|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2505 |
12.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2505
tal-11 ta’ Diċembru 2025
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna fl-ilma tax-xorb u għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil fl-għalf u fl-ilma tax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2628
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
L-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku (“l-addittivi”) ġew awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-użu fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew ippreżentati żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda tal-addittivi. Mal-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-ewwel applikazzjoni oriġinarjament kienet tikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żewġ addittivi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. |
|
(5) |
Fis-6 ta’ Mejju 2022, l-applikant irtira l-ewwel applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-ħnieżer li jkunu għadhom qed jikbru u l-ispeċijiet tat-tjur li jkunu għadhom qed jikbru. Barra minn hekk, fit-23 ta’ Jannar 2023, l-applikant irtira dik l-applikazzjoni għall-ispeċijiet kollha li kien fadal għajr it-tiġieġ tas-simna għall-użu fl-ilma, għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil/għall-bajd għall-użu fl-għalf u fl-ilma, u għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna għall-użu fl-ilma. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2628 (3) awtorizza l-addittivi għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma tax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-ewwel applikazzjoni għadha tikkonċerna biss l-użu tal-addittivi fl-ilma tax-xorb għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna. |
|
(7) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2022 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kienet ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-addittivi huma sikuri fil-livell ta’ 1 200 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet jew ta’ 600 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ilma għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittivi mhumiex tossiċi meta jinġibdu man-nifs, mhumiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhumiex sensitizzaturi dermali. L-Awtorità qalet ukoll li jitqies li l-livelli sikuri massimi proposti tal-addittivi kienu dderivati mis-suppożizzjoni li l-għalf ikun fih biżżejjed ammonti ta’ donaturi tal-metil (għajr il-metijonina, eż. il-kolina, il-betaina u l-aċidu foliku) u tal-vitamina B12. |
|
(8) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-28 ta’ Settembru 2022 u tat-18 ta’ Marzu 2025 (5), l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-użu tal-addittivi fl-ilma tax-xorb għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-titjib tal-prestazzjoni żooteknika tal-ħnienes miftuma u tal-ħnieżer tas-simna fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. |
|
(9) |
Fl-opinjonijiet tagħha dwar l-aċidu gwanidinoaċetiku adottati fis-27 ta’ Jannar 2016 (6) u fit-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità ddikjarat li l-addittivi jenħtieġ li ma jitqisux li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, minħabba li l-aċidu gwanidinoaċetiku jiġi kkonvertit esklużivament fi kreatina u ma jistax jiġi kkonvertit lura għal aċidu amminiku, filwaqt li l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom” jinkludi sustanzi li finalment jidħlu fil-metaboliżmu tal-ġisem u bħala tali jieħdu sehem fil-mogħdijiet tas-sinteżi tal-proteini. |
|
(10) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità ma dehrilhiex li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(11) |
It-tieni applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, speċifikament tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf u fl-ilma tax-xorb u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”. |
|
(12) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2025 (7), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittivi huma sikuri għad-dundjani tas-simna u mrobbija għat-tnissil, għall-konsumaturi u għall-ambjent fil-livell ta’ 1 200 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet jew ta’ 600 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ilma, bis-suppożizzjoni li l-għalf fih ammonti suffiċjenti ta’ donaturi tal-metil (għajr il-metijonina, eż. il-kolina, il-betaina u l-aċidu foliku) u ta’ vitamina B12. Tenniet ukoll il-konklużjoni tagħha f’valutazzjonijiet preċedenti li l-addittivi mhumiex tossiċi meta jinġibdu man-nifs, mhumiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhumiex sensitizzaturi dermali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittivi għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi fid-dundjani tas-simna u fid-dundjani mrobbija għat-tnissil f’livell minimu ta’ użu ta’ 600 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta’ għalf komplet jew ta’ 300 mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma. Hija ma qisitx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(13) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu fil-valutazzjoni preċedenti dwar l-istess addittivi u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Jannar 2016, huma validi u applikabbli għaż-żewġ applikazzjonijiet. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (8), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(14) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-addittivi jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu tal-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat. Huwa xieraq, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna, li jiġu awtorizzati l-addittivi fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet mill-Awtorità fir-rigward tal-effetti ta’ dawk l-addittivi fuq il-prestazzjoni żooteknika fil-ħnienes u fil-ħnieżer tas-simna u l-fatt li ma jikkorrispondux mat-tip ta’ prodotti inklużi fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. Barra minn hekk, minħabba l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u tal-preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku għall-użu kemm fl-għalf kif ukoll fl-ilma tax-xorb, jixraq li jiġi previst li l-użu simultanju tal-addittivi fl-għalf u fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju li jinqabżu l-livelli sikuri tal-użu għall-annimali fil-mira. |
