|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3021 |
9.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3021
tad-9 ta’ Settembru 2024
dwar il-miżuri SA.43260 (2018/C) implimentati mill-Ġermanja favur Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH u Ryanair DAC
(notifikata bid-dokument C(2024) 6468)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a) tiegħu,
Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Deutsche Lufthansa AG (“Lufthansa” jew l-“ilmentatur”) ressqet ilment lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Novembru 2015, fejn tallega li l-Ġermanja kienet implimentat ċerti miżuri li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat permezz tal-awtoritajiet reġjonali tal-Land Ġermaniża ta’ Rheinland-Pfalz għall-benefiċċju ta’ Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (minn hawn ’il quddiem “FFHG”), l-operatur tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, u Ryanair DAC (“Ryanair”) fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħha fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra datata s-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ ċerti miżuri (2) (id-“deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Ġermanja kkummentat dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ bis-sottomissjoni tagħha tal-5 ta’ Frar 2019. |
|
(3) |
Permezz tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dik il-miżura. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati, jiġifieri, Lufthansa fit-3 ta’ Lulju 2019, Ryanair fil-25 ta’ Ottubru 2019 u FFHG fil-31 ta’ Ottubru 2019. |
|
(5) |
Permezz tal-ittri datati l-15 ta’ Novembru 2021, il-15 ta’ Diċembru 2021 u t-28 ta’ Marzu 2024, il-Ġermanja pprovdiet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni. Bejn l-2019 u l-2023 Lufthansa pprovdiet aktar tagħrif bil-miktub. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. Riċevituri tal-miżuri
|
(6) |
Ir-riċevituri tal-miżuri huma FFHG u Ryanair. |
2.1.1. FFHG
|
(7) |
Kif deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 13 u 14), l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn jinsab fil-Land Ġermaniża ta’ Rheinland-Pfalz, madwar 120 km lejn il-Punent mill-belt ta’ Frankfurt/Main. Sal-1992 kien bażi tal-ajru militari tal-Istati Uniti u sussegwentement ġie kkonvertit f’ajruport ċivili kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija. L-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn għandu liċenzja operattiva li tippermettilu jopera 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. |
|
(8) |
L-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn huwa operat minn FFHG. FFHG inħolqot fl-2001. Inizjalment Flughafen Frankfurt/Main GmbH (“Fraport”) kienet proprjetarja tal-maġġoranza tal-ishma f’FFHG, bil-Land ta’ Rheinland-Pfalz bħala l-azzjonist minoritarju. F’Jannar 2005 il-Land ta’ Hessen saret ukoll azzjonist minoritarju. |
|
(9) |
Għalhekk, minn Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 l-azzjonisti ta’ FFHG kienu Fraport (65 % tal-ishma), il-Land ta’ Rheinland-Pfalz (17,5 % tal-ishma) u l-Land ta’ Hessen (17,5 % tal-ishma). |
|
(10) |
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ħadet f’idejha FFHG billi akkwistat is-sehem ta’ kontroll ta’ 65 % mingħand Fraport. Wara dan l-akkwist, iż-żewġ azzjonisti li fadal ta’ FFHG kienu l-Land ta’ Rheinland-Pfalz (82,5 % tal-ishma) u l-Land ta’ Hessen (17,5 % tal-ishma). |
|
(11) |
Fl-1 ta’ Marzu 2017, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz iffirmat Ftehim għax-Xiri ta’ Ishma, magħluq fid-9 ta’ Awwissu 2017, li permezz tiegħu biegħet is-sehem tagħha ta’ 82,5 % f’FFHG lil HNA Airport Group GmbH, kumpanija tal-grupp Ċiniż HNA Group, li huwa attiv globalment. (“HNA Group”). Is-17,5 % li jifdal tal-ishma f’FFHG għadhom miżmuma mil-Land ta’ Hessen. |
|
(12) |
FFHG applikat għall-insolvenza f’Ottubru 2021. |
|
(13) |
Kif spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 15 sa 17), it-traffiku tal-passiġġieri mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn jikkonsisti prinċipalment f’titjiriet bi prezzijiet baxxi. Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, il-linja tal-ajru ewlenija li topera mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn hija Ryanair. |
|
(14) |
Bejn l-1998 u l-2007, l-għadd ta’ passiġġieri fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn żdied minn madwar 39 000 passiġġier għal madwar 4 miljun passiġġier fis-sena. Bejn l-2007 u l-2019, it-traffiku tal-passiġġieri naqas gradwalment għal madwar 1,5 miljun passiġġier fis-sena. |
|
(15) |
Minbarra titjiriet tal-passiġġieri, titjiriet tal-merkanzija huma operati mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u lejn l-istess ajruport. Fl-2019, madwar 171 000 tunnellata ta’ merkanzija bl-ajru ġew ittrasportati mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. Fl-2011, is-sena bl-ogħla livell ta' attività, ġew ittrasportati madwar 286 000 tunnellata. |
2.1.2. Ryanair
|
(16) |
Ryanair hija linja tal-ajru Irlandiża bi prezzijiet baxxi mwaqqfa fl-1984. Fl-2019, Ryanair ġarret madwar 142 miljun passiġġier u serviet aktar minn 200 ajruport. |
2.2. Il-miżuri kkontestati
2.2.1. Miżuri relatati ma’ FFHG
2.2.1.1.
|
(17) |
Skont il-Ġermanja, Haitec AG (“Haitec”) (3), kumpanija tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru mwaqqfa fl-2008, iddeċidiet li tistabbilixxi ruħha fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn biex tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru fuq bażi aktar permanenti fl-2013, u b’mod partikolari, biex tespandi l-offerta tagħha fl-ajruport għall-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru akbar. Għal dan il-għan, Haitec xtrat art mingħand FFHG fl-20 ta’ Diċembru 2013 għal madwar EUR 7,7 miljun bl-objettiv li tinbena sala tal-manutenzjoni akbar fuq dik l-art. Il-kostruzzjoni tas-sala ġiet iffinalizzata fil-ħarifa tal-2016, fejn Haitec investiet madwar EUR 40 miljun, ammont ferm ogħla minn dak ippjanat oriġinarjament. |
|
(18) |
Fl-aħħar stadju tan-negozjati tal-ftehim tal-bejgħ ta’ art bejn FFHG u Haitec, Haitec kellha bżonn tinkludi dritt ta’ rtirar fil-ftehim, li kien jeħtieġ li jkun kopert minn garanzija tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(19) |
Skont dan id-dritt ta’ rtirar, Haitec tista’ tirtira mill-ftehim tal-bejgħ matul perjodu ta’ madwar 15-il sena (sal-31 ta’ Diċembru 2028) jekk isseħħ waħda mit-tliet ċirkustanzi li ġejjin:
|
|
(20) |
F’każ li Haitec teżerċita d-dritt tagħha ta’ rtirar, Haitec għandha tirritorna l-art lil FFHG u għandha d-dritt li tirċievi 80 % tal-prezz tax-xiri f’ammont ta’ EUR 6,2 miljun. Billi taħt kwalunkwe waħda mit-tliet ċirkustanzi li jagħtu lok għall-irtirar elenkati fil-premessa 19, FFHG x’aktarx ma tkunx tista’ tħallas lura EUR 6,2 miljun lil Haitec, Haitec talbet garanzija għall-ħlas tal-pretensjoni tagħha. Għalhekk, fl-20 ta’ Frar 2014, Haitec irċeviet garanzija (Bürgschaftserklärung) mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz li fiha l-Land timpenja ruħha li tħallas EUR 6,2 miljun lil Haitec f’każ ta’ rtirar mill-ftehim tal-bejgħ ta’ art taħt iċ-ċirkustanzi elenkati fil-premessa 19. |
|
(21) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li għall-għoti ta’ din il-garanzija, FFHG tħallas primjum ta’ 2,56 % fis-sena fuq l-ammont ta’ garanzija ta’ EUR 6,2 miljun lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Il-primjum ta’ garanzija ġie stabbilit minn [l-impriża ta’ konsulenza]. [L-impriża ta’ konsulenza] użat l-għodda RiskCalc ta’ Moody’s u stmat il-klassifikazzjoni awtonoma ta’ FFHG ta’ […] għal sena u […] għal 5 snin fuq il-bażi tad-rapporti finanzjarji awditjati tal-2012 tal-ajruport. Fuq dik il-bażi, [l-impriża ta’ konsulenza] stmat medda ta’ primjums annwali ta’ garanzija konformi mas-suq bejn 1,51 % u 2,56 %. FFHG u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ħadu l-livell superjuri tal-medda stmata u qablu fuq primjum ta’ garanzija ta’ 2,56 % fis-sena (madwar EUR 158 000). L-arranġamenti tal-garanzija ma jipprevedux aġġustamenti fil-primjum ta’ garanzija. |
2.2.1.2.
|
(22) |
F’Novembru 2014, FFHG irċeviet EUR [10–25] miljun għal tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli, li permezz tagħha FFHG biegħet żewġ biċċiet ta’ art, ir-roqgħa “tal-kampus” u r-roqgħa “tal-akkomodazzjoni”, lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz (“il-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014”). FFHG żammet dritt ta’ rtirar mill-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 fir-rigward tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni”. Il-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 ipprovda li l-prezz tal-bejgħ fil-każ li jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rtirar jenħtieġ li jkun ibbażat fuq opinjoni esperta ġdida. Fil-kuntest ta’ din it-tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ħolqot 29 pożizzjoni ġdida ta’ impjieg fil-Landesbetrieb Liegenschafts- und Baubetreuung (LBB), li kienu prinċipalment (iżda mhux esklużivament) mimlija b’impjegati ġejjin minn FFHG. Il-Kummissjoni kkonkludiet fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 kien seħħ bil-valur tas-suq. Dik il-konklużjoni kienet ibbażata fuq opinjoni esperta tal-Kumitat tal-Opinjonijiet tal-Esperti dwar il-Valuri tal-Proprjetà għaż-Żona ta’ Osteifel-Hunsrück ikkummissjonata mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz u kkomplementata minn rapport tal-Amministrazzjoni tat-Tramuntana għall-Istrutturi u l-Awtorizzazzjonijiet (“SGD Nord”). |
|
(23) |
Fl-2015, FFHG bdiet proċedura pubblika ta’ sejħa għal offerti biex tbigħ ir-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni”. ADC Airport Harbour Investment GmbH (“ADC”) ippreżentat offerta ta’ EUR 1,25 miljun. |
|
(24) |
Sussegwentement, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz bdiet il-proċedura ta’ privatizzazzjoni għall-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. L-offerent rebbieħ, Shanghai Yiquian Trading Co. Ltd. (“SYT”), għamel offerta li kienet tinkludi l-irqajja’ ta’ art “tal-kampus” u “tal-akkomodazzjoni”. Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz użat l-offerta ta’ ADC bħala indikattiva tal-prezz tas-suq tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” u stabbiliet il-prezz għal dik ir-roqgħa fil-kuntratt ta’ privatizzazzjoni ma’ SYT għal EUR 1,25 miljun. Il-kuntratt ta’ privatizzazzjoni ma’ SYT ġie konkluż fit-2 ta’ Ġunju 2016. Sabiex il-Land ta’ Rheinland-Pfalz tkun tista’ tittrasferixxi fil-qafas tal-privatizzazzjoni l-irqajja’ ta’ art “tal-kampus” u “tal-akkomodazzjoni” flimkien lil SYT, kien ġie previst li FFHG tirrinunzja għad-dritt tagħha li tirtira mill-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 mal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Madankollu, SYT naqset milli tħallas fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-prezz għall-kuntratt ta’ privatizzazzjoni, u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz imbagħad eżerċitat id-dritt tagħha li tikkanċella l-bejgħ lil SYT fis-6 ta’ Lulju 2016. |
|
(25) |
Fis-6 ta’ Ġunju 2016, FFHG eżerċitat id-dritt tagħha ta’ rtirar mill-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014. L-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar ġie notarizzat fis-6 ta’ Lulju 2016. FFHG ma ħallset l-ebda kumpens lil Rheinland-Pfalz talli eżerċitat id-dritt ta’ rtirar fir-rigward tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni”. Il-Ġermanja tispjega li dan kien minħabba li l-opinjoni esperta tal-Kumitat tal-Opinjonijiet tal-Esperti dwar il-Valuri tal-Proprjetà għaż-Żona ta’ Osteifel-Hunsrück mill-2014, ikkomplementata minn rapport ta’ SGD Nord, kienet ikkonkludiet għall-fini tal-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 li l-kostijiet għat-twaqqigħ tal-bini fuq ir-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” (ex kwartieri tal-armata) u r-riabilitazzjoni sussegwenti tal-art kienu se jkunu aktar għalja mill-valur tal-art, ladarba dawk ix-xogħlijiet ikunu twettqu. L-opinjoni esperta eskludiet il-possibbiltà ta’ valur tas-suq negattiv, u għalhekk stabbiliet il-valur tas-suq tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” għal EUR żero. FFHG biegħet ir-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” għal EUR 1,25 miljun lil ADC b’kuntratt tas-6 ta’ Lulju 2016. Dan il-kuntratt għandu tliet partijiet, ADC, FFHG u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz, peress li l-kuntratt ma kienx jinkludi biss il-bejgħ tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” minn FFHG lil ADC, iżda wkoll il-bejgħ tar-roqgħa “tal-kampus” mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz għal ADC. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji dwar jekk l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar fir-rigward tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” minn FFHG lejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz mingħajr ma tħallas ebda kumpens kienx sar bil-valur tas-suq (ara l-premessi 184–189 tad-deċiżjoni tal-ftuħ), minħabba li l-Ġermanja ma pprovdietx evalwazzjoni tal-valur tal-art fil-mument tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, minkejja l-fatt li l-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 ipprovda li l-prezz tal-bejgħ fil-każ li jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rtirar jenħtieġ li jkun ibbażat fuq opinjoni esperta ġdida. |
2.2.2. Miżuri relatati ma’ Ryanair
2.2.2.1.
Ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni
|
(27) |
Fl-4 ta’ Novembru 2005, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair kkonkludew ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni (“il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni”), li kien validu sal-aħħar tal-2016. Il-ftehim ġie konkluż mil-Land biss, indipendentement minn FFHG, li ma kinitx parti għall-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Land kellha biss sehem ta’ 17,5 % f’FFHG, filwaqt li 65 % tal-ishma kienu miżmuma minn Fraport, li mhijiex ikkontrollata mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(28) |
Ġie miftiehem li l-finanzjament ipprovdut mil-Land lil Ryanair permezz tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni se jintuża għal attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ bejgħ imwettqa minn Ryanair li jkunu ta’ benefiċċju għall-kummerċjalizzazzjoni turistika konġunta tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz u ta’ Ryanair (il-premessa 90 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Il-pagamenti kellhom isiru lil Ryanair fuq il-bażi ta’ fatturi korrispondenti għal attivitajiet promozzjonali favur il-postijiet turistiċi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Biex timplimenta dawn l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, Ryanair żviluppat “kunċett ta’ kummerċjalizzazzjoni”. |
|
(29) |
Skont il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Land xtrat mingħand Ryanair (i) links fis-sit web ta’ Ryanair għal offerti turistiċi fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz (l-Artikolu 1 tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni); (ii) żewġ paġni fir-rivista ta’ Ryanair li titqassam fuq l-ajruplan (l-Artikolu 2 tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni); u (iii) kampanja fl-istampa li tibbenefika l-industrija tat-turisti tal-Land (l-Artikolu 3 tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni). Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, il-ftehim jispeċifika għal liema ammont Ryanair teħtieġ li tixtri spazju għar-reklamar mingħand partijiet terzi għas-snin 2006 sal-2010 (minn EUR 160 000 fl-2006 għal EUR [400 000 – 500 000] fl-2009 u l-2010). |
|
(30) |
Il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni jipprevedi wkoll il-pagamenti li għandhom isiru mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil Ryanair, li — skont l-Artikolu 7 tal-ftehim — jenħtieġ li jkunu tal-inqas 50 % inqas mill-prezzijiet mitluba minn Ryanair lil klijenti oħra ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online. Barra minn hekk, l-Artikolu 9 tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni jipprovdi li Ryanair timpenja ruħha li tibbaża ċertu numru ta’ inġenji tal-ajru (4) fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li jvarja matul is-snin koperti mill-ftehim (kif speċifikat fl-Anness tal-ftehim), peress li l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni kif definiti mill-ftehim huma effettivi biss jekk aktar turisti deħlin jiġu diretti fir-reġjun. Jekk Ryanair ma tibbażax in-numru miftiehem ta’ inġenji tal-ajru fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz għandha d-dritt li ttemm immedjatament il-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(31) |
It-tabella li ġejja tistabbilixxi l-pagamenti dovuti mil-Land lil Ryanair kull sena skont il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll in-numru ta’ inġenji tal-ajru li Ryanair timpenja ruħha li tibbaża fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn kull sena: Tabella 1 Ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni - pagamenti dovuti mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz u numru ta’ ajruplani ta’ Ryanair li għandhom ikunu bbażati fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn.
|
|
(32) |
Minbarra ħarsa ġenerali lejn il-prezzijiet mitluba minn diversi siti web għal kampanji pubbliċitarji, il-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda evalwazzjoni ex ante dettaljata tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni li sar mil-Land li turi li l-ftehim kien konformi mas-suq. |
Ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni
|
(33) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, wara l-bejgħ tal-ishma tagħha f’FFHG lil HNA Group (5) f’Marzu 2017, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ikkonkludiet ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġdid (imsejjaħ “Ftehim ta’ Kampanja Kollaborattiva”, minn hawn ’il quddiem “il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni”) ma’ Ryanair. Dak il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2017 u ġie konkluż għal tul ta’ żmien massimu ta’ 5 snin. Skont ir-restrizzjonijiet baġitarji tal-Land, il-Land kellha d-dritt li ttemm il-ftehim b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2018 l-aktar kmieni. |
|
(34) |
Il-ftehim il-ġdid ippreveda pagamenti annwali ta’ kummerċjalizzazzjoni mil-Land lil Ryanair fil-prinċipju f’ammont ta’ EUR 1,2 miljun fis-sena. Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-pagament pro rata ġie ffissat għal EUR 350 000, għall-2018 kien previst ammont addizzjonali ta’ massimu ta’ EUR 200 000 (li jammonta għal total ta’ EUR 1,4 miljun għall-2018) jekk kien sar trasferiment korrispondenti ta’ fondi mhux użati ppjanati għas-sena 2017 f’konformità mar-regoli baġitarji applikabbli tal-Land. |
|
(35) |
Il-partijiet qablu li jiddeterminaw kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni dettaljata u l-valur tagħha fuq bażi annwali. Il-pagament annwali jkun jammonta għal mhux aktar minn EUR 1,2 miljun. |
|
(36) |
Għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt, Ryanair impenjat ruħha li ġġorr mill-inqas [100 000–200 000] passiġġier fis-sena lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li joqogħdu mill-inqas lejl wieħed fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz (“turisti bl-ajru”). Jekk jinkisbu inqas minn [100 000–200 000] turist bl-ajru, ma jkun dovut l-ebda pagament. Jekk ikun hemm aktar minn [100 000–200 000], iżda inqas minn [100 000–200 000] turisti bl-ajru, kien ikun dovut biss […] % ta’ EUR 1,2 miljun. |
|
(37) |
Barra minn hekk, il-pjan tal-kampanja tal-2018 ippreveda miżuri li joħolqu u jsaħħu l-għarfien dwar id-destinazzjoni Rheinland-Pfalz permezz tal-media soċjali, il-bażi tad-data u s-siti web tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti ta’ Ryanair, kif ukoll reklamar immirat. Barra minn hekk, kienet ippjanata kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni komprensiva għal valur ta’ EUR [0–1,2 miljun] bl-użu kemm ta’ kanali tal-media tradizzjonali kif ukoll media diġitali mmirata ħafna. |
|
(38) |
Il-Ġermanja targumenta li l-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġie konkluż wara l-privatizzazzjoni tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u li l-partijiet fil-ftehim aġixxew bħala operaturi f’ekonomija tas-suq, filwaqt li rrispettaw il-kundizzjonijiet tas-suq għall-konklużjoni ta’ tali ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Skont il-Ġermanja, id-deċiżjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz li tikkonkludi l-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair kienet ibbażata fuq studju ta’ valutazzjoni komparattiva mwettaq minn espert indipendenti li jirriżulta f’Ryanair li toffri l-aħjar valur għall-flus fir-rigward tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li l-Land kienet qed tfittex. Minbarra l-istudju ta’ valutazzjoni komparattiva, il-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda evalwazzjoni ex ante dettaljata tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni li sar mil-Land li turi li hija kienet konformi mal-imġiba kummerċjali u l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
2.2.2.2.
