 90, 3923 ħlief 3923 21, 3925 10, 3925 20, 3925 30, 3925 90 80, 3926 90, 4009, 4010, 4012, 4016, 4407 11, 4407 12, 4407 19, 4409 10, 4409 21, 4409 29, 4415 20, 4418, 4421, 4811, 4818 10, 4818 20 10, 4818 20 91, 4818 20 99, 4818 90 10, 4818 90 90, 4819 10, 4820, 4821, 4823 70, 4823 90, 4909, 4910, 4911 10, 4911 91, 4911 99, 6303 92 90, 6306, 6801, 6811 89, 7007 29, 7009 ħlief 7009 10, 7216 61 10, 7306 30 80, 7306 61 92, 7307 99 80, 7308 ħlief 7308 90, 7309, 7310 21, 7312 90, 7314, 7326, 7606, 7608, 7610, 7616 91, 7616 99 90, 8310, 8418 50, 8418 69, 8418 91, 8418 99, 8419 19, 8419 90 85, 8421 21 sa 8421 29, 8511 40 00, 8511 50 00, 8511 90 00, 8537, 8707, 8708, 8902, 8903 99, 9001, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9021 21 90, 9021 29, 9401 ħlief 9401 10 u 9401 20, 9403, 9404 10, 9405, 9406, 9506 21, 9506 29, 9506 99 90, 9619.
B.
Lista ta’ prodotti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni
1.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guadeloupe0403 10, 0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101, 1701, 1905, 2007, 2009 ħlief 2009119190, 2009119998, 2009199899, 2009491990, 2009493091, 2009499990, 2009611000, 2009719990, 2009791990, 2009799820, 2009891990, 2009896990, 2009897313, 2009897399, 2009897999, 2009899690, 2009899729, 2009899799, 2009899999, 2009902980, 2009904900, 2009905180, 2009905939, 2009905990 u 2009909700, 2202 10 00, 2202 99 19, 2203, 2208 70 (4), 2208 90 (4), 3925 10 00, 7009 91, 7009 92, 8421 21 00.
2.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guyana Franċiża0403, 1702, 2007 ħlief 2007993325 u 2007993525, 2009 ħlief 2009119998, 2009311999, 2009393919, 2009393999, 2009493091, , 2009493099, 2009499990 2009819990, 2009893690, 2009899799, 2009902980, 2009905990, 2009909700 u 2009909880, 2203, 2208 70 (4), 4401 12 00, 4403 49, 4407 29, 4407 99 96, 4409 29 91, 4409 29 99, 4418 10, 4418 20, 4418 40, 4418 50, 4418 60, 4418 90, 4418 99, 4420 10, 9406 10 00, 9406 90 10, 9406 90 38.
3.
Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Martinique0403 10, 0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101 00 11, 1101 00 15, 1701, 1901, 1905, 2006 00 10, 2006 00 35, 2006 00 91, 2007 ħlief 2007 10 99, 2007993315 u 2007993929, 2008 ħlief 2008 20 51, 2008506190, 2008605010, 2008805090, 2008939390, 2008975190, 2008975990, 2008994894, 2008994899, 2008994980 u 2008999990, 2009 ħlief 2009119996, 2009119998, 2009199899, 2009299990, 2009393919, 2009393999, 2009493091, 2009493099, 2009499190, 2009695110, 2009791191, 2009791199, 2009899799 (5), 2009899999 (5) u 2009905990 (5), 2203, 2204 21, 2205, 2208 70 (4), 2208 90 (4), 2309 90 96 ħlief 2309909639, 3917, 3925, 7009 91, 7009 92, 7212 30, 8421 21 00.
4.
Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Mayotte0401, 0403, 0406, 2105, 2202, 3208, 3209, 3210, 3214 10 90, 3401, 3402, 9403 20 80, 9403 30, 9403 40, 9403 50, 9403 60, 9404 29 90.
5.
Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion0905 10, 1512 19, 1514 19 90, 1701, 2002 10, 2005 51 00, 2005 99 80, 2009 ħlief 2009119996, 2009199899, 2009299990, 2009393119, 2009691910, 2009695110, 2009791990, 2009793090, 2009896990 (5), 2009897399, 2009899799 (5), 2009899999 (5), 2009905180 u 2009 90 59 (5), 2202 10, 2202 99 19, 2203, 2204 21 79, 2204 21 80, 2204 21 83, 2204 21 84, 2204 29 83, 2204 29 84, 2206 00 59, 2206 00 89, 2208 70 (3), 2208 90 (3), 2402 20, 3208, 3209, 3214 10 90, 3920 10, 3923 21, 4819 20 00, 7113, 7114, 7115, 7117, 7308 90, 9404 21 10, 9404 21 90, 9404 29 10, 9404 29 90.
(1) L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2) Ħlief għal prodotti mhux organiċi.
(3) Ħlief għal prodotti tropikali.
(4) Prodotti li fihom ir-rum biss taħt l-intestatura 2208 40.
(5) Meta l-valur tal-Brix tal-prodott huwa ogħla minn 20.
ANNESS II
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIR-RAPPORT TA’ EVALWAZZJONI MSEMMI FL-ARTIKOLU 3
1.
