|
14.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 153/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 651/2007
tat-8 ta’ Ġunju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċertu merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdiviżjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bi ħsieb ta’ l-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna Nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun klassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna Nru 2, minħabba fir-raġunijiet imniżżla fil-kolonna Nru 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li, bla ħsara għall-miżuri li jeżistu fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tkun invokata minn min iżomm l-informazzjoni fuq tariffa li torbot għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM fil-kolonna Nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-miżuri fil-Komunità dwar sistemi doppji ta’ kontroll u dwar sorveljanza tal-Komunità qabel u wara ma ssir importazzjoni ta’ prodotti tessili fil-Komunità, informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perijodu ta’ 60 jum, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni Il-kodiċi tan-NM |
Raġunijiet |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
6112 41 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 6112 , 6112 41 u 6112 41 90 . Peress li l-lasktu huwa miżjud mal-ilbies iżda mhux parti mill-ilbies, dan ma jistax ikun ikklassifikata f’subtitlu 6112 41 10 (malji tan-nisa jew tal-bniet magħmula minn fibri sintetiċi li fihom 5 % jew aktar ħajt tal-lasktu). Meta tikkunsidra l-bixra ġenerali, il-qatgħa u n-natura tad-drapp, l-ilbies huwa konformi mal-kriterju ta' klassifikazzjoni ta' ilbies ta' malji ta' l-għawm tan-nisa jew tal-bniet magħmul minn fibri sintetiċi (kodiċi tan-NM 6112 41 90 – oħrajn) |
||
|
6211 42 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7 għal Sezzjoni XI, Nota 8 għal Kapitlu 62 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6211 , 6211 42 u 6211 42 90 . Skond in-Nota 4a) f’Kapitlu 62 dan l-oġġett ma jistax jitqies bħala lbies għat-“trabi” peress li ġie ddisinjat għat-tfal żgħar ta’ tul ta' aktar minn 86 ċm, għalhekk klassifikazzjoni f’dan it-titlu hija eskluża. Meta jitqiesu n-Noti ta' Spjega tan-NM għal titlu 6111 , li jqisu bħala lbies ir-“romper-bags” tat-trabi bil-ftuħ għad-dirgħajn jew bil-kmiem, l-oġġett in kwistjoni li hu ddisinjat bl-istess mod bħal dawk għat-trabi (il-parti ta' fuq hija maqtugħa bħal ilbies), ikbar biss fid-daqs, għandu wkoll jitqies bħala lbies. Minħabba l-qatgħa tal-parti ta' fuq, l-oġġett huwa meqjus bħala lbies ta’ Sezzjoni XI u mhux oġġett ta' friex jew tagħmir simili. Għalhekk, il-klassifika f’titlu 9404 hija eskluża. Peress li fil-kapitli li jkopru l-ilbies ma hemm ebda titlu speċifiku għal dan it-tip ta' oġġett, għandu jkun ikklassifikat bħala “ilbies ieħor”. |
||
|
6304 92 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6304 u 6304 92 00 . Ara n-Noti ta' Spjega SA għall-titlu 6304 , li jistabbilixxu li dan it-titlu jinkludi oġġetti ta' tagħmir magħmul minn materjali tessili biex jintuża fil-karozzi. Dan l-oġġett mhuwiex parti mis-sedil ta' karozza, iżda aċċessorju għal miegħu, u għalhekk, ma jistax ikun ikklassifikat taħt titlu 9401 . Ara wkoll n-Noti ta’ Spjega SA għall-titlu 9401 , bċejjeċ. Peress li dan l-oġġett huwa ddisinjat biex jintuża fil-karozzi, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala oġġett ta' friex tas-sodda jew tagħmir simili. Għalhekk klassifikazzjoni f’titlu 9404 hija eskluża. |
(*1) Ir-ritratti huma biss għall-informazzjoni.