|
(39) |
FFHG u Ryanair kkonkludew sensiela ta’ ftehimiet li jirregolaw il-kundizzjonijiet finanzjarji li taħthom Ryanair topera fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 (6) (“Deċiżjoni Hahn I”), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn FFHG u Ryanair mill-2002 (“ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002”) u l-2005 (“ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005”) kienu konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u għalhekk ma kkostitwiex għajnuna mill-Istat. Il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 kien inizjalment stabbilit li japplika sat-13 ta’ Frar 2017, b’għażla għal estensjoni tad-data ta’ skadenza sat-13 ta’ Frar 2022, u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005 kien inizjalment stabbilit li japplika sal-2027. |
|
(40) |
Madankollu, fis-27 ta’ Marzu 2013 ġie konkluż Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament (“il-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013” jew il-“ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013”) bejn FFHG u Ryanair għal tul ta’ żmien ta’ 3 snin (mill-2013 sal-2016). Skont it-termini tiegħu stess, il-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 “jiġbor u jissostitwixxi l-ftehimiet kollha li saru qabel fir-rigward tal-operat tal-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u lejn l-istess ajruport”. Il-Ġermanja ma ssottomettietx valutazzjoni tal-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 skont il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Il-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 huwa ittra ta’ akkumpanjament għall-ftehim standard ta’ servizzi fuq l-art applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. Ma jvarjax mill-iskeda ta’ imposti tal-ajruport, u pjuttost jikkonferma l-applikabbiltà tiegħu. Jaġġorna r-regoli tas-servizzi fuq l-art applikabbli għal Ryanair għall-iżviluppi ġenerali fl-industrija tal-avjazzjoni. |
|
(41) |
Fit-8 ta’ Marzu 2015, permezz ta’ Annotazzjoni għall-ftehim ta’ servizzi fuq l-art mehmuża mal-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 (“l-Annotazzjoni tal-2015” jew il-“ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2015”), il-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 ġie modifikat fuq il-punti li ġejjin: (a) l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tal-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 sal-31 ta’ Marzu 2017, (b) il-provvista ta’ vettura tar-rampa/vann tal-manutenzjoni lil Ryanair u (c) il-provvista ta’ uffiċċju amministrattiv u spazju għall-ħażna għall-ispare parts lil Ryanair. Il-Ġermanja ċċarat li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ madwar EUR 100 000 għal kull rotta ġdida miftuħa minn/lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn imsemmi fil-premessa 109 tad-deċiżjoni tal-ftuħ kien diġà inkluż fil-ftehim Ryanair tal-2002. Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li, fi kwalunkwe każ, ma ngħata l-ebda appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni għal rotta ġdida matul l-applikazzjoni tal-Annotazzjoni tal-2015. |
|
(42) |
Fit-8/9 ta’ Settembru 2016, FFHG u Ryanair kkonkludew ftehim ġdid għal 5 snin, applikabbli mill-1 ta’ April 2017 sal-31 ta’ Marzu 2022. Dan il-ftehim jieħu l-forma ta’ Ittra ta’ Akkumpanjament għall-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 (“l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016” jew il-“ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016”). L-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016, li primarjament tistipula liema ammont ta’ imposti tal-ajruport japplikaw taħt liema ċirkustanzi, tagħmel ċerti emendi għall-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 u tissostitwixxi l-Annotazzjoni tal-2015. |
|
(43) |
Skont il-Ġermanja, l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 timmodifika biss il-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 u l-Annotazzjoni tal-2015 f’żewġ punti:
|
2.2.2.3.
|
(44) |
L-ilmentatur isostni — fuq il-bażi tar-rapporti annwali ta’ Hahn Campus Management GmbH (“HCM”), sussidjarja 100 % ta’ FFHG, — li HCM irċeviet ammont ta’ madwar EUR 1 685 miljun f’għajnuna għat-taħriġ mill-awtoritajiet tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz fil-perjodu 2001–2002 biex tħarreġ persuni qiegħda jew persuni mhedda mill-qgħad. Barra minn hekk, HCM ikkummissjonat kumpanija msejħa a und o Gettmann Arbeitsmarkt- und Organisationsberatung (“a und o Gettmann”) bil-ġestjoni tal-proċedura amministrattiva, notevolment li tiġbor l-evidenza li l-pagamenti ntużaw biex it-taħriġ jitwettaq verament (Verwendungsnachweise). |
|
(45) |
Skont l-ilmentatur, Ryanair ipprovdiet servizzi ta’ taħriġ lil HCM fil-qafas ta’ programm ta’ taħriġ għall-assistenti tat-titjira u l-bdoti u ġiet remunerata għal dawk is-servizzi. F’dan il-kuntest, l-ilmentatur isemmi ammont ta’ EUR 4 miljun. L-ilmentatur jikkwota wkoll artikolu tal-istampa li fih espert stima li madwar 80 sa 90 % tal-bdoti u assistenti tat-titjira li ġew imħarrġa permezz tal-programm HCM kienu eventwalment impjegati minn Ryanair. L-ilmentatur jiddikjara li kien fatt magħruf li l-impjegati ta’ Ryanair kellhom jiffinanzjaw il-kwalifika tagħhom huma stess u Ryanair ma ġarrbitx il-kostijiet tat-taħriġ tal-persunal tagħha stess (kemm tal-bdoti kif ukoll tal-ekwipaġġ tal-kabina). L-ilmentatur jikkwota għal dak il-għan dikjarazzjoni fuq is-sit web ta’ Ryanair tal-2003 dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina. |
2.2.2.4.
|
(46) |
L-ilmentatur isostni li FFHG bniet ċentru għat-taħriġ b’valur ta’ EUR 9 miljun għal Ryanair fl-2010. Skont l-ilmentatur, iċ-ċentru għat-taħriġ għandu sa 16-il kamra tat-taħriġ u 70 kamra tas-sodda u ilu jintuża minn Ryanair biex iħarreġ bdoti u membri tal-ekwipaġġ minn Awwissu tal-2010. |
|
(47) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur isostni li FFHG bniet sala tal-manutenzjoni fl-2010 mikrija lil Ryanair, filwaqt li l-ftehim ta’ kiri ma kienx ikopri l-kost għal FFHG. Skont l-ilmentatur, is-sala tal-manutenzjoni hija ddisinjata għal żewġ inġenji tal-ajru Boeing 737-800, li huwa t-tip ta’ ajruplan użat minn Ryanair. Skont l-ilmentatur, is-sala tal-manutenzjoni nbniet speċifikament fuq talba ta’ Ryanair. F’dan ir-rigward l-ilmentatur jirreferi għal artikoli tal-istampa li juru li Ryanair kienet f’negozjati ma’ diversi ajruporti dwar il-bini ta’ faċilitajiet bħal dawn. |
|
(48) |
L-ilmentatur isostni li sabiex tinbena din is-sala, FFHG ippubblikat offerta għal ftehim ta’ konċessjoni b’valur sa EUR 8 miljun. Madankollu, il-kuntratt ta’ konċessjoni li FFHG eventwalment ikkonkludiet ma’ kumpanija tal-kostruzzjoni biex tibni s-sala tal-manutenzjoni kellu volum ta’ EUR 17,46 miljun. Il-kumpanija tal-kostruzzjoni sussegwentement kriet is-sala tal-manutenzjoni lil FFHG għal 30 sena. L-ilmentatur jiddikjara li FFHG kisbet il-pussess ekonomiku tas-sala tal-manutenzjoni fl-2011 għal EUR 12,1 miljun, u min-naħa tagħha ssullokatha lil Ryanair sal-2027, bi prezz inqas mill-kost ta’ madwar EUR 8,3 miljun b’kollox. |
|
(49) |
L-ilmentatur iqis li l-“konċessjoni” ma kinitx konċessjoni ġenwina, peress li l-kumpanija tal-kostruzzjoni ma operatx is-sala sabiex tkopri l-kostijiet tal-investimenti tagħha permezz ta’ tariffi mħallsa minn utenti ta’ partijiet terzi. Minflok, il-kumpanija tal-kostruzzjoni sempliċement krietha lura lil FFHG għal 30 sena biex tkopri l-kostijiet tal-investiment. Għalhekk, FFHG de facto ġarrbet ir-riskju finanzjarju tal-bini tas-sala tal-manutenzjoni. Barra minn hekk, peress li FFHG kisbet il-pussess ekonomika tas-sala tal-manutenzjoni fl-2011 għal madwar EUR 12,1 miljun u Ryanair kienet obbligata tħallas biss madwar EUR 8,3 miljun f’kera sal-2027, il-kera ma kinitx tkopri l-kost u għalhekk tipprovdi vantaġġ lil Ryanair. |
2.3. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura
|
(50) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri li ġejjin jinvolvux għajnuna mill-Istat u jistgħux jitqiesu kompatibbli mas-suq intern:
|
2.3.1. Il-garanzija mogħtija mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil FFHG fir-rigward ta’ bejgħ ta’ art lill-kumpanija tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru Haitec
|
(51) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-primjum ta’ garanzija ta’ 2,56 % jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil FFHG peress li ma jidhirx li jirrifletti prezz orjentat lejn is-suq u għalhekk ma deherx konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (“MEOP”, market economy operator principle). Il-Kummissjoni qieset li [l-impriża ta’ konsulenza] x’aktarx kienet issottovalutat il-valur referenzjarju tas-suq. (7) |
2.3.2. Il-bejgħ “doppju” minn FFHG ta’ roqgħa ta’ art
|
(52) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari, li l-kundizzjonijiet li taħthom FFHG eżerċitat id-dritt ta’ rtirar tagħha fir-rigward tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” fl-2016 ma kinux konformi mal-MEOP. L-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, mingħajr ebda kumpens lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, filwaqt li r-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” inbiegħet lil ADC għal EUR 1,25 miljun xahar wara l-irtirar, preliminarjament jindika vantaġġ ekonomiku. (8) |
|
(53) |
Fin-nuqqas ta’ aktar informazzjoni mill-Ġermanja, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-għajnuna tkunx kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 5.1.2 tal-Linji gwida tal-2014 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (il-“Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni”) (9) (10) |
2.3.3. L-għajnuna għat-taħriġ lil Ryanair
|
(54) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-għajnuna għat-taħriġ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lejn Ryanair, inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(55) |
L-osservazzjonijiet preliminari tal-Kummissjoni kienu jinkludu dan li ġej:
|
2.3.4. Il-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni
|
(56) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għal Ryanair. Il-Kummissjoni kkonkludiet fuq bażi preliminari li l-finanzjament inkwistjoni ta vantaġġ ekonomiku lil Ryanair, peress li l-analiżi tal-profitabbiltà ppreżentata mill-Ġermanja qajmet diversi dubji. (13) |
2.3.5. Il-ftehimiet tal-2005 u l-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair
|
(57) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li ż-żewġ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lejn Ryanair u huma inkompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni ddubitat li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni kienu kompatibbli mal-MEOP. Il-Kummissjoni kellha dubji, b’mod partikolari, li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz setgħet tikseb kwalunkwe element ta’ profitt minn dawn il-ftehimiet li operatur privat ipotetiku jikkunsidra meta jivvaluta jekk għandux jikkonkludi dawn il-ftehimiet. (14) |
|
(58) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet imħassba li l-objettiv ewlieni tal-ftehimiet ma kienx l-akkwist ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-ħsieb li jiġi promoss it-territorju ta’ Rheinland-Pfalz iżda pjuttost li jiġu appoġġjati finanzjarjament l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair minn Frankfurt-Hahn u lejn l-istess ajruport, biex jittejjeb it-traffiku tal-ajru f’dak l-ajruport. |
2.3.6. Il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair
|
(59) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz bħala azzjonist maġġoritarju ta’ FFHG, kienet involuta fid-deċiżjoni ta’ FFHG li tikkonkludi ftehimiet, u ddubitat li operatur f’ekonomija tas-suq immexxi minn prospetti ta’ profitabbiltà fl-istess sitwazzjoni ta’ FFHG kien jikkonkludi l-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013, l-Annotazzjoni tal-2015 u l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016. (15) |
|
(60) |
Fir-rigward tal-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016, il-Kummissjoni kellha dubji li din issodisfat lill-MEOP, b’mod partikolari peress li s-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat l-istudju ta’ PwC li l-Ġermanja serrħet fuqu biex turi mġiba konformi mas-suq mil-Land, dehru wisq ottimisti. (16) |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
3.1. Kummenti mill-ilmentatur
3.1.1. Rigward miżuri relatati ma’ FFHG
3.1.1.1.
|
(61) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, Lufthansa targumenta li l-Kummissjoni b’mod żbaljat kienet tal-fehma li kien japplika l-MEOP. |
|
(62) |
L-ewwel nett, Lufthansa targumenta li l-Land ma aġixxietx bħala investitur privat, peress li l-ebda operatur privat ma kien se joħroġ tali garanzija fis-sitwazzjoni speċifika. Il-garanzija tal-pagament tiġi attivata jekk ikun hemm waqfien fl-operat tal-ajruport qabel l-2024. Lufthansa tenfasizza dan ir-riskju minħabba li Ryanair ma kellha l-ebda obbligu kuntrattwali li topera fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u setgħet tħalli l-ajruport matul il-lejl. Fl-2008 Ryanair kienet diġà heddet li titlaq mill-ajruport. |
|
(63) |
Sussidjarjament, Lufthansa targumenta li anki jekk kien japplika l-MEOP, il-primjum minn FFHG kien baxx wisq u b’hekk ngħata vantaġġ lil FFHG. |
|
(64) |
Lufthansa tikkontesta l-approċċ segwit mill-Ġermanja u mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ biex jiġi vvalutat il-livell tal-primjum. B’mod partikolari, Lufthansa tikkontesta s-sejba tal-Kummissjoni li r-rata minima ta’ konformità mas-suq tkun ta’ 3,10 %. Dik il-kunsiderazzjoni kienet ibbażata fuq it-trattament ta’ FFHG bħala “mutwatarju”, filwaqt li f’dan il-każ il-garanzija tkopri l-pagament ta’ penali lil Haitec aktar milli l-ħlas lura ta’ self. Għalhekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (il-“Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza”) (17) trid tintuża bħala prokura. Il-primjum minimu mbagħad jammonta għal 7,98 %. |
3.1.1.2.
|
(65) |
Lufthansa targumenta li l-opinjonijiet esperti kkwotati fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-bejgħ ta’ art ġew ippreparati minn entitajiet pubbliċi. Lufthansa tqis li dawk ma jikkwalifikawx bħala esperti indipendenti. Madankollu, dan il-kumment jirrigwarda l-prezz tal-bejgħ inizjali fil-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 u ma jirrigwardax id-dubji mqajma dwar l-eżerċizzju minn FFHG tad-dritt tagħha li tirtira mill-bejgħ li jikkonċerna r-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni” fil-kuntest tal-bejgħ tagħha lil ADC xahar wara. Lufthansa taqbel ma’ dawn id-dubji u targumenta li dan tal-aħħar ta vantaġġ lil FFHG. |
3.1.2. Rigward miżuri relatati ma’ Ryanair
3.1.2.1.
|
(66) |
L-ilmentatur jargumenta li mhux tas-soltu li awtorità pubblika tidħol fi ftehim bħal dan. L-uniku preċedent kien jikkonċerna l-ajruport ta’ Zweibrücken, fejn l-għajnuna fil-fatt instabet illegali u inkompatibbli. |
|
(67) |
L-ilmentatur josserva li l-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni jikkonċerna biss l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u mhux il-Land kollha ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(68) |
Skont Lufthansa, ta’ min jinnota wkoll li, tal-inqas għas-sena 2008, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ħallset lil Ryanair darbtejn għal links tal-internet: darba taħt il-ftehim ta’ Zweibrücken u darba taħt il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni li qiegħed jiġi vvalutat f’dan il-każ. |
|
(69) |
L-ilmentatur jikkontesta wkoll li Ryanair verament wettqet kampanja fl-istampa li kienet ta’ benefiċċju għall-industrija tat-turiżmu tal-Land. L-istrateġija tat-turiżmu fl-2015, li kienet immirata lejn viżitaturi barranin, jenħtieġ li ma tiġix ikkunsidrata meta jiġi vvalutat il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(70) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur jikkontesta li n-numru ta’ ajruplani miftiehma li jkunu stazzjonati fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn intlaħaq u jsostni li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma temmetx il-ftehim minkejja dan l-allegat ksur tal-ftehim. |
|
(71) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur jissuġġerixxi li 30 % sa 50 % tal-baġit tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz intefaq fuq Ryanair. Għażla bħal din hija diskriminazzjoni favur Ryanair, speċjalment meta wieħed iqis li Ryanair rċeviet ukoll appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni taħt il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005, l-2015 u l-2016 kif ukoll appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni minn ajruporti oħra. |
3.1.2.2.
