European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4088

18.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Lulju 2025

li taħtar il-President ta' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(C/2025/4088)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,

Billi;

Fil-5 ta' Ġunju 2025, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ippreżenta lill-Kunsill lista ta' kandidati għall-kariga ta' President ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sa Cinzia NEGRO hija b'dan maħtura President ta' Bord tal-Appell tal-EUIPO għal mandat ta' ħames snin.

2.   Id-data li fiha jibda l-mandat ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

J. JENSEN


(1)   ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1001/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4088/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)