02020D1561 — MT — 26.01.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1561 tat-23 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 357 27.10.2020, p. 24) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/98 tal-25 ta’ Jannar 2022 |
L 17 |
42 |
26.1.2022 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1561
tat-23 ta’ Ottubru 2020
li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lill-Ungerija biex ittaffi r-riskji ta’ qagħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
Artikolu 1
L-Ungerija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672.
Artikolu 2
Artikolu 3
L-Ungerija tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
appoġġ temporanju biex tittejjeb l-akkomodazzjoni fid-destinazzjonijiet turistiċi biex tinżamm il-forza tax-xogħol eżistenti kif previst bir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 2080/2020 dwar l-iżvilupp nazzjonali ta’ akkomodazzjoni”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;
appoġġ temporanju għal kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel, kif previst bid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 25/2020. (VI. 22.)”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;
appoġġ temporanju għal kumpaniji ortikulturali fis-setturi tat-tkabbir ta’ għelejjel mhux perenni u ta’ propagazzjoni tal-pjanti kif previst bid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 26/2020. (VI. 22.)”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;
appoġġ temporanju għal kumpaniji ta’ trobbija tal-ħut, kif previst bid-“Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 30/2020. (VI. 22.)”, għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u ta’ kumpaniji b’membru wieħed;
l-estensjoni, sat-30 ta’ Ġunju 2020, ta’ dawk il-benefiċċji għat-tħaris tat-tfal li skadew matul il-perijodu tal-istat ta’ allarm, kif previst bid-“Digriet tal-Gvern Nru 59/2020. (III. 23.)” u l-Artikolu 71 tal-“Att LVIII 2020”;
is-sospensjoni tat-taxxa tal-kontribuzzjoni soċjali tal-impjegaturi f’ċerti setturi, kif previst bl-Artikolu 4, punt (a), tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg, kif estiża u emendata;
eżenzjonijiet mill-imposta tat-taħriġ tal-impjegaturi f’ċerti setturi, kif previst bl-Artikolu 4, punt (a), tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg, kif estiżi u emendati;
it-tnaqqis tat-taxxa ta’ kontribuzzjoni ta’ riabilitazzjoni tal-impjegaturi f’ċerti setturi kif previst bl-Artikolu 4, punt (a), tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg, kif estiż u emendat;
eżenzjoni mit-taxxa għall-kontribwenti tat-taxxa żgħar mir-reġim tat-taxxa f’somma waħda f’daqqa (“KATA”) f’ċerti setturi, kif previst bl-Artikolu 5 tad-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata mal-appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom u għall-kumpaniji b’membru wieħed, kif estiża u emendata;
l-esklużjoni tal-kostijiet tal-persunal mill-bażi għat-taxxa tat-taxxa tal-intrapriżi ż-żgħar (“KIVA”) f’ċerti setturi, kif previst bid-“Digriet tal-Gvern Nru 47/2020. (III. 18.)” (kif emendat), għall-parti tan-nefqa relatata ma’ kumpaniji li jnaqqsu jew iwaqqfu l-ħin tax-xogħol, jew meta l-impjegati kienu kontinwament fl-impjieg, kif estiża u emendata;
benefiċċju mogħti bħala somma waħda f’daqqa bħala rikonoxximent tax-xogħol żejjed tagħhom matul il-pandemija, kif previst bid-“Digriet tal-Gvern Nru 275/2020. (VI. 12.)”;
kostijiet relatati mal-miżuri speċjali biex tiġi kkontrollata l-pandemija introdotti f’kumpaniji tal-Istat;
kostijiet relatati ma’ miżuri speċjali biex tiġi kkontrollata l-pandemija u biex tipproteġi s-saħħa personali tal-uffiċjali pubbliċi, kif previst bid-“Digriet tal-Gvern Nru 250/2014. (X. 2.) dwar id-Direttorat Ġenerali għall-Akkwist Pubbliku u l-Forniment (KEF)”;
kostijiet relatati mal-infrastruttura u l-investiment fi sptarijiet għal protezzjoni ta’ livell għoli tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-pazjenti, kif previst bir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 1012/2020. (I. 31.) dwar it-Twaqqif tal-Persunal Operattiv”;
kostijiet diretti ta’ għodod u tagħmir għall-protezzjoni personali fi sptarijiet u f’istituzzjonijiet oħra għall-kura tas-saħħa għal protezzjoni ta’ livell għoli tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kif previst bir-“Riżoluzzjoni tal-Gvern 1012/2020 (I. 31.) dwar it-Twaqqif tal-Persunal Operattiv”;
skema ta’ appoġġ ta’ darba għall-introjtu għal dawk li jaħdmu għal rashom f’setturi affettwati mill-miżuri ta’ protezzjoni bil-kundizzjoni li jżommu l-attivitajiet tagħhom għal mill-inqas xahrejn wara t-tmiem prospettiv tal-istat ta’ emerġenza, kif previst bid-“Digriet tal-Gvern Nru 310/2021 (VI. 7.)”.
Artikolu 4
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.