|
(72) |
L-ilmentatur iqis li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport huma imputabbli għall-Istat peress li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz, fil-kapaċità tagħha bħala azzjonist maġġoritarju ta’ FFHG u membru tal-bord superviżorju, x’aktarx kienet involuta fl-iffirmar tal-ftehimiet. |
|
(73) |
Barra minn hekk, investitur privat f’sitwazzjoni simili kien iqis ir-riżultat ekonomiku primarju tal-ftehim, jiġifieri d-defiċit sinifikanti, u kien iżomm lura milli jġedded l-istess ftehim. F’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-300/16 (18), l-informazzjoni kollha li jista’ jkollha influwenza sinifikanti fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-investitur trid tiġi kkunsidrata. |
|
(74) |
Lufthansa ssostni wkoll li FFHG saret taf bl-opinjoni esperta tal-2012 minn AT Kearney, li vvalutat il-profitabbiltà ta’ FFHG, jew in-nuqqas tagħha. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni ta’ dik l-opinjoni esperta, FFHG avviċinat lil Ryanair kmieni fl-2013 u talbet għal żieda fit-tariffi. Madankollu, Ryanair qablet biss dwar xi bidliet kożmetiċi. Għalhekk, FFHG ma kellhiex tikkonkludi l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u tal-2015 jekk aġixxiet bħala investitur privat. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016, is-sitwazzjoni speċifika tal-investitur għal FFHG kienet kemxejn differenti mill-ftehimiet tal-2013 u tal-2015. Lufthansa ssostni li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016 ma kienx ikun konkluż minn investitur li jaġixxi b’mod raġonevoli fis-sitwazzjoni speċifika ta’ FFHG, peress li ġie konkluż wara pressjoni minn Ryanair lejn sid potenzjali ġdid tal-ajruport fost (ir-raba’) proċediment għaddej ta’ privatizzazzjoni u fuq termini li kienu saħansitra aktar ta’ benefiċċju minn dawk tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005, li ma kinux biżżejjed biex jipprevjenu lil FFHG, meħuda kollha kemm hi, milli tiġġenera telf sinifikanti matul is-snin. |
|
(76) |
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda parametru ekonomiku prevedibbli jew saħansitra komputabbli biex isir test tal-investitur privat, prinċipalment minħabba li Ryanair ma impenjat ruħha għal ebda volum speċifiku ta’ attività fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(77) |
Lufthansa tinnota wkoll li kwotazzjonijiet mis-sessjonijiet parlamentari lokali, li jwasslu informazzjoni pprovduta lill-membri tal-bord superviżorju ta’ FFHG, juru li l-parametri ewlenin tal-ftehim kienu diġà ġew miftiehma fit-28 ta’ Lulju 2016 mill-maniġment ta’ FFHG wara pressjoni minn Ryanair. Madankollu, l-istudju tal-fattibbiltà ta’ PwC huwa datat minn Settembru 2016. Għalhekk, Lufthansa tqis li dan jikkonferma d-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-istudju ma sarx qabel il-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016. Minflok, l-għan tal-istudju kien li jiġi evitat li FFHG tippreżenta insolvenza f’nofs il-proċedura ta’ privatizzazzjoni. |
|
(78) |
Fl-aħħar nett, Lufthansa ssostni li l-ammont totali tal-għajnuna skont il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 jammonta għal mill-inqas EUR 70 miljun. |
3.1.2.3.
|
(79) |
Lufthansa tqis li Ryanair hija l-benefiċjarja tal-allegata għajnuna għat-taħriġ peress li l-Land ittrasferiet il-pagamenti lil HCM bil-għan li din tgħaddihom lil Ryanair. |
|
(80) |
L-ilmentatur jorbot l-allegata għajnuna għat-taħriġ mal-ftehim tal-2001 dwar il-kummerċjalizzazzjoni bejn FFHG u Ryanair billi jargumenta li huma marbuta mill-qrib f’termini ta’ żmien. |
|
(81) |
L-ilmentatur jikkontesta l-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-allegata għajnuna għat-taħriġ ma tikkonċernax attività ekonomika. Lufthansa tikkontesta li l-appoġġ għat-taħriġ kien maħsub biex jappoġġja l-kwalifika ta’ persuni qiegħda jew persuni mhedda mill-qgħad u li għalhekk l-attivitajiet kienu jappartjenu għall-politika tas-suq tax-xogħol kif sostnut mill-Ġermanja. |
|
(82) |
L-ilmentatur isostni wkoll li Ryanair ma ġarrbitx il-kostijiet għat-taħriġ tal-persunal tagħha. |
|
(83) |
L-ilmentatur juża diversi sorsi biex jiddetermina l-ammont tal-allegata għajnuna għat-taħriġ, b’mod partikolari r-rapporti annwali ta’ HCM. Huwa jsostni li l-fondi tal-Istat imħallsa għat-taħriġ tal-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina ta’ Ryanair ammontaw għal madwar EUR 2,9 miljun u għalhekk kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dak preżunt fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Mir-rapporti annwali ta’ HCM għall-2001 u l-2002 jidher ċar li HCM irċeviet mill-inqas EUR 2 675 555,20 mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, li mbagħad, skont l-ilmentatur, għaddiet lil Ryanair. L-ilmentatur isostni li parti waħda mill-għajnuna tħallset direttament lil Ryanair għal taħriġ li Ryanair allegatament wettqet hi stess mal-persunal tagħha. Parti oħra ntużat għat-taħriġ tal-persunal tat-titjira, li aktar tard kien imqabbad minn Ryanair. |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur jargumenta li l-allegata għajnuna għat-taħriġ hija inkompatibbli mas-suq intern. Huwa jikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-allegata għajnuna għat-taħriġ skont l-Artikolu 31 GBER mhumiex issodisfati u jikkritika f’dan ir-rigward, l-ewwel nett, in-nuqqas ta’ trasparenza tal-għajnuna, it-tieni, il-fatt li l-livell limitu ta’ notifika nqabeż u, it-tielet, li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 31(2) GBER mhijiex issodisfata minħabba li l-kontenut tat-taħriġ allegatament appoġġjat huwa ugwali għal standards ta’ taħriġ obbligatorji. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, l-ilmentatur jikkontesta l-oġġezzjoni tal-Ġermanja fir-rigward tal-perjodu taż-żamma għal dokumenti kummerċjali skont il-liġi Ġermaniża (10 snin). L-ilmentatur kien ipprovda dettalji dwar l-allegata għajnuna għat-taħriġ lill-Kummissjoni f’ilment ippreżentat fl-2011. Id-Deċiżjoni Hahn I tiddikjara espliċitament fil-premessi 2 u 3 tagħha li l-Kummissjoni bagħtet dan l-ilment lill-Ġermanja fit-18 ta’ Marzu 2011. Il-Ġermanja għalhekk saret taf b’din il-kwistjoni disa’ snin wara l-ħlas tal-fondi fl-2002, u għalhekk kien ikun f’idejn il-maniġment ta’ HCM li jżomm u jaħżen id-dokumenti rilevanti. L-ilmentatur iżid li f’każ bħal dan jenħtieġ li jitqies li l-Ġermanja kellha d-dokumenti disponibbli iżda ma pproduċithomx lill-Kummissjoni meta ntalbet. Għalhekk, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (19), jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. |
3.1.2.4.
|
(86) |
Il-kummenti tal-ilmentatur dwar iċ-ċirkustanzi relatati mal-kostruzzjoni tas-sala tal-manutenzjoni u l-iskola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti huma relatati mas-sottomissjonijiet tiegħu tal-4 Marzu 2011 u tad-9 ta’ Ġunju 2016. L-ilmentatur jinnota b’mod partikolari li kien hemm rapporti tal-istampa li skonthom l-investiment ta’ FFHG fil-faċilitajiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ u tal-persunal kien jammonta għal EUR 9 miljun. Barra minn hekk, l-ilmentatur jirreferi għal diversi indikaturi inklużi rabtiet organiċi mal-bord superviżorju ta’ FFHG ta’ dak iż-żmien, li juru l-imputabbiltà tal-ftehimiet rispettivi għall-Istat. |
|
(87) |
L-ilmentatur ikompli jsostni li kien hemm ftehimiet addizzjonali rigward il-faċilitajiet tat-taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ li nbnew għal Ryanair. |
3.2. Kummenti minn Ryanair
3.2.1. Rigward għajnuna għat-taħriġ lil Ryanair
|
(88) |
Ryanair tinvoka l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589 u targumenta li dan għadda mill-aħħar pagament tal-għajnuna fl-2003. |
|
(89) |
Barra minn hekk, Ryanair tirrimarka li l-istatut tal-limitazzjonijiet fl-Irlanda hija ta’ sitt snin u li, għalhekk, Ryanair mhux neċessarjament iżżomm reġistri tal-ftehimiet wara dak it-tul ta’ żmien. Ryanair għalhekk ma tistax tibbaża fuq l-ebda informazzjoni dwar din l-allegata miżura ta’ għajnuna biex tiddefendi lilha nnifisha jew biex turi n-nuqqas ta’ għajnuna jew il-kompatibbiltà tagħha. Għalhekk, kwalunkwe investigazzjoni dwar dan tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Ryanair u d-dritt għal amministrazzjoni tajba. Fl-aħħar nett, Ryanair targumenta li hija ma kinitx il-benefiċjarja tal-appoġġ mill-Istat, iżda minflok li l-impriża ta’ konsulenza a und o Gettmann, ikkummissjonata minn HCM, kienet il-benefiċjarja tal-għajnuna. Hemm kontradizzjoni bejn is-sejba tal-Kummissjoni li HCM aġixxiet bħala “sempliċi intermedjarju” bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair u l-fatt li HCM iffinanzjat 50 % tat-taħriġ bil-fondi tagħha stess. |
3.2.2. Il-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni.
|
(90) |
Skont id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Ġermanja pprovdiet analiżi tal-profitabbiltà tal-arranġamenti inkwistjoni biex turi l-konformità tagħhom mal-MEOP li tikkonsisti fil-kalkolu ta’ valur preżenti nett aggregat tal-flussi tal-flus attribwibbli għall-arranġamenti. Il-Kummissjoni kkritikat diversi punti f’din l-analiżi. Il-Kummissjoni ċaħdet l-aċċess għall-fajl lil Ryanair. Ryanair għalhekk ma tistax tipprovdi kummenti dwar il-punti mqajma mill-Kummissjoni kontra l-analiżi tal-profitabbiltà pprovduta mill-Ġermanja. |
3.2.3. Il-ftehimiet tal-2005 u l-2017 ta’ kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair
|
(91) |
L-ewwel, Ryanair targumenta li tabilħaqq kien hemm bżonn ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u r-reġjun ta’ madwar l-ajruport jiddependu mid-dħul iġġenerat mit-turiżmu. Sar pjuttost komuni għall-awtoritajiet reġjonali li jwettqu parti mill-promozzjoni tal-marka tagħhom fuq siti web u mezzi oħra offruti mil-linji tal-ajru. Il-fatt li anke bliet kbar, bħal Ruma u Pariġi, iridu jinvestu separatament fir-reklamar internazzjonali juri l-ħtieġa saħansitra akbar għal bliet u reġjuni inqas magħrufa biex jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni tal-immaġni u l-marka tagħhom stess. |
|
(92) |
It-tieni, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn Ryanair jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tax-akkwirenti tagħhom. L-iskop tal-Land ma kienx li tirreklama r-rotot ta’ Ryanair lejn Londra-Stansted, Edinburgu, Newquay u Ruma, iżda b’mod ċar li jiġi promoss ir-reġjun madwar l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn fuq l-internet. Skont Ryanair, ir-reklamar fuq is-sit web tagħha u l-kummerċjalizzazzjoni fir-rivisti li jitqassmu fuq l-ajruplan jippermettu li jiġu mmirati bl-aħjar mod lejn il-pubbliku interessat. Is-suq għal-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi huwa kkaratterizzat mill-eżistenza ta’ popolazzjoni mdaqqsa ta’ passiġġieri mhux deċiżi li jibbrawżjaw is-sit web tal-linji tal-ajru għal suġġerimenti ta’ destinazzjonijiet. B’mod speċjali, passiġġieri li qed ifittxu offerti tal-aħħar minuta għandhom biss idea ġenerali tat-tip ta’ destinazzjoni tagħhom (eż., destinazzjoni fejn l-attrazzjoni hija x-xemx, belt storika eċċ.) u jiffinalizzaw l-għażla tagħhom abbażi tal-kontenut ta’ kummerċjalizzazzjoni miġjub għall-attenzjoni tagħhom. Is-sit web ta’ Ryanair u l-mezzi promozzjonali l-oħra tagħha faċilment jispikkaw f’termini ta’ valur għal min jirreklama, u żgur mhumiex “komparabbli”, f’dan ir-rigward ma’ dak ta’ kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor — aħseb u ara s-sit web uffiċjali tat-turiżmu ta’ gvern lokali, li rari jżuruha nies barranin. Ryanair b’mod partikolari tirreferi għan-natura unika u attraenti tas-sit web tagħha. |
|
(93) |
It-tielet, ir-referenza għar-rotot fil-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 ma kellhiex l-għan li tippromwovi lil Ryanair iżda hija pjuttost il-Land li għandha bżonn l-impenji ta’ Ryanair fir-rigward ta’ ċertu numru ta’ titjiriet u passiġġieri għaliex l-effiċjenza u l-effettività tar-riklam għar-reġjun tiddependi fuq viżibbiltà, li min-naħa tagħha tiddependi min-numru ta’ turisti potenzjali li jżuru s-sit web ta’ Ryanair u n-numru ta’ passiġġieri fuq l-ajruplani ta’ Ryanair esposti għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ matul it-titjira. Skont Ryanair, l-impenji f’termini ta’ numru ta’ titjiriet u passiġġieri huma l-aħjar garanzija li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair f’isem il-Land tingħata viżibbiltà adegwata. Barra minn hekk, iż-żieda fil-proporzjon ta’ passiġġieri deħlin hija mixtieqa għal-Land. Mill-perspettiva ta’ awtorità reġjonali bħal-Land, passiġġieri deħlin li jaslu hemmhekk, u mbagħad jitilqu mill-ajruporti tagħha, huma ħafna aktar probabbli li jiġġeneraw dħul mhux ajrunawtiku għar-reġjun milli passiġġieri lokali li jużaw l-ajruporti biex itiru lejn destinazzjonijiet barranin. Passiġġieri barranin huma ferm aktar probabbli li jonfqu flus fir-reġjun f’lukandi, ristoranti, għal souvenirs, prodotti u servizzi lokali, kiri ta’ karozzi eċċ., u l-attrazzjonijiet reġjonali huma naturalment aktar interessanti għall-passiġġieri deħlin. |
|
(94) |
B’mod sussidjarju, Ryanair targumenta li l-Land setgħet taħdem għal għanijiet ekonomiċi permezz tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Anke azzjonist b’sehem ta’ 17,5 % jista’ jaħdem għal għanijiet ekonomiċi. Anke interess nonkontrollanti bħall-interess tal-Land f’FFHG qabel l-2009 jista’ jiġġustifika analiżi konġunta mal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport mill-perspettiva legali. Fraport u l-Land Hessen, iż-żewġ azzjonisti l-oħra ta’ FFHG, kienu wkoll kumpanija tal-Istat u entità tal-Istat rispettivament. Fi kliem ieħor, anki qabel ma l-Land ta’ Rheinland-Pfalz akkwistat sehem ta’ 82,5 % f’FFHG fl-1 ta’ Jannar 2009, kemm il-firmatarju tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll is-sidien ta’ FFHG kienu jirrappreżentaw lill-Istat fl-aħħar mill-aħħar. Għalhekk, il-konklużjoni li l-firmatarju tal-ftehim u FFHG ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu entità ekonomika waħda mhijiex neċessarja. Bħala minimu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddistingwi bejn il-perjodu mill-4 ta’ Novembru 2005 (jiġifieri, l-iffirmar tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni) sal-31 ta’ Diċembru 2008 fejn il-Land kellha 17,5 % ta’ FFHG u l-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Awwissu 2017 fejn kellha 82,5 % ta’ FFHG. |
|
(95) |
Barra minn hekk, it-twettiq ta’ interess ġenerali mil-Land ma jeskludix it-twettiq simultanju ta’ interessi kummerċjali. Il-Land setgħet aġixxiet bħala s-sid ta’ “portafoll ta’ ditti”. |
|
(96) |
Barra minn hekk, is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu pprezzati skont il-valur tas-suq tagħhom. Il-prezz tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq il-media ta’ Ryanair kien jirrifletti l-popolarità eċċezzjonali tas-sit web ta’ Ryanair. Skont Ryanair, il-prattika tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-kawżi Marseille u Bratislava (20), ssostni din is-suppożizzjoni. F’din il-kawża tal-aħħar, il-Kummissjoni kkonstatat li anki meta ajruport ma jħallasx għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni addizzjonali fuq is-sit web ta’ Ryanair, iżda sempliċement jidher bħala destinazzjoni fuq is-sit web, ma jistax jiġi eskluż li ċertu valur jista’ jkun anness miegħu. |
|
(97) |
Fl-aħħar nett, Ryanair targumenta li ma bbenefikatx minn vantaġġ. Ryanair ssostni li l-kummerċjalizzazzjoni tagħha għas-servizzi tagħha stess hija differenti f’termini ta’ kontenut u hija marbuta biż-żmien. Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair jinxtraw kemm minn xerrejja pubbliċi kif ukoll privati. Ma hemm l-ebda regola li tgħid li jenħtieġ li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija minn klijent ma jkunux ta’ benefiċċju għal ħaddieħor. |
3.2.4. Il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 konklużi bejn FFHG u Ryanair
|
(98) |
Skont Ryanair, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tippreżentax analiżi ta’ tqabbil u tapplika biss analiżi tal-profitabbiltà għall-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016, mingħajr ma tipprovdi ebda raġuni għall-esklużjoni tal-analiżi ta’ tqabbil. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbel il-ftehimiet ta’ Ryanair ma’ ajruporti pubbliċi li allegatament jinvolvu għajnuna mill-Istat ma’ dawk li hija kkonkludiet ma’ ajruporti privati u pubbliċi-privati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi, bħala punt tat-tluq, minn approċċ ta’ tqabbil u tuża soluzzjoni bbażata fuq il-kostijiet biss fin-nuqqas ta’ kwalunkwe valur referenzjarju disponibbli, konsistenti mal-ġurisprudenza tal-UE. Fid-dawl tas-sentenza Chronopost (21)u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (22), huwa biss f’każijiet fejn investitur privat li jintuża għat-tqabbil ma jkunx disponibbli li t-test jista’ jinbidel minn test ta’ tqabbil ibbażat fuq is-suq għal test tal-profitabbiltà bbażata fuq il-kostijiet/dħul. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi minn test tal-profitabbiltà (ibbażat fuq il-kostijiet u d-dħul) b’mod sussidjarju biss. |
|
(99) |
Fir-rigward tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u tal-2015, il-Kummissjoni għamlet żball legali billi sabet li allegat tnaqqis fil-profitabbiltà (li ma kienx il-każ), aktar milli nuqqas ta’ profitabbiltà, huwa biżżejjed għal sejba tal-għajnuna. L-approċċ tal-Kummissjoni jassumi li operatur f’ekonomija tas-suq qatt ma jaċċetta tnaqqis fil-profitti bħala riżultat ta’ negozjar mill-ġdid ta’ ftehimiet għal kwalunkwe raġuni. Jekk dan l-approċċ ikun ikkonfermat, it-test tal-operatur f’ekonomija tas-suq jinbidel f’rekwiżit għal profitti kostanti jew li qed jikbru. Dan jinjora ċ-ċirkustanzi frekwenti fejn operatur kummerċjali jista’ jaċċetta profitti aktar baxxi. Pereżempju, l-effett nett ta’ tnaqqis fil-prezzijiet introdott bħala konsegwenza tad-dħul fis-suq ta’ kompetitur jista’ jkun tnaqqis fil-profitti, iżda l-operatur jista’ madankollu jkun wera mġiba li timmassimizza l-profitti. F’dan il-każ pereżempju, fid-dawl tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tan-negozjar, seta’ jagħmel sens li FFHG tagħti l-kunsens għal tnaqqis fil-profitabbiltà biex tqabbel l-isforzi li saru minn Ryanair biex issalva l-operat ta’ rotot bi prestazzjoni baxxa. Pereżempju, dazju tal-passiġġieri tal-ajru ta’ EUR 8 ġie introdott fil-Ġermanja fl-2010 u imposta tas-sigurtà ta’ EUR 3,36 (aktar tard żdiedet għal EUR 4,4) ġiet introdotta fil-Ġermanja fl-2014. Kull darba, il-partijiet jidhru li stennew għal sena jew tnejn biex jiddeterminaw jekk il-miżura kinitx se tinżamm jew tiġi rtirata wara li aiffaċċjajaw l-impatt negattiv tagħha fuq it-traffiku qabel ma jikkunsidraw l-aġġustamenti. |
|
(100) |
Skont Ryanair, billi tiffoka b’mod ristrett fuq l-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 u l-Annotazzjoni tal-2015 u billi ma tiħux inkunsiderazzjoni l-istampa usa’ tal-aġġustament tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005, il-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-prinċipju li “huwa neċessarju, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, li t-tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha…” (23) |
|
(101) |
Barra minn hekk, rapport ta’ Diċembru 2013 mill-impriża ta’ konsulenza kummerċjali Oxera kkummissjonata minn Ryanair juri li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2015 kienu profitabbli għall-ajruport kemm fuq bażi awtonoma kif ukoll jekk l-ajruport seta’ jkompli jew iġedded ftehim preċedenti dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. Dan jipprovdi evidenza qawwija li ż-żewġ ftehimiet huma konformi mal-MEOP. |
|
(102) |
Rigward il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016, Ryanair issostni li kien profitabbli minn perspettiva ex ante, kif muri mir-rapport ta’ Oxera. |
|
(103) |
Barra minn hekk, Ryanair tikkontesta li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016 huwa imputabbli għall-Istat u li jinvolvi riżorsi tal-Istat. Il-ftehim ġie ffirmat fid-9 ta’ Settembru 2016, f’mument meta l-Land kienet għadha kif ħarġet minn bejgħ fallut reċenti ta’ FFHG u kienet impenjata b’mod attiv fil-bejgħ ta’ FFHG lil xerrej ieħor, u ftit qabel (5 xhur) il-Land iffirmat ftehim għax-xiri ta’ ishma ma’ HNA Airport Group GmbH fl-1 ta’ Marzu 2017. Meta wieħed iqis li l-preparazzjoni ta’ ftehim għax-xiri ta’ ishma ddum ftit xhur, huwa prevedibbli li meta ġie ffirmat il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016, il-Land diġà kienet taf li FFHG kien se jinbiegħ lil HNA Airport Group GmbH u li l-Land ma kienx se jkollha twettaq il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016. Għalhekk, il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016 ġie ffirmat mil-Land, iżda f’isem HNA Airport Group GmbH. Billi HNA Airport Group GmbH mhijiex entità tal-Istat, ir-riżorsi finanzjarji tagħha mhumiex riżorsi tal-Istat u l-ftehim lanqas ma kien imputabbli għall-Istat. |