|
(15) |
Barra minn hekk, meta jitqies li skont l-opinjonijiet tal-Awtorità tas-27 ta’ Jannar 2016, tat-28 ta’ Settembru 2022 u tat-18 ta’ Marzu 2025, il-konċentrazzjonijiet sikuri u effikaċi tal-addittivi huma primarjament stabbiliti fl-għalf u mbagħad estrapolati għall-ilma tax-xorb, u li l-konsum tal-ilma fil-ħnieżer u fil-pollam jista’ jvarja minn 2 sa 3 darbiet dak tal-konsum tal-għalf (f’materja niexfa) (9), huwa xieraq li jiġi żgurat li l-ammont ta’ aċidu gwanidinoaċetiku amministrat permezz tal-ilma tax-xorb jibqa’ fil-medda awtorizzata fl-għalf abbażi tal-konsum reali mill-annimali tal-ilma tax-xorb meta mqabbel mal-għalf. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2628 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza u l-preparat speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2628
Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2628 fil-kolonna “Dispożizzjonijiet oħra” f’kull waħda mill-erba’ tabelli jiżdied il-punt li ġej:
|
“6. |
B’kont meħud tal-ilma tax-xorb li jiġi effettivament ikkunsmat mill-annimali meta mqabbel mal-għalf, għandu jiġi żgurat li l-ammont ta’ aċidu gwanidinoaċetiku amministrat permezz tal-ilma tax-xorb ma jkunx ogħla minn dak li kieku jiġi mitmugħ fil-kontenut massimu ta’ 1 200 mg/kg ta’ għalf komplet.” |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir- Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta’ Ottubru 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 (ĠU L 270, 5.10.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1768/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2628 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku u preparat tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittivi tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, u għat-tiġieġ tas-simna fl-ilma għax-xorb (detentur tal-awtorizzazzjoni: Alzchem Trostberg GmbH), u li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1768 (ĠU L, 2023/2628, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2628/oj).
(4) EFSA Journal 2022;20(5):7269, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7269.
(5) EFSA Journal 2025;23:e9350, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9350.
(6) EFSA Journal 2016;14(2):4394, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2016.4394.
(7) EFSA Journal. 2025;23:e9349, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9349.
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
(9) Guidance on the identity, characterisation and conditions of use of feed additives, EFSA Journal 2017;15(10):5023, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.5023.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma tax-xorb |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||||
|
4d372 |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott permezz tas-sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-ilma tax-xorb: kromatografija jonika abbinata mad-detezzjoni bl-ultravjola (IC-UV). |
Ħnienes miftuma Ħnieżer tas-simna |
- |
200 |
600 |
|
L-1 ta’ Jannar 2036 |
||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma tax-xorb |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||||
|
4d372i |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat li fih minimu ta’ 96 % ta’ aċidu gwanidinoaċetiku. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott permezz tas-sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-ilma tax-xorb: kromatografija jonika abbinata mad-detezzjoni bl-ultravjola (IC-UV). |
Ħnienes miftuma Ħnieżer tas-simna |
- |
200 |
600 |
|
L-1 ta’ Jannar 2036 |
||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/l ta’ ilma tax-xorb |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||||||
|
4d372 |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu gwanidinoaċetiku 98 % fuq il-bażi ta’ materja niexfa. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott permezz tas-sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb: kromatografija jonika abbinata mad-detezzjoni bl-ultravjola (IC-UV). |
Dundjani tas-simna Dundjani mrobbija għat-tnissil |
- |
600 |
1 200 |
300 |
600 |
|
L-1 ta’ Jannar 2036 |
||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ aċidu gwanidinoaċetiku/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri tal-prestazzjoni) |
|||||||||||||||||||
|
4d372i |
Alzchem Trostberg GmbH |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat li fih minimu ta’ 96 % ta’ aċidu gwanidinoaċetiku. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott permezz tas-sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Purità: 98 % Impuritajiet:
Metodu analitiku (4) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost: kromatografija jonika abbinata mad-detezzjoni bl-ultravjola (IC-UV). |
Dundjani tas-simna Dundjani mrobbija għat-tnissil |
- |
600 |
1 200 |
|
L-1 ta’ Jannar 2036 |
||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2505/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)