Stima tal-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoniL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport sommarju b’data suffiċjenti biex jiddeterminaw jekk jeżistux kostijiet addizzjonali li jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti manifatturati x’imkien ieħor. L-informazzjoni pprovduta fir-rapport sommarju għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin, meta tali informazzjoni tkun disponibbli: il-kostijiet tal-inputs, il-kostijiet relatati mal-ħżin (ħżin żejjed u ħin itwal ta’ rotazzjoni), kostijiet relatati mad-daqs żejjed tat-tagħmir u kostijiet addizzjonali relatati mar-riżorsi umani u mal-finanzi. Dik id-data għandha tiġi pprovduta għal mill-inqas kull kategora tal-prodotti taħt l-Intestaturi tas-Sistema Armonizzata, skont l-erba’ ċifri tan-Nomenklatura Magħquda. Ir-rapport sommarju għandu jkun fih ukoll “skedi informattivi dwar il-prodott” relatati mal-kostijiet addizzjonali li Franza tkompli ġġarrab perjodikament.
2.
Sussidji oħraL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-miżuri l-oħra kollha ta’ għajnuna u appoġġ li jindirizzaw l-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni mġarrba mill-operaturi ekonomiċi u marbuta mad-distanza tar-reġjuni ta’ Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte u Réunion.
3.
L-impatt fuq il-baġit tal-awtoritajiet pubbliċiL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 1, li tipprovdi l-ammont totali stmat (f’EUR) tat-taxxa miġbura u mhux miġbura bħala riżultat tal-applikazzjoni tad-differenzjal tat-taxxa tad-dazju tal-baħar.
Tabella 1
|
Sena(1) |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Noti(2) |
||||||||||
|
Taxxa mhux miġbura(3) |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Riċevuti tat-taxxa – importazzjonijiet(4) |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Riċevuti tat-taxxa – produzzjoni lokali(5) |
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Noti għat-tabella:
|
|||||||||||||||||
4.
Impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika ġeneraliL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 2 għal kull reġjun, filwaqt li jipprovdu kwalunkwe data li turi l-impatt tad-differenzi fiskali fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ dawk ir-reġjuni. L-indikaturi meħtieġa fit-Tabella għandhom jirreferu għall-prestazzjoni tas-setturi li jibbenefikaw minn differenzjali tat-taxxa meta mqabbla mal-prestazzjoni ġenerali tal-ekonomija ta’ dawn ir-reġjuni ultraperiferiċi. Jekk xi wħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, għandha tiġi pprovduta data alternattiva dwar l-impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika ġenerali ta’ dawn ir-reġjuni.
Tabella 2
|
Sena(1) |
2019 |
2020 |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
Noti(2) |
||||||
|
Valur miżjud gross fil-livell reġjonali |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Impjieg reġjonali ġenerali |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Għadd ta’ kumpaniji attivi |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - Franza kontinentali |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - reġjuni ultraperiferiċi |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Noti għat-tabella:
|
|||||||||||||
5.
Speċifikazzjonijiet tal-iskemaL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabelli 3 u 4 għal kull prodott (SH4, SH6, NC8 jew TARIC10 kif applikabbli) u skont is-sena (mill-2019 sal-2024) għal kull wieħed mir-reġjuni ta’ Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte u Réunion. Il-lista tinkludi biss prodotti li jibbenefikaw minn differenzjali tat-taxxa.
Tabella 3. Identifikazzjoni tal-prodotti u rati applikati.
|
Prodott li jibbenefika minn differenzjal tat-taxxa - nomenklatura doganali (4, 6, 8 jew 10 ċifri) |
Sena |
Rata tad-dazju tal-baħar esterna(1) |
Rata tad-dazju tal-baħar interna(2) |
Differenzjal tat-taxxa applikat(3) |
Noti(4) |
||||||||
|
|
2019 |
|
|
|
|
||||||||
|
|
2020 |
|
|
|
|
||||||||
|
|
2021 |
|
|
|
|
||||||||
|
|
2022 |
|
|
|
|
||||||||
|
|
2023 |
|
|
|
|
||||||||
|
Noti għat-tabella:
|
|||||||||||||
Tabella 4: Is-sehem mis-suq ta’ prodotti li jibbenefikaw minn differenzjal tat-taxxa.
|
Prodott li jibbenefika minn differenzjal tat-taxxa - Kodiċi NM (4, 6, 8 jew 10 ċifri)(1) |
Sena |
Volum(2) |
Ammont (f’EUR)(3) |
Noti(4) |
|||||||||||||||
|
|
|
produzzjoni lokali |
unità |
importazzjonijiet |
sehem mis-suq(5) |
produzzjoni lokali |
importazzjonijiet |
sehem mis-suq(5) |
|
||||||||||
|
|
2019 |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
2020 |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
2021 |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
2022 |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
2023 |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||
|
Noti għat-tabella:
|
|||||||||||||||||||
6.
IrregolaritajietL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni dwar irregolaritajiet amministrattivi, b’mod partikolari fil-każ ta’ evażjoni tat-taxxa jew kuntrabandu, bħala parti mill-applikazzjoni tal-iskema tad-differenzjal tat-taxxa tad-dazju tal-baħar. Huma għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dettaljata li tinkludi, bħala minimu, in-natura tal-każ u l-valur u l-perijodu ta’ żmien involuti.
7.
IlmentiL-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe lment li jirċievu l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-iskema tad-differenzjal tat-taxxa tad-dazju tal-baħar (mill-benefiċjarji kif ukoll minn dawk li mhumiex benefiċjarji tal-iskema).