3.3. Kummenti minn FFHG
3.3.1. Il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair.
|
(104) |
FFHG tirreferi għar-rapport ta’ Oxera mressaq minn Ryanair u ttenni li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 huma konformi mal-MEOP. |
|
(105) |
FFHG tikkontesta d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fir-rigward taż-żmien u s-suppożizzjonijiet tal-istudju ta’ PwC tal-2016. Dwar iż-żmien, FFHG tispjega li l-previżjonijiet ta’ PwC tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ FFHG f’forma ta’ abbozz qabel il-verżjoni finali tiegħu u għalhekk tqiesu qabel ma ġie konkluż il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016. L-iskema ta’ inċentivi fil-ftehim (l-hekk imsejħa “Skema tat-Tkabbir”) hija mfassla b’tali mod li Ryanair ma tirċivix skont fuq it-tariffa għal kull passiġġier jekk in-numru ta’ passiġġieri jonqos jew jibqa’ l-istess meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Għalhekk, jista’ jiġi preżunt ex ante li t-traffiku tal-passiġġieri ta’ Ryanair jiżdied matul it-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016. Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ FFHG għall-2017 stenna wkoll li n-numru totali ta’ passiġġieri jiżdied bi [5–10] % bejn l-2016 u l-2017. Barra minn hekk, it-tħassib tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ valutazzjoni tar-riskju mill-istudju ta’ PwC ġie indirizzat fir-rapport ta’ Oxera. Dan japplika wkoll għat-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tar-riskju li Ryanair setgħet waqfet immedjatament l-attivitajiet kollha fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn mill-2016 ’il quddiem. Il-kalkolu tal-istudju ta’ Oxera huwa bbażat fuq rata ta’ tkabbir annwali ta’ [3,5 – 4,0] %; din tikkorrispondi għall-prestazzjoni tal-industrija f’dak iż-żmien. Kieku Ryanair setgħet tibbenefika mill-iskema ta’ inċentivi, il-valur tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2016 kien jiżdied minn EUR [20 – 25] miljun (fix-xenarju bażi) għal EUR [25 – 30] miljun. |
3.3.2. Il-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni.
|
(106) |
FFHG issostni li l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni huwa konformi mal-MEOP. FFHG tikkontesta d-dubji tal-Kummissjoni dwar punti metodoloġiċi tal-analiżi tal-profitabbiltà stabbilita fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(107) |
L-ewwel, l-ammont tad-deprezzament kien diġà eskluż mill-flussi tal-flus ikkalkulati mill-Ġermanja. |
|
(108) |
It-tieni, il-kost tal-investimenti inizjali ta’ madwar EUR [100 000–200 000] diġà tqies, u anki li kieku ma tqiesx (li ma kienx il-każ), iż-żieda tiegħu xorta waħda kienet twassal għal Valur Preżenti Nett (“NPV”, Net Present Value), pożittiv. |
|
(109) |
It-tielet, FFHG tispjega li d-dħul ta’ flus annwali diskuss fid-deċiżjoni tal-ftuħ, fil-fatt kien jikkonċerna kostijiet tal-ġbir annwali u/jew kostijiet anċillari fissi li jirrappreżentaw ħruġ ta’ flus u kienu kkalkulati kif suppost fl-analiżi tal-profitabbiltà, jew imgħax, li l-esklużjoni tagħhom mill-analiżi tal-profitabbiltà jkollha impatt pożittiv fuq l-NPV. |
|
(110) |
Ir-raba’, ir-rata ta’ skont ta’ [4,0 – 4,5] % li d-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 266) tikkontesta bħala baxxa wisq, kienet fil-fatt pjuttost konservattiva. Anki jekk wieħed jassumi li rata ta’ skont alternattiva xierqa setgħet tkun [5 – 10] %, din ir-rata ta’ skont ogħla kien ikollha impatt pożittiv, aktar milli negattiv, fuq l-NPV minħabba l-profil tal-fluss tal-flus għal dawn il-ftehimiet, peress li l-pagament tal-kera minn Ryanair għall-2010 kien jirrappreżenta dħul sinifikanti ta’ flus ta’ EUR [0 – 5] miljun u kull sena mill-14 ta’ wara kienet tirriżulta fi ħruġ żgħir ħafna ta’ flus. FFHG għalhekk tikkonkludi li ż-żieda tar-rata ta’ skont xorta twassal għall-konklużjoni li l-ftehimiet kienu konformi mal-MEOP. |
4. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
4.1. Rigward miżuri lil FFHG
4.1.1. Il-garanzija mogħtija mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil FFHG
|
(111) |
Il-Ġermanja tiċħad l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u b’mod alternattiv tirreferi għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (24). |
|
(112) |
Fir-rigward tal-vantaġġ ekonomiku, il-Ġermanja ttenni li l-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (25) (l-“Avviż dwar il-Garanziji”) ġew issodisfati. Tabilħaqq, il-Ġermanja targumenta li (a) il-mutwatarju ma kienx f’diffikultajiet finanzjarji fiż-żmien li ġie konkluż il-kuntratt, (b) l-ambitu tal-garanzija seta’ jiġi determinat fiż-żmien li nħarġet, u (c) ma kinitx qed tkopri aktar minn 80 % tal-obbligu. Skont il-Ġermanja, l-ewwel tnejn minn dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx ikkontestati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. L-uniku dubju espress mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ jidher li jikkonċerna l-aħħar kundizzjoni kumulattiva msemmija hawn fuq, jiġifieri li FFHG ħallset prezz orjentat lejn is-suq għall-garanzija. F’dan ir-rigward, il-Ġermanja targumenta li l-prezz huwa orjentat lejn is-suq. |
|
(113) |
L-ewwel nett, il-Ġermanja targumenta li l-Land ma għandhiex il-kompetenza biex jikkalkula l-primjum ta’ garanzija konformi mas-suq u setgħet tistenna b’mod raġonevoli li r-riżultati mill-[impriża ta’ konsulenza] kienu preċiżi. Il-Ġermanja ssostni li, fil-prattika, wieħed ma setax jistenna, anki f’termini ta’ kostijiet, li l-Land tikkontesta r-rapport [tal-impriża ta’ konsulenza] mingħajr ebda indikazzjoni ta’ dubju dwar l-eżattezza tiegħu u dwar il-fatt li jista’ jwassal għal vantaġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, lil FFHG. Il-Ġermanja ssostni li mhuwiex meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-kalkolu tal-Kummissjoni huwiex korrett jew le, peress li l-Land użat parti terza kompetenti biex tiddetermina primjum ta’ garanzija li huwa konformi mal-primjums tas-suq u għalhekk issodisfat l-obbligu tagħha skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE. Il-Land tirrimarka li, f’dan il-każ partikolari, il-partijiet kienu jaqblu dwar primjum ta’ garanzija differenti kieku [l-impriża ta’ konsulenza] waslet għal konklużjoni differenti. Il-Land għalhekk tassumi li nħolqot aspettattiva leġittima li jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni. |
|
(114) |
It-tieni, il-Ġermanja ssostni li l-garanzija li qeigħda tiġi vvalutata hija garanzija tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt (Vertragserfüllungsbürgschaft). Skont il-Ġermanja, dan it-tip ta’ garanzija jinvolvi benefiċċju għall-garanti (jiġifieri l-Land) fil-każ li l-garanzija tiġi attivata (Bürgschaftsfall), li jenħtieġ li jitqies meta jiġi stabbilit il-primjum ta’ garanzija. Jenħtieġ li garanzija tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiġi vvalutata skont kriterji differenti minn garanzija biex jinkiseb self, peress li tnaqqas ir-riskju ta’ inadempjenza għall-garanti. Fil-fatt, il-Ġermanja tispjega li, fil-każ ta’ inadempjenza ta’ FFHG, l-ammont garantit jitħallas biss mil-Land lil Haitec ladarba l-proprjetà tkun ġiet ritornata minn Haitec. Fil-każ li tiġi attivata l-garanzija, il-Land għalhekk tirċievi l-proprjetà, inkluża s-sala tal-manutenzjoni li minn dak iż-żmien inbniet fuqha, mingħajr ma jkun dovut ebda kumpens lil Haitec. Tali sala tal-manutenzjoni tista’ tintuża anki mingħajr l-operat ta’ titjiriet u għall-inqas iżżomm, jekk mhux iżżid, il-valur tal-proprjetà. |
|
(115) |
Fil-każ li ma tiġix attivata l-garanzija, sakemm il-Land kienet għadha azzjonist ta’ FFHG, il-Land kienet tgawdi wkoll mit-trasferiment mill-ġdid tal-proprjetà lil FFHG minħabba li t-trasferiment mill-ġdid kien iżid il-valur globali tal-ishma ta’ FFHG. |
|
(116) |
Anke wara t-trasferiment tal-ishma tal-Land lill-investitur privat HNA, kien fadal benefiċċju għal-Land, peress li FFHG kienet obbligata tittrasferixxi l-proprjetà lil-Land jekk il-garanzija tiġi attivata (26). Il-fatt li l-proprjetà, bis-saħħa tas-sala tal-manutenzjoni mibnija fuqha, tkun ta’ valur, inaqqas ir-riskju attwali ta’ inadempjenza tal-Land. |
|
(117) |
Is-suppożizzjoni ta’ FFHG u tal-Land, fiż-żmien meta ġiet miftiehma l-garanzija, li l-bejgħ lil Haitec se jwassal għal żieda sostenibbli fil-valur tar-roqgħa ta’ art ġiet ikkonfermata retrospettivament, peress li l-investimenti ta’ madwar EUR 40 miljun li saru minn Haitec irriżultaw li kienu ogħla b’mod sinifikanti milli kien ippjanat oriġinarjament. |
|
(118) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li anki jekk wieħed jassumi li l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-primjum ta’ garanzija huwa korrett u li d-differenza bejn il-primjum stabbilit mill-[impriża ta’ konsulenza] (2,56 %) u l-primjum stabbilit mill-Kummissjoni (3,10 %– 4,41 %) tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal FFHG, dan il-vantaġġ jikkonsisti biss f’differenza ta’ 0,54 punt, jiġifieri differenza annwali ta’ EUR 33 480. Wara 3 snin it-total ta’ EUR 100 440 xorta jkun konsiderevolment inqas mill-ammont stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013. |
|
(119) |
Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ma taf bl-ebda konnessjoni bejn il-kumpanija omm ta’ Haitec (City Leasing Ltd) u Ryanair. |
4.1.2. Il-bejgħ “doppju” minn FFHG ta’ roqgħa ta’ art
|
(120) |
Il-Ġermanja tinforma lill-Kummissjoni li, bil-kontra ta’ dak li kien previst fil-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 bejn FFHG u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz, ma ġiet ippreparata l-ebda opinjoni esperta meta FFHG eżerċitat id-dritt ta’ rtirar tagħha. Pjuttost, it-trasferiment tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” seħħ bil-valur ta’ EUR żero, jiġifieri l-istess prezz bħall-bejgħ inizjali. |
|
(121) |
Il-Ġermanja tiġġustifika din id-deċiżjoni billi targumenta li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet għar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” kienu jinbidlu fil-perjodu ta’ żmien bejn il-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014 u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar fl-2016. Barra minn hekk, il-Ġermanja tosserva li l-opinjoni esperta inizjali tal-Kumitat tal-Opinjonijiet tal-Esperti dwar il-Valuri tal-Proprjetà għaż-Żona ta’ Osteifel-Hunsrück ikkummissjonata mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz u kkomplementata minn rapport ta’ SGD Nord kienet ikkonkludiet għal valur negattiv sinifikanti tar-roqgħa (madwar EUR [-5 – -2] miljun, ibbażata fuq stima tal-kost għat-twaqqigħ tal-bini u r-riabilitazzjoni tal-art ta’ EUR [4 – 6] miljun u fuq valur pożittiv tal-bejgħ tal-art, ladarba l-bini twaqqa’ u s-sit jiġi riabilitat, ta’ EUR [1 – 4] miljun). Sabiex tkompli tenfasizza l-pożizzjoni tagħha, il-Ġermanja talbet opinjoni esperta ġdida mill-Kumitat tal-Opinjonijiet tal-Esperti dwar il-Valuri tal-Proprjetà għaż-Żona ta’ Osteifel-Hunsrück wara li kienet ġiet innotifikata bid-deċiżjoni tal-ftuħ, biex tivvaluta jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar, il-valur tas-suq tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” kien tabilħaqq EUR żero. Dik l-opinjoni tikkonferma l-analiżi tal-Ġermanja. Il-Ġermanja tispjega li l-fatt li ADC offriet prezz tal-bejgħ ogħla jista’ jkun ir-riżultat ta’ spekulazzjoni li r-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” setgħet tiġi żviluppata b’suċċess wara l-privatizzazzjoni tal-ajruport. Din l-aspettattiva suġġettiva ta’ investitur privat (li ma tidhirx li ġiet ikkonformata, peress li l-art għadha mhux użata) ma tistax tqajjem dubji dwar l-analiżi oġġettiva tal-Land fi żmien il-bejgħ, kif ikkonfermat mill-opinjoni esperta sussegwenti. |
4.2. Rigward miżuri ta’ għajnuna potenzjali lil Ryanair
4.2.1. Il-ftehimiet tal-2005 u l-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair
|
(122) |
Il-Ġermanja targumenta li l-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni huwa indipendenti mis-servizzi pprovduti fl-ajruport offruti minn FFHG u li l-pagamenti li saru mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil Ryanair jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq. Għal dan il-għan, il-Ġermanja qabblet il-prezzijiet mitluba minn Ryanair ma’ dawk mitluba minn siti web oħra għal kampanji pubbliċitarji simili. Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li t-turiżmu huwa importanti għall-ekonomija fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, u li l-istrateġija għat-turiżmu stabbilita fl-2015 tpoġġi enfasi speċjali fuq is-suq barrani u li, għalhekk, meta jiġu attirati aktar turisti deħlin minn barra l-pajjiż, dan għandu enfasi speċjali fl-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja tqis ir-reklamar fuq is-sit web ta’ Ryanair l-aktar effettiv, minħabba l-utenti internazzjonali li jżuru dak is-sit web. |
|
(123) |
Mill-perspettiva tal-Ġermanja, il-ftehim tal-2005 u l-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u kienu miżuri ta’ promozzjoni tat-turiżmu, u mhux promozzjoni ta’ Ryanair. Għalhekk, il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni tfasslu f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri l-pagamenti pprovduti mil-Land kienu f’kull każ mqabbla ma’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni b’valur miżjud. |
|
(124) |
Is-servizzi speċifiċi ġew ipprovduti minn Ryanair bħala servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni separati, irrispettivament mill-operat tat-titjiriet fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz jew qrib tagħha. B’mod aktar speċifiku, l-għan kien li tiġi promossa Rheinland-Pfalz bħala sit turistiku u li jiżdied is-sehem ta’ turisti li jqattgħu mill-inqas lejl wieħed f’Rheinland-Pfalz fost il-passiġġieri ta’ Ryanair li jaslu f’ajruporti kummerċjali li jinsabu f’Rheinland-Pfalz, jew qrib tagħha (traffiku dieħel). Minbarra l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, dawn jinkludu l-ajruporti ta’ Karlsruhe/Baden-Baden, Strasburgu, Saarbrücken, il-Lussemburgu, Cologne-Bonn u Frankfurt-Main. L-aħħar ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġie konkluż f’Ottubru 2017, meta l-privatizzazzjoni tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn kienet diġà tlestiet permezz tat-trasferiment tal-ishma tal-Landfis-sajf tal-2017. |
|
(125) |
Skont il-Ġermanja, dan l-approċċ wiesa’ tal-Land, b’mod partikolari l-inklużjoni tad-diversi ajruporti, jikkontradixxi wkoll l-ipoteżi tal-Kummissjoni (il-premessa 239 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) li l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu primarjament immirati biex jippromwovu s-servizzi tal-ajru ta’ Ryanair lejn u minn Rheinland-Pfalz. Dan huwa kontradett mill-fatt li ħafna mill-passiġġieri ttrasportati minn Ryanair mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn jitilqu ([75 – 80] % tat-traffiku tal-passiġġieri ta’ Frankfurt-Hahn ħiereġ, kif muri minn studju ta’ Dornier Consulting ippreżentat mill-Ġermanja). Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-objettiv tal-promozzjoni tat-turiżmu “ma ntlaħaqx” trid tiġi miċħuda bħala purament spekulattiva. Il-Kummissjoni naqset milli tifhem li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma kellhomx biss l-għan li jżidu l-passiġġieri. Il-Ġermanja tiċħad il-fehma preliminari tal-Kummissjoni li l-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni kienu jinvolvu, fil-fatt, għajnuna operatorja għal Ryanair. B’mod partikolari, il-Ġermanja tenfasizza li l-obbligi ta’ Ryanair skont il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu ssodisfati wkoll jekk it-turisti li jkunu vvjaġġaw lejn ajruporti oħra li jinsabu barra mil-Land marru Rheinland-Pfalz u qagħdu hemm matul il-lejl. |
|
(126) |
Ryanair ntgħażlet bħala parti kontraenti minħabba li Ryanair għandha livell għoli ta’ kompetenza fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tal-lokalità u minħabba li, bħala linja tal-ajru, Ryanair qed iġorr turisti lejn ajruporti li jinsabu fil-Land jew viċin tagħha minn diversi ajruporti. Ryanair kienet kapaċi ġġib b’mod realistiku numru kbir ta’ klijenti fil-Land, minħabba li Ryanair qed isservi numru kbir ta’ ajruporti li jinsabu fil-Land u madwarha u kienet bniet preżenza kbira fis-suq fis-settur tal-kummerċjalizzazzjoni matul is-snin u kienet magħrufa għall-provvista ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni effettivi. |
|
(127) |
Il-Ġermanja targumenta li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni setgħu jinxtraw mingħajr sejħa għal offerti pubblika, minħabba li l-liġi Ġermaniża dwar l-akkwist pubbliku pprevediet eżenzjoni meta operatur wieħed biss, Ryanair, ikun kapaċi jipprovdi s-servizzi b’mod realistiku. Barra minn hekk, peress li x-xiri kien parti mill-kompiti tagħha tal-ordni pubbliku, jiġifieri l-promozzjoni tat-turiżmu u l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz aġixxiet bħala akkwirent pubbliku li kien qed isegwi l-objettiv tal-ordni pubbliku tiegħu. |
|
(128) |
Barra minn hekk, FFHG ma kienet bl-ebda mod involuta fil-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissepara l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni mill-iżvilupp tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(129) |
Il-Ġermanja ssostni wkoll li l-prezzijiet għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kienu konformi mas-suq. Fil-bidu tal-2017, ġie kkuntrattat espert estern u indipendenti b’kompetenza speċifika kemm fis-settur tat-turiżmu kif ukoll tal-ajruport. Dan tal-aħħar stabbilixxa l-prezzijiet tas-suq għas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni permezz ta’ eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva u stħarriġ tas-suq, li wrew li l-offerta ta’ Ryanair kienet l-aktar vantaġġuża. L-espert imbagħad identifika diversi aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni jkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, bħal tul ta’ żmien limitat għal massimu ta’ 3 snin u monitoraġġ indipendenti. |
|
(130) |
Ryanair u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz qablu li dawk il-pagamenti jseħħu biss jekk in-numru ta’ klijenti li qattgħu lejl għall-perjodu rilevanti jkun iddokumentat b’mod adegwat abbażi ta’ metodoloġiji u standards tas-suq ġeneralment aċċettati. Coyne Research kienet imqabbda tissorvelja l-konformità ta’ Ryanair mat-termini tal-ftehim. Il-Ġermanja tispjega li, bejn […] u […] trimestri ta’ […], Ryanair ġabet aktar minn […] klijenti li qattgħu lejl f’Rheinland-Pfalz ([…] % permezz tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn). |
|
(131) |
Minħabba li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE nbdiet mill-Kummissjoni, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz temmet il-ftehim mill-31 Diċembru 2018. |
4.2.2. L-appoġġ għat-taħriġ lil Ryanair
|
(132) |
Il-Ġermanja kkonfermat li Ryanair kienet ir-riċevitur finali tal-pagamenti mil-Land u li HCM kienet biss intermedjarju. Il-Ġermanja qajmet erba’ osservazzjonijiet oħra: l-ewwel nett, il-pagamenti ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat; it-tieni, l-ammont ta’ finanzjament allegatament ipprovdut lil Ryanair skont l-ilmentatur huwa żbaljat; it-tielet, il-Ġermanja ma tistax tipprovdi l-informazzjoni li talbet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ; u r-raba’, il-perjodu ta’ preskrizzjoni għal irkupru potenzjali diġà skada. |
|
(133) |
Rigward l-ewwel punt, il-Ġermanja targumenta li l-pagamenti lil Ryanair għall-appoġġ għat-taħriġ mhumiex għajnuna mill-Istat minħabba li ma jikkonċernawx attività ekonomika. Anzi, dawn il-pagamenti jiffinanzjaw miżuri tal-politika tas-suq tax-xogħol. Għalhekk jikkonċernaw l-eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi. Il-benefiċjarju kien Ryanair minħabba li Ryanair ipprovdiet servizzi li ppermettew lil HCM, bl-għajnuna ta’ a und o Gettmann, biex timplimenta l-attivitajiet, jiġifieri, biex twettaq it-taħriġ. |
|
(134) |
Rigward it-tieni punt, il-Ġermanja tagħmel tliet osservazzjonijiet. L-ewwel nett, il-finanzjament kien ipprovdut biss bi prova korrispondenti tal-użu u l-intensità tal-finanzjament kienet limitata għal 50 %. It-tieni, l-allegazzjoni ta’ Lufthansa li l-avukat tal-Land kien ammetta waqt seduta fil-kawża T-492/15 (27) li l-Land tabilħaqq kienet ipprovdiet għajnuna operatorja illegali lil Ryanair mhijiex magħrufa mill-Ġermanja jew mil-Land, u lanqas ma hemm referenza għal tali ammissjoni fil-minuti tas-seduta tal-Qorti. Lufthansa setgħet aċċessat il-fajls awdjo tas-seduta tal-qorti bħala prova ta’ din il-pretensjoni iżda ma għamlitx hekk. It-tielet, Lufthansa tiddeduċi mir-rapporti annwali ta’ HCM li l-Land tat appoġġ li jammonta għal mill-inqas EUR 2,7 miljun. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Lufthansa mhumiex konklużivi u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-fondi trasferiti lil HCM intużaw ħażin u ma ntużawx għall-miżuri tal-politika soċjali maħsuba. |
|
(135) |
Rigward it-tielet punt, il-Ġermanja ttenni d-diffikultà li tingħata aktar informazzjoni peress li l-perjodu ta’ arkivjar skont il-liġi Ġermaniża huwa ta’ 10 snin u skada. Għalhekk, fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-miżura inkwistjoni tista’ possibbilment tikkwalifika bħala għajnuna għat-taħriġ skont it-tifsira tal-GBER, il-Ġermanja wieġbet li minħabba d-dokumentazzjoni mhux kompluta, il-Land ma tistax tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 31 tal-GBER ġewx issodisfati. Il-Land ma tafx jekk u, jekk iva, sa liema punt il-persuni mħarrġa permezz ta’ dawn il-programmi kienu impjegati minn Ryanair wara li temmew it-taħriġ tagħhom. L-awtoritajiet Ġermaniżi ma jafux jekk u, jekk iva, sa liema punt Ryanair normalment tħallas il-kostijiet tat-taħriġ għad-diversi kategoriji tal-impjegati tagħha u meta l-impjegati jaf iġarrbu l-kostijiet tat-taħriġ huma stess (fuq bażi pro rata). |
|
(136) |
Fir-rigward tar-raba’ punt, il-Ġermanja tosserva li l-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat humiex issodisfati f’dan il-każ mhijiex rilevanti, peress li kull rkupru jiġi preskritt wara 10 snin f’kwalunkwe każ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589, il-bidu tal-perjodu jiġi kkalkulat mid-data li fiha tingħata l-għajnuna, fejn id-data tal-aħħar pagament tkun deċiżiva. L-aħħar pagament seħħ fl-aħħar tal-2003, u għalhekk il-perjodu ta’ preskrizzjoni skada fl-aħħar tal-2013. Il-Ġermanja tallega li l-appoġġ għat-taħriġ ġie eżaminat għall-ewwel darba fit-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2017. F’dak il-mument, il-perjodu ta’ preskrizzjoni kien diġà skada aktar minn 3 snin qabel u għalhekk ma setax jiġi interrott aktar. |
4.2.3. Il-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni.
|
(137) |
Il-Ġermanja tikkontesta l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat għar-raġuni li d-deċiżjoni li tinbena s-sala tal-manutenzjoni u l-finanzjament tal-iskola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti kienu deċiżjoni awtonoma mill-maniġment ta’ FFHG. |
|
(138) |
Barra minn hekk, tiċħad l-allegazzjoni tal-ilmentatur li t-tipi ewlenin tal-inġenji tal-ajru biss użati minn Ryanair dak iż-żmien (Boeing 737) seta’ jingħatalhom is-servizz fis-sala tal-manutenzjoni. Inġenji tal-ajru oħra għal titjiriet medji, bħall-Airbus A320, jistgħu wkoll jitħaddmu hemmhekk. Il-Ġermanja spjegat li s-sala tal-manutenzjoni hija mfassla biex ikollha ħajja operattiva fit-tul ta’ madwar 30 sena. Peress li l-ftehim ma’ Ryanair huwa stabbilit għal perjodu ta’ 15-il sena, FFHG ma kien ikollha l-ebda interess li tfassal sala tal-manutenzjoni għall-użu esklużiv ta’ Ryanair. |
|
(139) |
Il-Ġermanja targumenta li m’a emm l-ebda prova li tappoġġja s-sejba ta’ vantaġġ mogħti lil Ryanair permezz tal-konklużjoni tal-ftehimiet. FFHG wettqet studju dettaljat tal-profitabbiltà, li ġie ppreżentat lill-bord superviżorju. Xi wħud mis-suppożizzjonijiet f’dan l-istudju ġew ikkontestati mill-Kummissjoni. Il-Ġermanja ma għandha l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li s-suppożizzjonijiet tal-maniġment, dak iż-żmien, kienu manifestament żbaljati mill-perspettiva ex ante rilevanti. |
|
(140) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tirrimarka li, anki jekk wieħed jassumi f’dan il-każ li vantaġġ skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat jingħata lil Ryanair u li l-miżura kienet imputabbli għall-Istat (li ma kinitx), tali għajnuna għall-investiment tista’ tiġi meqjusa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE u l-Linji Gwida tal-Komunità tal-2005 dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (28) (il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005”) applikabbli dak iż-żmien. |
|
(141) |
Fl-aħħar nett, il-Ġermanja targumenta li l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni jkunu kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Ġermanja, inħolqu madwar 50 impjieg kkwalifikat permezz tal-bini tas-sala tal-manutenzjoni u l-bini tal-iskola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti. Il-Ġermanja tqis li l-infrastruttura maħluqa kienet meħtieġa u xierqa biex jintlaħaq l-objettiv tal-iżvilupp reġjonali, kif jidher mill-użu tajjeb tagħha, li wkoll tissodisfa l-prospetti ta’ perijodu medju. |
4.2.4. Il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair.
|
(142) |
Il-Ġermanja żżomm mal-pożizzjoni tagħha li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Ġermanja tenfasizza li għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 108 u 109), l-valutazzjoni u r-raġunament tal-Ġermanja ma nbidlux maż-żmien. |
|
(143) |
Il-bidla u l-adattament tal-bażi kuntrattwali fuq perjodu ta’ madwar 15-il sena hija prattika komuni f’din l-industrija. Dan huwa dovut, pereżempju, għall-bidliet fil-qafas regolatorju applikabbli u, b’mod partikolari, għall-fatt li linji gwida ġodda tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru ġew introdotti darbtejn matul dan il-perjodu, li jiddefinixxu mill-ġdid il-prattika tal-operat ta’ ajruport reġjonali. |
|
(144) |
Il-Ġermanja tiddubita jekk jistax jiġi attribwit xi vantaġġ lill-Istat. Il-Ġermanja ttenni li l-maniġment ta’ FFHG dak iż-żmien aġixxa b’mod indipendenti, li jfisser li tali ftehimiet ġew innegozjati b’mod indipendenti ma’ Ryanair. B’mod partikolari, dawn il-kuntratti ma kinux jeħtieġu l-approvazzjoni tal-bord superviżorju (Aufsichtsrat), iżda setgħu legalment jiġu konklużi biss mill-maniġment. |
|
(145) |
Il-fatt li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz kkonkludiet ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair fl-2005 u aktar tard mill-ġdid fl-2017, ma jissuġġerixxix li l-Land kellha l-intenzjoni li żżomm u tippromwovi l-attivitajiet ta’ trasport bl-ajru ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(146) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja tiddubita jekk is-selettività teżistix fid-dawl tal-aħħar ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni. Il-Ġermanja ssostni li s-sempliċi fatt li jkun ġie konkluż ftehim bilaterali ma jistax, fih innifsu, jiġġustifika s-selettività. Fis-sentenza tagħha fil-kawża T-77/16 tat-13 ta’ Diċembru 2018, (29) il-Qorti Ġenerali indikat li s-sempliċi fatt li ftehimiet bilaterali jitbiegħdu mir-rekwiżiti tal-iskeda tat-tariffi applikabbli jew ftehimiet bilaterali oħra ma jagħtix lok għas-selettività. Minflok, il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun kapaċi turi li l-kundizzjonijiet mogħtija lil linja tal-ajru huma differenti minn dawk li japplikaw għal linji tal-ajru oħra. Il-Ġermanja tispjega li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u tal-2015 ma jipprevedux ħlasijiet ġodda lill-ajruport li jitbiegħdu mill-iskema ġenerali ta’ imposti tal-ajruport applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. Pjuttost, il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u tal-2015 huma estensjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet eżistenti għal perjodu ta’ 3 u 5 snin rispettivament. |
|
(147) |
Fil-fehma tal-Ġermanja, it-tariffi miftiehma ma’ Ryanair huma konformi mal-iskema ġenerali ta’ imposti tal-ajruport applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li baqgħet fil-biċċa l-kbira l-istess mill-2006. L-unika differenza bejn l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 u l-iskema ġenerali ta’ imposti tal-ajruport applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn hija li l-imposti tal-ajruport ta’ EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq diġà japplikaw minn […] passiġġier li jitilqu u li jaslu u mhux biss minn […] passiġġier. Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li kwalunkwe linja tal-ajru oħra li tiġġenera volum komparabbli ta’ passiġġieri setgħet tuża l-ajruport fuq termini komparabbli u mhux diskriminatorji, jiġifieri setgħet daħlet fi ftehim simili ma’ FFHG. |
|
(148) |
Il-Ġermanja targumenta li wkoll l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 kienet konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u ressqet analiżi inkrementali tal-profitabbiltà mħejjija minn PwC (l-“istudju ta’ PwC”) għal dan il-għan. Il-premessa 287 tad-deċiżjoni tal-ftuħ indikat li l-istudju kien ġie kkummissjonat mhux aktar minn jumejn (2) qabel il-konklużjoni tal-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016. Il-Ġermanja ċċarat li l-istudju ta’ PwC ilu fit-tħejjija u diskuss ma’ FFHG fuq perjodu twil ta’ żmien, u għalhekk kien magħruf bis-sħiħ mill-maniġment ta’ FFHG meta ġie konkluż il-ftehim. Il-Ġermanja għalhekk tikkontesta li l-istudju ġie kkummissjonat jumejn (2) biss qabel ma ġie konkluż il-ftehim. Fil-fatt, il-Ġermanja tispjega li PwC kienet appoġġjat il-proċess tan-negozjati mill-bidu nett. |
|
(149) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li ma hemm l-ebda vantaġġ mogħti lil Ryanair permezz tal-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 u l-valutazzjoni ta’ PwC hija korretta. Fis-sentejn wara l-konklużjoni tal-kuntratt, in-numri tal-passiġġieri kienu ogħla minn 2 miljuni, jiġifieri bħala medja madwar 2,28 miljuni, jiġifieri aktar minn [7–10] % ’l fuq mill-previżjoni. |
|
(150) |
F’dan il-kuntest, il-Ġermanja tisħaq ukoll li l-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 ma fih l-ebda dispożizzjoni li tistipula li l-imposti tal-ajruport ta’ EUR […] għal kull passiġġier japplikaw minn […] passiġġier li jkunu qed jitilqu u li jkunu qed jaslu. Dan ma kienx meħtieġ, peress li l-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament jgħid espressament li l-kostijiet tal-passiġġieri għall-passiġġieri li jkunu qed jitilqu mhumiex inklużi fil-Ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013. Pjuttost, il-bażi għall-imposti tal-ajruport għall-passiġġieri li jkunu qed jitilqu u li jkunu qed jaslu dejjem kienet l-iskema ta’ imposti tal-ajruport applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li tapplika bl-istess mod għall-utenti kollha tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. It-tariffi miftiehma ma’ Ryanair kienu għalhekk konformi mal-iskema ta’ imposti tal-ajruport tal-2012 applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, li baqgħet kważi l-istess mill-2006. Il-Ġermanja tirrimarka li l-Kummissjoni diġà kkonstatat li l-iskema ta’ imposti tal-ajruport tal-2006 applikabbli fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn ma tatx vantaġġ ekonomiku lill-utenti tal-ajruport (30). |
|
(151) |
Barra minn hekk, l-iskop ewlieni tal-Annotazzjoni tal-2015 kien li testendi l-kuntratti eżistenti sal-31 ta’ Marzu 2017 biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fil-bidu tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. L-Annotazzjoni tal-2015 tinkludi għadd ta’ aspetti, li wħud minnhom qabel ma kinux regolati, bħall-appoġġ ta’ Ryanair fit-tfittxija tagħha għal kapaċitajiet ta’ ħangar. Madankollu, xi dispożizzjonijiet tant kienu ġenerali u mhux speċifiċi (eż. “ikkoopera biex ssib faċilitajiet ta’ ħangar bi prezz baxx”) li jidher evidenti li l-partijiet kienu qed jesprimu sempliċi intenzjonijiet f’dan ir-rigward. Madankollu, ma tatx lok għal obbligi legali b’konsegwenzi monetarji kwantifikabbli konkreti li setgħu kienu s-suġġett ta’ analiżi ekonomika. Għall-kuntrarju, kien ikun hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki kuntrattwali, li ma seħħewx. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna
|
(152) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat ta’ kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(153) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. L-appoġġ finanzjarju jrid jingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(154) |
Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-miżuri kif deskritti hawn fuq fit-Taqsima 2 jissodisfawx dawn il-kriterji kumulattivi u għalhekk jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.1. Rigward miżuri ta’ għajnuna potenzjali lil FFHG
5.1.1.1.
5.1.1.1.1. Kunċett ta’ impriża u attività ekonomika
|
(155) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi f’konformità mad-deċiżjoni tal-ftuħ li FFHG hija bħala impriża twettaq attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (ara l-premessi 148 u 149 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
5.1.1.1.2. Użu ta’ riżorsi tal-Istat u imputabbiltà għall-Istat
|
(156) |
Il-Kummissjoni tqis f’konformità mad-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa 150) il-garanzija bħala imputabbli għall-Istat u li tinvolvi riżorsi tal-Istat. |
5.1.1.1.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(157) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ma waslitx għal konklużjoni fir-rigward tal-vantaġġ ekonomiku. |
|
(158) |
Il-kwistjoni hija jekk il-garanzija mogħtija mil-Land lil FFHG, b’mod partikolari l-prezz tal-garanzija miftiehma bejn FFHG u l-Land, tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku. Għal dan il-għan, irid jiġi stabbilit jekk il-garanzija tikkonformax mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jiġifieri, irid jiġi vvalutat jekk, f’ċirkustanzi simili, investitur privat ta’ daqs komparabbli li jopera f’kundizzjonijiet normali ta’ ekonomija tas-suq setax ġie mħeġġeġ jagħti l-garanzija inkwistjoni. (31) |
|
(159) |
It-Taqsima 3 tal-Avviż tal-Kummissjoni tal-2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (32) (“Avviż dwar il-Garanziji”) tistabbilixxi numru ta’ kundizzjonijiet biex tiffaċilita l-valutazzjoni ta’ jekk garanzija tikkonformax mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u l-eżistenza ta’ vantaġġ jistgħu jiġu esklużi. |
|
(160) |
Il-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fil-punt 3.2 tal-Avviż dwar il-Garanziji li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku huma kif ġej: (a) ir-riċevitur tal-garanzija ma jkunx f’diffikultà finanzjarja, (b) il-garanzija tista’ titkejjel kif suppost meta tingħata, (c) il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self pendenti jew obbligu finanzjarju ieħor u ( d) għall-garanzija jitħallas prezz orjentat lejn is-suq. |
|
(161) |
Il-Land u FFHG qablu fuq primjum ta’ garanzija ta’ 2,56 % abbażi ta’ valutazzjoni li saret minn konsulent ikkuntrattat għal dan il-għan (33). Fil-valutazzjoni tiegħu, il-konsulent ikkuntrattat mill-awtoritajiet Ġermaniżi l-ewwel stima l-klassifikazzjoni awtonoma ta’ FFHG bl-għodda RiskCalc ta’ Moody’s. Abbażi tar-rapporti finanzjarji awditjati ta’ FFHG għall-2012, il-klassifikazzjoni awtonoma ġiet evalwata għal […] għal sena waħda u […] għal ħames snin. (34) Il-konsulent tal-awtoritajiet Ġermaniżi aġġusta din il-klassifikazzjoni awtonoma bbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratt tal-garanzija, u kiseb stima ta’ […] (li tikkorrispondi għal […] fuq l-iskala ta’ Standard & Poor). |
|
(162) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-istimi tal-konsulenti kkuntrattati mill-awtoritajiet Ġermaniżi. Id-dubji kienu relatati mal-metodu applikat, kif ukoll mar-rilevanza tad-data użata biex jiġi ddeterminat il-primjum ta’ garanzija. Barra minn hekk, l-ilmentatur esprima dubji dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-operatur tas-suq. |
|
(163) |
Il-Kummissjoni għalhekk se tivvaluta jekk il-prinċipju tal-operatur tas-suq huwiex applikabbli u, jekk iva, jekk il-primjum ta’ garanzija ta’ 2,56 % huwiex konformi mas-suq. |
5.1.1.1.3.1. L-applikabbiltà tal-MEOP
|
(164) |
L-ewwel domanda hija jekk il-kondotta tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz setgħetx, abbażi ta’ analiżi ekonomika, bħala prinċipju tiġi adottata minn operatur privat. Dan jippresupponi li l-attività inkwistjoni hija attività ekonomika u li investitur privat iwettaq tali attività a priori. |
5.1.1.1.3.1.1. Id-dħul fi ftehim ta’ garanzija huwa attività ekonomika
|
(165) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat jiddependi, finalment, fuq il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat jagħti vantaġġ ekonomiku lil impriża proprjetà tiegħu fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist u mhux fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika.” (35) F’dan il-każ, l-Istat daħal fi ftehim ta’ garanzija ma’ Haitec favur FFHG. Ftehim ta’ garanzija ma’ Haitec, kif ukoll il-ftehim dwar il-primjum ta’ garanzija ma’ FFHG, jaqgħu taħt id-dritt ċivili, f’dan il-każ il-Kreditsicherungsrecht Ġermaniż (il-liġi dwar it-tranżazzjonijiet garantiti). Għalhekk, billi kkonkluda dan il-ftehim, l-Istat ma aġixxiex fil-funzjoni sovrana tiegħu iżda bħala operatur privat. La Lufthansa u lanqas il-Gvern Ġermaniż ma jikkontestaw li l-attività inkwistjoni mhijiex ta’ eżerċizzju ta’ setgħa pubblika u għalhekk hija attività ekonomika. |
5.1.1.1.3.1.2. Operatur privat seta’ kien involut fil-ftehim ta’ garanzija inkwistjoni
|
(166) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżami ta’ jekk operatur privat kienx involut f’tali attività ekonomika għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’. (36) Huwa kkunsidrat kompatibbli mal-MEOP għas-settur pubbliku li jipprovdi kapital biex jiżgura s-sopravivenza temporanja ta’ impriża, sakemm din tkompli topera bi profitt wara r-ristrutturar. (37) Huwa biss meta s-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija li fiha jiġi injettat il-kapital, flimkien mas-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat, ma turi l-ebda prospettiva ta’ titjib li l-injezzjoni ta’ kapital addizzjonali ma tistax tibqa’ titqies kompatibbli mal-MEOP. Dan ir-raġunament japplika wkoll għall-primjums ta’ garanzija fil-ħin li jiġu stabbiliti. (38) |
|
(167) |
Għall-kuntrarju ta’ dak sostnut fl-osservazzjonijiet tal-ilmentatur, il-Ġermanja kkonfermat lill-Kummissjoni li Haitec ma kinitx f’diffikultà finanzjarja. Barra minn hekk, il-kwistjoni dwar jekk, de facto, l-ebda investitur privat ieħor ma kien jagħti tali garanzija lil Haitec favur FFHG f’dak iż-żmien hija irrilevanti. L-uniku fattur deċiżiv huwa jekk l-attività tkunx għadha sostenibbli ekonomikament, sabiex investitur ipotetiku jkun jista’ jikkunsidra għażla bħal din. Is-sempliċi fatt li FFHG kienet legalment obbligata li tkompli negozju ma’ Ryanair li minnu allegatament kienet qed tagħmel telf (li mhux veru f’dan il-każ) mhuwiex biżżejjed biex tikklassifika l-garanzija bejn il-Land u HAITEC bħala kummerċjalment mhux vijabbli. Kif imsemmi hawn fuq, defiċits temporanji ma jeskludux l-applikabbiltà tal-MEOP sakemm ikun evidenti titjib sostenibbli fit-tul. F’dan il-każ, l-informazzjoni pprovduta minn Haitec turi li l-investimenti ta’ Haitec fis-sala tal-manutenzjoni ta’ madwar EUR 40 miljun kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dak ippjanat oriġinarjament, li juri li l-garanzija kellha effett ta’ inċentiv ekonomiku li wassal għal tisħiħ sostenibbli tas-sit u kien għalhekk ekonomikament raġonevoli. |
|
(168) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-attività ekonomika inkwistjoni kinitx tkun imwettqa minn operatur privat, jeħtieġ ukoll li wieħed iħares lejn il-qafas legali tal-attività ekonomika nnifisha, f’dan il-każ il-ftehim ta’ garanzija. Fi kliem ieħor, biex l-MEOP ma jkunx applikabbli, il-ftehim ta’ garanzija irid ikun tali li ma jistax jiġġenera ħafna qligħ anki fil-konċepiment teoretiku tiegħu. Kif imsemmi hawn fuq, il-garanzija kienet imfassla biex ikollha effett ekonomiku pożittiv, li fil-fatt kellha. Madankollu, anke fix-xenarju ta’ falliment ipotetiku tal-proġett ta’ kostruzzjoni minħabba l-okkorrenza ta’ waħda miċ-ċirkustanzi elenkati fil-premessa (19), il-ftehim ta’ garanzija kien imfassal biex ikun għadu favorevoli ekonomikament minkejja dawn iċ-ċirkustanzi. Fil-fatt, il-kuntratt ta’ garanzija ġie abbozzat f’termini li, fil-każ ta’ pretensjoni ta’ garanzija, is-somma ta’ garanzija tkun dovuta biss mil-Land flimkien mar-ritorn tal-proprjetà minn Haitec u, skont it-taqsima C, il-punt 3, l-Artikolu 8 tal-kuntratt, mingħajr obbligu li FFHG li tagħti kumpens lil Haitec għal kwalunkwe tip ta’ spejjeż. Dan ifisser li fil-każ ta’ pretensjoni ta’ garanzija, FFHG tirċievi roqgħa ta’ art, inkluża s-sala mibnija fuqha, mingħajr ma tħallas lura lil Haitec għall-ispejjeż relatati. FFHG għalhekk tirċievi proprjetà b’valur ogħla u tista’ tużaha għal skopijiet kummerċjali oħra. Min-naħa l-oħra, il-valur tal-ishma tal-Land f’FFHG jiżdied. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li wara t-trasferiment tal-ishma tal-Land f’FFHG lil HNA fl-2017, FFHG kienet obbligata li tittrasferixxi l-proprjetà, inkluża s-sala mibnija fuqha, lil-Land jekk tiġi attivata l-garanzija. Għalhekk, investitur privat seta’ jipprevedi tali attività ekonomika. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li japplika l-MEOP. |
5.1.1.1.3.2. Il-konformità mas-suq tal-primjum ta’ garanzija
|
(170) |
It-tieni domanda kkonċernata hija jekk il-primjum ta’ garanzija ta’ 2,56 % huwiex konformi mas-suq. |
|
(171) |
Id-dubji tal-Kummissjoni kienu dawn li ġejjin. (39) L-ewwel, biex jiġi kkalkulat ir-rendiment tal-bonds maħruġa minn kumpaniji kklassifikati […] b’maturità ta’ 15-il sena, l-“approċċ tal-benefiċċju” jieħu r-rendiment tal-bonds maħruġa minn dawk il-kumpaniji b’maturità ta’ 10 snin u mbagħad iżid il-firxa bejn ir-rendiment tal-bonds sovrani Ġermaniżi b’maturità ta’ 15 u 10 snin. Din il-firxa x’aktarx tkun inqas mill-istess firxa għal kumpaniji bi klassifikazzjoni ta’ […], minħabba li l-bonds sovrani Ġermaniżi għandhom klassifikazzjoni għolja ħafna ta’ AAA (jiġifieri, għal klassifikazzjonijiet ta’ kwalità għolja bħal dawn, il-firxa bejn rendimenti tal-bonds ta’ maturitajiet differenti mhix kbira meta mqabbla ma’ firxa simili għal ditti bi klassifikazzjoni aktar baxxa). Bħala riżultat, il-Kummissjoni sabet li l-istima [tal-impriża ta’ konsulenza] tal-primjum ta’ garanzija bl-użu ta’ dan il-metodu x’aktarx li tissottovaluta l-valur referenzjarju tas-suq. It-tieni, l-istess dubju jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ approċċ ta’ valutazzjoni komparattiva bir-rati tas-CDS, li huma indikaturi rikonoxxuti b’mod wiesa’ tar-riskju ta’ kreditu. Ir-rati tas-CDS jiżvelaw li primjum ta’ garanzija xieraq għal kumpanija bil-klassifikazzjoni awtonoma ta’ […] jenħtieġ li jkun fil-medda ta’ 3,10 % – 4,41 %, skont jekk huwiex inkluż aġġustament għal karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratt. Il-primjum ta’ garanzija miftiehem ta’ 2,56 % huwa taħt il-livell inferjuri ta’ din il-medda. It-tielet, il-Kummissjoni nnutat li, anki billi taċċetta l-aġġustamenti kollha tal-klassifikazzjoni proposti mill-Ġermanja u billi tieħu […] bħala l-klassifikazzjoni ta’ FFHG, il-primjum ta’ garanzija miksub mir-rati tas-CDS (3,1 %) huwa akbar mit-2,56 % miftiehma mill-partijiet. B’mod ġenerali, dawn l-argumenti qajmu t-tħassib li l-primjum ta’ garanzija miftiehem jista’ jkun baxx wisq meta mqabbel mal-kundizzjonijiet tas-suq għal kumpaniji bl-istess klassifikazzjoni bħal FFHG. |
|
(172) |
L-osservazzjoni tal-Ġermanja li l-Land kienet intitolata li tibbaża ruħha fuq il-kompetenza tal-[impriża ta’ konsulenza] u li l-primjum ta’ garanzija ddeterminat minn [l-impriża ta’ konsulenza] ma setax jiġi kkontestat ex post, ma tistax tiġi aċċettata. Din tkun tfisser li l-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni li tirrieżamina l-għajnuna mill-Istat tista’ tiġi evitata minn valutazzjonijiet żbaljati ta’ impriżi ta’ konsulenza nazzjonali jew privati. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha raġun tiddubita l-kalkoli [tal-impriża ta’ konsulenza] sabiex tivvaluta jekk kienx hemm vantaġġ ekonomiku jew le. |
|
(173) |
Bl-istess mod, l-argument tal-Ġermanja li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tagħha l-fatt li l-garanzija inkwistjoni hija “garanzija tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt” u tat vantaġġ ekonomiku lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz li jikkumpensa għall-primjum ta’ garanzija aktar baxx, mhuwiex rilevanti għall-kalkolu tal-prezz tas-suq. |
|
(174) |
Min-naħa l-oħra, Lufthansa sostniet li l-primjum ta’ garanzija miksub mir-rati tas-CDS (3,1 %) huwa l-valur referenzjarju żbaljat, minħabba li l-Kummissjoni ttrattat b’mod żbaljat lil FFHG b’mod effettiv bħala “mutwatarju”. |
|
(175) |
Barra minn hekk, skont Lufthansa, il-primjum ta’ garanzija kellu jammonta għal mill-inqas 7,98 %, li jwassal għal vantaġġ ta’ 5,42 %. Lufthansa targumenta li l-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza kellha tiġi kkunsidrata, iżda biss bħala prokura għall-kalkolu tal-primjum ta’ garanzija. Lufthansa ssostni li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ FFHG kienet tabilħaqq tali li l-ebda investitur privat ieħor ma kien jikkunsidra kuntratt bħal dan, u li dan il-profil tar-riskju kien jeħtieġ li jitqies. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn iż-żewġ argumenti. Il-Kummissjoni kienet intitolata li tuża l-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza u għaldaqstant evalwat FFHG bi klassifikazzjoni […], li kif spjegat hawn fuq (il-premessa 171), mhijiex klassifikazzjoni ta’ kwalità għolja, u tirriżulta preċiżament mis-sitwazzjoni ekonomika ta’ FFHG. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-primjum ta’ garanzija ma kienx konformi mas-suq. |
|
(178) |
Bħala konklużjoni, id-differenza fil-prezz bejn ir-rata minima ta’ konformità mas-suq stabbilita mill-Kummissjoni (3,10 %) u r-rata attwali (2,56 %) għall-garanzija tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku (0,54 %). |
5.1.1.1.4. Selettività
|
(179) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jeħtieġ li, sabiex tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, miżura tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Il-garanzija lil Haitec bi prezz inqas minn dak tas-suq tiffavorixxi biss lil FFHG bħala impriża u għalhekk hija selettiva. |
5.1.1.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
|
(180) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni qieset li FFHG tikkompeti ma’ operaturi oħra ta’ ajruport tal-Unjoni, tal-inqas potenzjalment, biex tattira linji tal-ajru tal-Unjoni, f’kuntest fejn il-linji tal-ajru tal-Unjoni jgawdu l-libertà li joffru servizzi tat-trasport bl-ajru fuq kull rotta intra-Unjoni, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport bl-ajru. Għalhekk, il-vantaġġ ekonomiku identifikat fil-livell tal-garanzija ta’ Haitec fuq bażi preliminari jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, għall-inqas potenzjalment, u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. (40) |
|
(181) |
Madankollu, irid jiġi eżaminat jekk id-differenza ta’ 0,54 punt, li tikkostitwixxi l-vantaġġ ekonomiku, hijiex miżura ta’ għajnuna li hija eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013. |
|
(182) |
L-ewwel, il-primjum ta’ garanzija jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013. |
|
(183) |
It-tieni, skont l-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija lil impriża minn Stat Membru ma jistax jaqbeż EUR 200 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. |
|
(184) |
Madankollu, jekk, bħal f’dan il-każ, il-miżura inkwistjoni hija garanzija, l-ekwivalenti ta’ għotja grossa jrid jitqies f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 u jrid ikun hemm konformità ma’ kundizzjonijiet speċifiċi oħra. Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013 japplika biss għall-għajnuna li bih jista’ jiġi kkalkulat preċiżament minn qabel l-ekwivalenti ta’ għotja grossa (“għajnuna trasparenti”). Skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk, minn naħa waħda, il-garanzija għal kull impriża tkopri sa 80 % tas-self sottostanti u, min-naħa l-oħra, l-ammont garantit ma jaqbiżx EUR 1,5 miljun għal tul ta’ żmien ta’ 5 snin jew EUR 750 000 għal 10 snin. Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, għandu jiġi żgurat li r-riċevitur tal-għajnuna ma jkunx suġġett għal proċeduri ta’ insolvenza u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji stabbiliti minn liġi nazzjonali għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza fuq talba tal-kredituri tiegħu. |
|
(185) |
F’dan il-każ, la FFHG u lanqas kwalunkwe impriża marbuta magħha skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1407/2013 ma ngħataw għajnuna mill-Istat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1407/2013 fit-3 snin ta’ qabel l-għoti tal-garanzija. FFHG la kienet suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza dak iż-żmien u lanqas issodisfat il-kriterji għall-ftuħ ta’ tali proċeduri fil-perjodu li fih ingħatat l-għajnuna. Il-Ġermanja kkonfermat ukoll li l-garanzija ma taqbiżx it-80 % tal-kuntratt ta’ bejgħ. Fl-aħħar nett, id-differenza ta’ 0,54 punt bejn ir-rata minima ta’ konformità tas-suq stabbilita mill-Kummissjoni (3,10 %) u r-rata attwali (2,56 %) hija kkonvertita f’ekwivalenti ta’ għotja grossa annwali għal EUR 33 480 li, wara 3 snin, tiġi ugwali għal total ta’ EUR 100 440, li huwa ferm inqas mill-ammont massimu skont ir-Regolament (EUR 200 000). |
|
(186) |
Bħala konklużjoni, il-vantaġġ mogħti lil FFHG permezz tal-garanzija jissodisfa l-kriterji tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013. |
5.1.1.1.6. Konklużjoni
|
(187) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, il-miżura għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għalhekk għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
5.1.1.2.
|
(188) |
Rigward l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar minn FFHG mill-bejgħ tar-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni” lil Landta’ Rheinland-Pfalz, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tibda l-analiżi bl-uniku punt li dwaru kienet qajmet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jiġifieri jekk ir-ritorn tas-sjieda tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil FFHG sarx bil-valur tas-suq. |
|
(189) |
L-ewwel, il-Kummissjoni jiddispjaċiha li, għall-kuntrarju ta’ dak li kien previst fil-kuntratt ta’ bejgħ tal-2014, ma ġiet ikkummissjonata l-ebda opinjoni esperta fiż-żmien tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar minn FFHG. Din iċ-ċirkustanza hija indikazzjoni prima facie li r-ritorn tas-sjieda jaf ma seħħx bil-valur tas-suq. |
|
(190) |
Minflok, ir-ritorn tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” seħħet bl-istess prezz bħall-prezz determinat għal din ir-roqgħa mill-Kumitat tal-Opinjonijiet tal-Esperti dwar il-Valuri tal-Proprjetà għaż-Żona ta’ Osteifel-Hunsrück, ikkomplementata minn rapport ta’ SGD Nord, għall-kuntratt ta’ bejgħ fl-2014, jiġifieri EUR żero. |
|
(191) |
It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li xahar wara li FFHG eżerċitat id-dritt tagħha ta’ rtirar, biegħet l-istess roqgħa ta’ art għal EUR 1,25 miljun lil ADC, investitur privat permezz ta’ kuntratt tas-6 ta’ Lulju 2016 bejn ADC, FFHG u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz (il-premessa 25). |
|
(192) |
It-tielet, kif spjegat il-Ġermanja fil-komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni tosserva li l-iffirmar ta’ dan il-kuntratt ta’ bejgħ għandu storja, li fiha kienu involuti kemm FFHG kif ukoll il-Land ta’ Rheinland-Pfalz (il-premessi 22 sa 26). |
|
(193) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Land Burgenland vs Il-Kummissjoni li meta awtorità pubblika tipproċedi sabiex tbigħ impriża li tappartjeni lilha permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u inkundizzjonali, jista’ jiġi preżunt li l-prezz tas-suq jikkorrispondi għall-ogħla offerta, sakemm ikun stabbilit, minn naħa, li din l-offerta hija vinkolanti u kredibbli u, min-naħa l-oħra, li l-kunsiderazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi ħlief li l-prezz mhux iġġustifikat. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni mhijiex obbligata li tirrikorri għal metodi oħra sabiex tiċċekkja l-prezz tas-suq, bħal studji indipendenti. (41) |
|
(194) |
F’dan il-każ, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz kienet taf li FFHG kienet irċeviet offerta, bħala parti minn sejħa għal offerti pubblika, ta’ EUR 1,25 miljun għar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni”, peress li hija użat din l-offerta biex tiffissa l-prezz għal dik ir-roqgħa fil-ftehim ta’ privatizzazzjoni ma’ SYT. Barra minn hekk, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz kienet taf ukoll, peress li kienet parti mill-kuntratt ta’ bejgħ konkluż bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz, FFHG u ADC fis-6 ta’ Lulju 2016, jiġifieri xahar wara li FFHG eżerċitat id-dritt ta’ rtirar tagħha, li f’dan il-kuntratt, ir-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni” kienet stmata għal EUR 1,25 miljun. |
|
(195) |
Għal dawn ir-raġunijiet, billi aċċettat mingħajr kontestazzjoni li FFHG eżerċitat id-dritt tagħha ta’ rtirar mingħajr il-ħatra ta’ espert li jistma l-valur tas-suq tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni”, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma aġixxietx f’konformità mal-kondotta operatur f’ekonomija tas-suq. Operatur f’ekonomija tas-suq kien jinsisti li jaħtar espert, li kien jiddetermina l-valur tar-roqgħa. F’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-premessa 193 u fid-dawl tal-offerta ta’ ADC li waslet matul il-proċedura pubblika ta’ sejħa għal offerti, il-valur li s-suq kien lest li jħallas għar-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni” kien ta’ EUR 1,25 miljun f’dak il-mument stess. Il-Landkienet intitolata titlob dan il-prezz mingħand FFHG għar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” bħala kumpens. |
|
(196) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar bi prezz ta’ EUR żero, aktar milli ta’ EUR 1,25 miljun, ipprovda vantaġġ ta’ EUR 1,25 miljun lil FFHG. |
|
(197) |
Kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 179, 180 u 190), il-kundizzjonijiet l-oħra biex tidher il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat (impriża u attività ekonomika, użu ta’ riżorsi tal-Istat u imputabbiltà għall-Istat, selettività, distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ) huma ssodisfati. La l-Ġermanja, u lanqas il-partijiet interessati ma kkontestaw dan fl-osservazzjonijiet tagħhom. |
|
(198) |
Għalhekk, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar ta’ EUR żero, aktar milli ta’ EUR 1,25 miljun, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ta’ EUR 1,25 miljun lil FFHG. |
5.1.2. Rigward miżuri ta’ għajnuna potenzjali lil Ryanair
5.1.2.1.
5.1.2.1.1. Kunċett ta’ impriża u attività ekonomika
|
(199) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni b’mod preliminari qieset lil Ryanair bħala impriża u l-provvista ta’ taħriġ bħala attività ekonomika. (42) |
|
(200) |
Billi l-Ġermanja żżomm mal-pożizzjoni tagħha, jiġifieri li l-appoġġ għat-taħriġ ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat peress li jikkostitwixxi eżerċizzju ta’ setgħa pubblika, il-Kummissjoni jeħtiġilha li tindirizza l-argumenti ppreżentati mill-Ġermanja. |
|
(201) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li miżura li għandha l-għan li tnaqqas il-qgħad, bħall-miżura li qiegħda tiġi vvalutata, għandha komponent soċjali, li huwa fl-interess pubbliku. Madankollu, irrispettivament minn jekk din il-miżura tistax taqa’ taħt l-obbligu tal-Istat Ġermaniż li jkun “Stat soċjali” (Sozialstaatsprinzip stabbilit fl-Artikolu 20(1) tal-Kostituzzjoni Ġermaniża) u għalhekk tikkostitwixxi eżerċizzju ta’ setgħa pubblika taħt l-ordinament ġuridiku Ġermaniż, il-kunċetti ta’ “attività ekonomika” u “eżerċizzju tal-awtorità pubblika” huma kunċetti awtonomi tal-liġi Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat u għalhekk iridu jinftiehmu kif xieraq. Entità tista’ titqies li taġixxi billi teżerċita setgħat pubbliċi fejn l-attività inkwistjoni hija kompitu li tifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew hija konnessa ma’ dawk il-funzjonijiet min-natura tagħha, l-għan tagħha u r-regoli li hija suġġetta għalihom. (43) Kif diġà ġie ddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, (44) ġiet ikkunsidrata miżura li tikkumbatti l-qgħad fil-passat bħala li tappoġġja attività ekonomika u għalhekk bħala għajnuna mill-Istat. (45) |
|
(202) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk l-appoġġ għat-taħriġ inkwistjoni, li għandu l-għan li jikkumbatti l-qgħad, jistax jitqies bħala servizz soċjali ta’ interess ġenerali u b’hekk bħala “eżerċizzju ta’ setgħa pubblika” skont il-liġi Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, is-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali jikkwalifikaw biss bħala “eżerċizzji ta’ setgħa pubblika’ jekk ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà. Billi l-miżura tikkonsisti f’diversi pagamenti, ma hemm l-ebda sistema ta’ kontribuzzjonijiet reċiproċi iżda indipendenti bbażati fuq is-sħubija. Il-miżura mhijiex inkluża wkoll fis-sistema edukattiva nazzjonali Ġermaniża. |
|
(203) |
Barra minn hekk, l-għajnuna għat-taħriġ mhijiex biss fl-interess pubbliku iżda wkoll fl-interess ekonomiku ta’ Ryanair. Billi Ryanair tingħata kuntratt remunerat, Ryanair, l-ewwel u qabel kollox, twettaq servizz kummerċjali standard li għalih jeżisti suq. |
|
(204) |
Fl-aħħar nett, jidher li għalkemm l-Istat seta’ eżamina t-taħriġ mogħti qabel ma jagħti l-fondi, ma jidhirx li kien hemm monitoraġġ kontinwu. Il-Ġermanja lanqas ma tidher li stabbiliet il-kontenut tat-taħriġ innifishom. Għalhekk, l-appoġġ għat-taħriġ ma jikkostitwixxix eżerċizzju ta’ setgħa pubblika. |
|
(205) |
Jekk miżura ma tikkostitwixxix eżerċizzju ta’ setgħa pubblika, l-interess pubbliku huwa irrilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ “għajnuna mill-Istat” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(206) |
Għalhekk, peress li l-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda element ġdid li jista’ jwassal lill-Kummissjoni għal konklużjoni oħra, l-appoġġ għat-taħriġ jikkonċerna attività ekonomika. |
5.1.2.1.2. Użu ta’ riżorsi tal-Istat u imputabbiltà għall-Istat
|
(207) |
Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ (ara l-premessa 132), il-Ġermanja kkonfermat li Ryanair kienet ir-riċevitur finali tal-pagamenti mil-Land u li HCM kienet biss intermedjarju. Għalhekk, l-argumenti ta’ Ryanair għall-kuntrarju, iridu jiġu miċħuda. |
|
(208) |
Il-fatt li l-Ġermanja allegatament iffinanzjat biss 50 % tal-fondi mħallsa minn HCM lil Ryanair, kif targumenta Ryanair, huwa irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk intużawx riżorsi tal-Istat u jekk l-appoġġ għat-taħriġ huwiex imputabbli għall-Ġermanja, peress li l-parti ffinanzjata mill-Ġermanja biss qed tiġi investigata hawn. |
|
(209) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ntużaw riżorsi tal-Istat li huma imputabbli għall-Istat. |
5.1.2.1.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(210) |
Sabiex jiġi konkluż jekk Ryanair gawditx minn vantaġġ bħala riżultat tal-appoġġ għat-taħriġ jew le, il-Ġermanja u l-partijiet interessati ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar jekk Ryanair normalment tħallasx il-kostijiet tat-taħriġ inkwistjoni hija stess jew le u dwar il-kwistjoni jekk Ryanair tħallsitx darbtejn (darba mill-istudenti u darba mill-HCM), jew le, għall-kostijiet tat-taħriġ imġarrba matul dan il-programm. |
|
(211) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-Kummissjoni li għandha ġġib prova, fid-deċiżjoni tagħha, tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. (46) Madankollu, dan l-obbligu għandu jiġi vvalutat fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien li hija adottat id-deċiżjoni tagħha. (47) Fil-fatt, “il-Kummissjoni ma tistax fil-prinċipju tiġi pprojbita milli tibbaża ruħha fuq sett ta’ ċirkustanzi li fit-totalità tagħhom jindikaw l-eżistenza de facto ta’ programm ta’ għajnuna”. (48) Fi ħdan il-valutazzjoni ġenerali ta’ vantaġġ ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tqis l-għażliet kollha li operatur kien jipprevedi raġonevolment, l-informazzjoni kollha disponibbli u li x’aktarx ikollha influwenza sinifikanti fuq id-deċiżjoni tagħha, u l-iżviluppi li kienu prevedibbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni li jingħata vantaġġ. (49) |
|
(212) |
Il-Ġermanja u Ryanair ma pprovdew l-ebda informazzjoni dwar jekk Ryanair normalment iġġarrabx il-kostijiet tat-taħriġ inkwistjoni hija stess, jew le, u dwar il-kwistjoni jekk Ryanair tħallsitx darbtejn, jew le. Il-Ġermanja u Ryanair argumentaw li wara 6 snin skont il-liġi Irlandiża u 10 snin skont il-liġi Ġermaniża, ma baqgħux obbligati li jżommu l-informazzjoni. Madankollu, wara li l-Lufthansa ressqet ilment formali fl-4 ta’ Marzu 2011 li ntbagħat lill-Ġermanja fit-18 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni staqsiet lill-Ġermanja mistoqsijiet fattwali speċifiċi dwar l-appoġġ għat-taħriġ li l-Ġermanja wieġbet fl-14 ta’ Ġunju 2011. Liġi nazzjonali dwar iż-żamma ta’ rekords ma tistax tnaqqas l-obbligu ta’ Stat Membru jew ta’ parti interessata li tikkoopera mal-Kummissjoni. Anke f’dan il-każ, il-Ġermanja saret konxja tal-kwalifika possibbli tal-appoġġ għat-taħriġ bħala għajnuna mill-Istat fl-2011, jiġifieri fi żmien meta kienet għadha taħt l-obbligu nazzjonali tagħha li żżomm id-dokument fl-arkivji. Dak iż-żmien kien ċar li x’aktarx issegwi deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar din il-miżura. Ir-responsabbiltà li ma jinżammux id-dokumenti għalhekk taqa’ fuq il-Ġermanja. Il-Kummissjoni għalhekk tivvaluta l-eżistenza ta’ għajnuna fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet. |
|
(213) |
Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-2019 turi li, matul il-perjodu tal-2001–2003, ingħata finanzjament ta’ EUR [1,5 – 2,0 miljun] mill-Ministeru tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali, il-Familja u s-Saħħa ta’ Rheinland-Pfalz lil HCM. |
|
(214) |
Is-sottomissjoni tal-Ġermanja tal-2019 turi li mill-inqas żewġ ċekkijiet għal EUR 220 427,64 u EUR 639 146,04 nħarġu minn HCM lil Ryanair. Iċ-ċekkijiet ġew iddebitati mill-kont ta’ HCM fis-17 ta’ Jannar 2003. |
|
(215) |
Barra minn hekk, EUR 680 627,94 oħra mill-Ministeru tax-Xogħol, Affarijiet Soċjali, Familja u Saħħa ta’ Rheinland-Pfalz tħallsu lil HCM fl-2003. |
|
(216) |
La l-Ġermanja u lanqas Ryanair ma pprovdew l-ebda evidenza li juru li l-prezz tat-taħriġ ipprovdut minn Ryanair kien konformi mas-suq u jikkorrispondi mal-ħtiġijiet tas-suq. |
|
(217) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-appoġġ għat-taħriġ jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal Ryanair. |
5.1.2.1.4. Selettività
|
(218) |
La l-osservazzjoni tal-Ġermanja u lanqas dawk tal-partijiet involuti ma kkontestaw is-selettività tal-miżura. Għalhekk il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni preliminari tagħha li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku involut fil-miżura, li jibbenefika biss lil Ryanair, ikun selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
|
(219) |
Kif ġie konkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ u fin-nuqqas ta’ xi kummenti li jikkontestaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni tqis li dan il-kriterju huwa ssodisfat. |
5.1.2.1.6. Konklużjoni
|
(220) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-appoġġ għat-taħriġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
5.1.2.2.
5.1.2.2.1. Kunċett ta’ impriża u attività ekonomika
|
(221) |
Ryanair tikkostitwixxi impriża u l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni jikkostitwixxi attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2.2.2. Vantaġġ ekonomiku
|
(222) |
Kif indikat fil-premessa 105 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Ġermanja pprovdiet analiżi tal-profitabbiltà tal-ftehimiet inkwistjoni biex tagħti prova tal-konformità tagħhom mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Din l-analiżi tikkonsisti fil-kalkolu ta’ NPV aggregat tal-flussi tal-flus attribwibbli għall-ftehimiet (jiġifieri sala tal-manutenzjoni, skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u akkomodazzjoni għall-istudenti). Dawn il-flussi tal-flus jinkludu d-dħul, bħal kirjiet minn Ryanair u pagamenti għall-użu ta’ akkomodazzjonijiet, kif ukoll il-kostijiet, bħall-kostijiet tal-manutenzjoni. Il-projezzjonijiet tal-flussi tal-flus ikopru l-perjodu tal-2010–2024 u huma skontati b’rata ta’ [4,0–4,5] %. Fuq il-bażi ta’ dawn is-suppożizzjonijiet, l-analiżi turi NPV pożittiv ta’ EUR [100 000 – 200 000], li jfisser li d-dħul ta’ flus skontat jaqbżu l-ħruġ ta’ flus. Skont il-Ġermanja, dan ir-riżultat jiżvela l-profitabbiltà tal-ftehimiet u jissuġġerixxi l-konformità tagħhom mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(223) |
L-analiżi tal-profitabbiltà mressqa mill-Ġermanja deher li fiha diversi difetti, stipulati fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(224) |
L-ewwel, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod preliminari li l-flussi tal-flus ikkalkulati mill-Ġermanja kienu jinkludu ammonti ta’ deprezzament ta’ EUR [40 000 – 50 000] għal EUR [60 000 – 70 000] fis-sena li fil-prinċipju jenħtieġ li ma jkunux parti mill-kalkolu, peress li d-deprezzament huwa kunċett ta’ kontabbiltà li ma jikkorrispondix għal flussi tal-flus attwali. Jekk l-ammonti tad-deprezzament jiġu esklużi mill-kalkolu, il-valur preżenti nett isir negattiv fil-livell ta' madwar EUR [- 500 000 – - 400 000]. |
|
(225) |
It-tieni, deher li fl-analiżi ma kien ġie inkluż l-ebda kost tal-investiment inizjali għat-trasformazzjoni tal-bini f’postijiet ta’ għajxien. Dan deher mhux plawżibbli peress li l-Ġermanja rrimarkat li kienet meħtieġa trasformazzjoni tal-bini. |
|
(226) |
It-tielet, l-analiżi kienet tinkludi dħul ta’ flus ta’ EUR [1 000 – 10 000] fis-sena, li n-natura tiegħu ma kinitx ċara. L-aġġustament tal-flussi tal-flus skont dan jagħmel il-valur preżenti nett assoċjat ma’ dawn it-tliet ftehimiet saħansitra aktar negattiv. |
|
(227) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni b’mod preliminari qieset li r-rata ta’ skont ta’ [4,0 – 4,5] % ma dehritx li kienet iġġustifikata u dehret baxxa wisq għall-perjodu ta’ żmien li fih ġew iffirmati dawn il-ftehimiet fl-2009/2010. |
|
(228) |
FFHG setgħet tipprovdi ġustifikazzjonijiet għal dawn id-difetti, li l-Kummissjoni tqis suffiċjenti biex tinvalida l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni stabbilita fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(229) |
L-ewwel, wara li vvalutat l-analiżi tal-profitabbiltà ppreżentata mill-Ġermanja, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont tad-deprezzament kien diġà eskluż mill-flussi tal-flus ikkalkulati mill-Ġermanja. |
|
(230) |
It-tieni, il-Kummissjoni ssib li l-ispiża tal-investiment inizjali ta’ madwar EUR [100 000 – 200 000] diġà ġiet ikkunsidrata fl-analiżi tal-profitabbiltà, u tirrikonoxxi li anki jekk ma kinux ġew ikkunsidrati (li ma kienx il-każ), iż-żieda tagħhom xorta twassal għal NPV pożittiv. |
|
(231) |
It-tielet, il-Kummissjoni hija konvinta mill-ispjegazzjoni ta’ FFHG li d-dħul ta’ flus li tqajjem dubju dwaru fid-deċiżjoni tal-ftuħ fil-fatt kien jikkonċerna jew kostijiet tal-ġbir annwali jew kostijiet anċillari fissi li jirrappreżentaw ħruġ ta’ flus u kienu kkalkulati kif suppost fl-analiżi tal-profitabbiltà. |
|
(232) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li anki jekk wieħed jassumi li r-rata ta’ skont ta’ [4,0 – 4,5] % li d-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 266) tikkontesta bħala baxxa wisq, rata ta’ skont ogħla kien ikollha impatt pożittiv, aktar milli negattiv, fuq l-NPV minħabba l-profil tal-fluss tal-flus għal dawn il-ftehimiet. Il-Kummissjoni tabilħaqq tinnota li pagament speċjali tal-kera minn Ryanair għall-2010 irrappreżenta dħul sinifikanti ta’ flus ta’ EUR [0 – 5] miljun u kull sena mill-14 ta’ wara rriżultat fi ħruġ żgħir ħafna ta’ flus. Il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda tar-rata ta’ skont xorta twassal għall-konklużjoni li l-ftehimiet kienu konformi mal-MEOP. |
|
(233) |
Fuq il-bażi ta’ dawk l-ispjegazzjonijiet addizzjonali, li hija vverifikat, il-Kummissjoni treġġa’ lura l-pożizzjoni espressa fid-deċiżjoni tal-ftuħ u tikkonkludi li ma hemm l-ebda vantaġġ ekonomiku għal Ryanair. |
5.1.2.2.3. Konklużjoni
|
(234) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni għall-benefiċċju ta’ Ryanair ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lil Ryanair skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2.3.
5.1.2.3.1. Kunċett ta’ impriża u attività ekonomika
|
(235) |
Bħala linja tal-ajru, Ryanair tikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Kemm is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll is-servizzi tal-ajru jikkostitwixxu attivitajiet ekonomiċi. L-ewwel kriterju tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE għalhekk huwa ssodisfat. |
5.1.2.3.2. Użu ta’ riżorsi tal-Istat u imputabbiltà għall-Istat
|
(236) |
Il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi bejn il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u Ryanair. Il-pagamenti ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kienu ffinanzjati direttament mill-baġit tal-Land, u għalhekk iffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u imputabbli għall-Istat. |
5.1.2.3.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(237) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura tikkostitwixxix għajnuna, huwa meħtieġ, skont ġurisprudenza stabbilita, li jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. (50) |
|
(238) |
Jeħtieġ li jiġi analizzat jekk il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq huwiex applikabbli għall-ftehimiet inkwistjoni, u jekk iva, jekk jiġix osservat. |
5.1.2.3.3.1. Valutazzjoni individwali tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni
|
(239) |
L-ewwel domanda hija jekk il-ftehimiet tal-2005 u l-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-ftehimiet tal-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 għandhomx jiġu vvalutati individwalment jew flimkien. It-tieni domanda hija jekk l-operatur FFHG tal-ajruport ta’ Land ta’ Rheinland-Pfalz u Frankfurt-Hahn għandux jitqies bħala entità waħda għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(240) |
Fir-rigward tal-ewwel domanda, skont il-Ġermanja, FFHG ma kienet involuta bl-ebda mod fil-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Speċjalment wara l-privatizzazzjoni tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn fl-2017, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kellha l-ebda raġuni biex tinvolvi lil FFHG fil-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz lanqas ma kkontrollat lil FFHG fl-2005 bħala azzjonist minoritarju (17,5 %) u ma kellha l-ebda raġuni biex tinvolviha fil-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Il-partijiet kontraenti kienu biss il-Land u Ryanair. Għalhekk, l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tiġi eżaminata separatament mill-iżvilupp tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(241) |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-tieni domanda, il-Kummissjoni diġà nnutat fid-deċiżjoni tal-ftuħ li ż-żewġ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz fi żmien meta l-Land ma kinitx tikkontrolla FFHG. Fil-fatt, fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair, l-awtoritajiet tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz kellhom biss sehem ta’ 17,5 % f’FFHG filwaqt li l-maġġoranza tal-ishma f’FFHG (65 %) kienu proprjetà ta’ Fraport, kumpanija li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz fl-ebda ħin ma kellha ishma fiha. (51) Meta l-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġie konkluż f’Ottubru 2017, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kinitx tikkontrolla lil FFHG lanqas peress li kienet biegħet l-ishma tagħha fil-kumpanija lil HNA Airport Group GmbH fuq il-bażi ta’ ftehim għax-xiri ta’ ishma magħluq fid-9 ta’ Awwissu 2017, u għalhekk qabel ma ġie konkluż il-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma tistax tiġi kkunsidrata bħala operatur ta’ ajruport, li jifforma entità ekonomika waħda ma’ FFHG, fil-qafas tal-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju. Din hija differenti mis-sitwazzjoni li tat lok għall-ewwel sentenza tal-ajruport ta’ Charleroi. (52) F’dik il-kawża, l-ajruport kien proprjetà ta’ u ekonomikament dipendenti mir-Reġjun tal-Vallonja, li daħal fil-ftehim kontenzjuż ma’ Ryanair, li kien ifisser li r-Reġjun tal-Vallonja ħa sehem fl-attività ekonomika mwettqa mill-ajruport u kiseb kumpens finanzjarju għall-għoti tal-miżuri. |
|
(242) |
Ryanair targumenta li anki interess nonkontrollanti bħall-interess tal-Land f’FFHG qabel l-2009 jista’ jiġġustifika analiżi konġunta minn perspettiva legali, peress li Fraport u l-Land ta' Hessen, iż-żewġ azzjonisti l-oħra ta’ FFHG, kienu wkoll kumpanija tal-Istat u entità tal-Istat rispettivament. Għalhekk, Ryanair ssostni li qabel ma l-Land ta’ Rheinland-Pfalz akkwistat sehem ta’ 82,5 % f’FFHG fl-1 ta’ Jannar 2009, kemm il-firmatarju tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll is-sidien ta’ FFHG kienu, fl-aħħar mill-aħħar, l-Istat Ġermaniż. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni tirrifjuta dan ir-raġunament għar-raġunijiet li ġejjin: l-ewwel, kif mistqarr hawn fuq, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kellha ebda ishma f’Fraport. It-tieni, il-Land Hessen u l-Land ta’ Rheinland-Pfalz huma entitajiet legali pubbliċi lokali separati (Körperschaften des Öffentlichen Rechts, jiġifieri Gebietskörperschaften) u, minħabba s-sistema federali fil-Ġermanja, mhumiex suġġetti għall-kontroll tal-Istat Federali meta jikkonkludu ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni jew dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, peress li l-investiment ekonomiku reġjonali f’ajruport jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Länder fin-nuqqas ta’ kompetenza federali (l-Artikolu 30 u l-Artikolu 70(1) tal-Kostituzzjoni Ġermaniża). Għalhekk, l-ishma li għandha l-Land ta' Hessen ma setgħux jinfluwenzaw is-setgħat tal-azzjonisti li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz jista’ jeżerċita fuq FFHG. Il-benefiċċji ekonomiċi li takkumula l-Land Hessen bħala azzjonist ma jibbenefikawx lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, minħabba s-separazzjoni ċara tal-baġits tal-entitajiet legali pubbliċi. Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta biss jekk il-Land ta’ Rheinland-Pfalz bħala entità waħda aġixxietx bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq. |
|
(244) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni individwalment u l-prinċipju tal-operatur tas-suq għal-Land ta’ Rheinland-Pfalz biss. |
|
(245) |
Peress li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma tistax titqies bħala l-operatur tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn għall-fini tal-valutazzjoni tal-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-metodu tal-kostijiet inkrementali stabbilit fil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għal ftehimiet bejn ajruporti kkontrollati pubblikament u linji tal-ajru mhuwiex applikabbli għall-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
5.1.2.3.3.2. Applikabbiltà tal-prinċipju tal-operatur tas-suq
|
(246) |
Skont il-Ġermanja, il-pagamenti inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat peress li s-somom imħallsa mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil Ryanair kienu jikkorrispondu għall-prezz tas-suq tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti. |
|
(247) |
L-ewwel nett, irid jiġi vvalutat jekk il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni humiex eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi. Dawn il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni tipikament isiru bejn żewġ entitajiet privati, eż., ajruport u linja tal-ajru. Fir-rigward tal-applikabbiltà tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, jenħtieġ li jiġi mfakkar li l-paragun mhuwiex ma’ kwalunkwe operatur f’ekonomija tas-suq b’mod ġenerali iżda pjuttost ma’ operatur f’ekonomija tas-suq fis-sitwazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(248) |
Għalhekk għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq fir-rigward tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(249) |
Skont il-paragrafu 77 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, “huwa biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mar-rwol tal-Istat bħala operatur ekonomiku biss — bl-esklużjoni ta’ dawk marbuta mar-rwol tiegħu bħala awtorità pubblika — li għandhom jiġu kkunsidrati”, li fost affarijiet oħra jfisser li ma għandhomx jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku bħall-iżvilupp reġjonali. |
|
(250) |
Il-benefiċċji ta’ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni f’termini ta’ żvilupp tat-turiżmu reġjonali, jiġifieri d-dħul potenzjali ġġenerat mit-turiżmu għar-reġjun, mhumiex rilevanti għal valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tal-operatur f’ekonomija tas-suq. (53) F’dan il-każ, il-Ġermanja u Ryanair ma ppreżentaw l-ebda prova li tindika li, permezz tal-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz setgħet tistenna kwalunkwe gwadann finanzjarju bħala operatur f’ekonomija tas-suq minbarra l-iżvilupp tat-turiżmu fir-reġjun. |
|
(251) |
Għalhekk, ma jimpurtax kemm il-Ġermanja vvalutat bir-reqqa li Ryanair kellha livell għoli ta’ kompetenza fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tal-lokalità u kienet l-unika linja tal-ajru li topera fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn li setgħet tiġi kkunsidrata għax-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ma jimpurtax lanqas jekk Ryanair intgħażlitx f’konformità mal-liġi Ġermaniża dwar l-akkwist pubbliku. Il-valutazzjoni hija limitata għall-kwistjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni, u jekk jistgħux jirriżultaw fi gwadann finanzjarju apparti mill-iżvilupp tat-turiżmu reġjonali. |
|
(252) |
Il-Ġermanja ma kkontestatx li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma tibbenefika minn ebda żieda fid-dħul tal-operatur tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn li tista’ tirriżulta minn żieda fit-traffiku. Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma toperax l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u kienet biss azzjonist minoritarju (17,5 %) fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u mhux azzjonist fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, li huma l-uniċi mumenti li huma importanti għall-valutazzjoni skont il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. L-awtoritajiet Ġermaniżi ma ressqu l-ebda gwadann marbut ma’ żieda fid-dħul tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn li seta’ kien ta’ benefiċċju għal-Land ta’ Rheinland-Pfalz bħala azzjonist tal-ajruport. |
|
(253) |
Għall-kuntrarju, il-Ġermanja tenniet fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jitqiesu bħala li jiffaċilitaw il-promozzjoni tat-turiżmu flimkien mal-aċċessibbiltà, il-konnettività u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun, l-għan tagħhom ma jkunx li jfittxu profitti mill-operat tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(254) |
Ma tfassal l-ebda pjan ta’ negozju li jivvaluta tali benefiċċji potenzjali qabel ittieħdu d-deċiżjonijiet biex jiġu konklużi l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair. |
|
(255) |
Rikavat futur mill-imposti tal-ajruport u dħul ieħor li takkumula FFHG bħala riżultat tal-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn mhumiex parti mid-dħul li operatur ipotetiku f’ekonomija tas-suq immexxi minn prospetti ta’ profitabbiltà u fl-istess sitwazzjoni bħal-Land ta’ Rheinland-Pfalz kienet tqis meta tivvaluta jekk għandhiex tikkonkludi ż-żewġ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni. Meta ġie konkluż il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Land Rheinland-Pfalz tabilħaqq ma kinitx għadha azzjonist ta’ FFHG. Meta ġie konkluż il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz kienet azzjonist minoritarju ta’ FFHG. Għalkemm, fl-2005, il-Land kienet tgawdi biss indirettament miż-żieda fil-profitti ġġenerati minn FFHG permezz ta’ dividendi jew gwadanji kapitali, bħala azzjonist minoritarju ta’ FFHG, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kien ikollha l-ebda interess li jiffinanzja b’mod sħiħ miżuri mmirati biex iżidu t-traffiku fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn mingħajr kofinanzjament minn FFHG stess jew mill-azzjonist kontrollanti tagħha, u mingħajr ma takkwista l-ebda sehem addizzjonali f’FFHG. |
|
(256) |
Dawn l-elementi kollha juru li d-deċiżjonijiet ta’ konklużjoni tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma kellhom ebda rabta ekonomika mal-ishma miżmuma mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz f’FFHG. (54) Il-Ġermanja ma kkontestatx dan. |
|
(257) |
Bħala konklużjoni, il-pagamenti li saru mil-Land lil Ryanair fuq il-bażi tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni huma tal-istess natura bħal pagamenti lil linja tal-ajru minn entità pubblika biex tniedi jew iżżomm servizzi ta’ trasport bl-ajru lejn ajruport partikolari bil-ħsieb li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport. Filwaqt li din hija prattika li tista’ tiġi osservata b’mod komuni f’entitajiet pubbliċi inkarigati mill-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun, prattika bħal din hija ġdida għal operatur f’ekonomija tas-suq immexxi minn kunsiderazzjonijiet ta’ profitabbiltà. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-prinċipju tal-operatur tas-suq mhuwiex applikabbli. |
|
(258) |
Għalhekk, il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq mhuwiex applikabbli għall-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma’ Ryanair peress li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kisbet l-ebda benefiċċju minnhom fir-rwol tagħha ta’ operatur ekonomiku, iżda pjuttost segwiet l-objettiv tal-ordni pubbliku tagħha. |
|
(259) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li miżura titqies li ma tikkostitwixxix vantaġġ meta miżura tal-Istat tirrappreżenta kumpens li jikkorrispondi għal korrispettiv għal servizzi pprovduti minn impriżi inkarigati b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fejn dawk l-impriżi fil-fatt ma jgawdux minn vantaġġ finanzjarju u fejn il-miżura ma għandhiex l-effett li tpoġġi lil dawk l-impriżi f’pożizzjoni aktar favorevoli mill-kompetituri tagħhom. (55) F’dan il-każ, madankollu, il-Ġermanja ma għamlet l-ebda indikazzjoni li Ryanair kienet inkarigata b’obbligi ta’ servizz pubbliku. |
5.1.2.3.3.3. Għall-fini tal-kompletezza: Determinazzjoni tal-vantaġġ mogħti lil Ryanair
|
(260) |
Il-konstatazzjoni li l-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq ma japplikax għall-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni hija biżżejjed biex jiġi kkonstatat li l-pagamenti li rċeviet Ryanair jikkostitwixxu vantaġġ għal Ryanair. |
|
(261) |
Għall-finijiet ta’ kompletezza, sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ vantaġġ għal Ryanair jekk il-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq kien applikabbli għall-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni, li ma kienx il-każ, il-Kummissjoni eżaminat iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ, f’konformità mal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. Pereżempju, jista’ jkun hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li fihom ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi minn awtorità pubblika, anki jekk isir bi prezzijiet tas-suq, jista’ ma jitqiesx skont il-kundizzjonijiet tas-suq, speċjalment jekk ix-xiri ma jissodisfax il-ħtiġijiet attwali tal-awtorità. (56) |
|
(262) |
Il-kwistjoni fil-qalba tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lil Ryanair f’dan ix-xenarju alternattiv hija jekk il-Land ta’ Rheinland-Pfalz kellhiex bżonn reali ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mixtrija mingħand Ryanair sabiex tilħaq l-objettiv tal-ordni pubbliku tagħha, jiġifieri l-promozzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
|
(263) |
It-talba tal-Ġermanja u ta’ Ryanair li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz xtrat servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mingħand Ryanair bi prezzijiet tas-suq, tista’ titwarrab. Il-kwistjoni deċiżiva hawnhekk hija jekk kienx hemm bżonn reali għal dawk is-servizzi. Il-Kummissjoni għalhekk la se tindirizza l-opinjoni esperta esterna dwar il-konformità mas-suq tal-prezz u lanqas is-sistema ta’ monitoraġġ li ġiet stabbilita biex tissorvelja l-konformità allegata kontinwa tas-suq tal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(264) |
Il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġewx konklużi biex jinxtraw servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenwini, jew jekk l-fini veru ta’ dawn il-ftehimiet kienx li tingħata għajnuna lil Ryanair bi tpattija għal Ryanair li topera servizzi tal-ajru mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
5.1.2.3.3.3.1. Ix-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni serva biss bħala ġustifikazzjoni għall-pagamenti li saru lil Ryanair biex din tal-aħħar tinżamm fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn
|
(265) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn taħt, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li x-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni serva biss bħala ġustifikazzjoni għall-pagamenti li saru lil Ryanair biex din tal-aħħar tinżamm fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn; anki jekk is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom xi effett ta’ kummerċjalizzazzjoni (li ma kienx il-każ), ma kinitx l-intenzjoni prinċipali tal-ftehimiet, li jridu jitqiesu pjuttost bħala sussidji moħbija, u l-benefiċċji finanzjarji tal-effett ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kinux dovuti lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz. |
— Ma kien hemm l-ebda intenzjoni reali min-naħa tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz li tirreklama r-reġjun
|
(266) |
Il-Ġermanja tikkontesta l-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma kellhomx l-għan li jirreklamaw ir-reġjun. L-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Kummissjoni għal din is-suppożizzjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ hija stabbiliet li, prima facie, l-għan tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni kien li jiġi żgurat li Ryanair itir lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn bi frekwenza partikolari. Imbagħad kienet f’idejn il-Ġermanja li turi li fir-realtà, il-Land ta’ Rheinland-Pfalz xtrat servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ġenwini. |
|
(267) |
Għar-raġunijiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li waslu, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni preliminari tad-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(268) |
L-ewwel, in-nuqqas ta’ intenzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz li tirreklama r-reġjun huwa indikat miċ-ċirkustanzi li fihom ġie stabbilit il-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(269) |
Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz kellha interess ta’ politika ekonomika li żżomm lil Ryanair fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz tat lil Ryanair fis-snin 2001 sa 2003 għajnuna għat-twettiq ta’ taħriġ tal-bdoti u tal-ekwipaġġ (il-premessi 199 sa 220). Il-Ġermanja argumentat li l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn kien impjegatur importanti, adegwat biex jitnaqqas il-qgħad fir-reġjun ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(270) |
Barra minn hekk, fis-segment tal-passiġġieri, il-kompetittività tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn fir-rigward tal-ajruporti fil-qrib kienet dipendenti ħafna fuq Ryanair. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn mhuwiex aċċessibbli faċilment bit-trasport pubbliku mill-eqreb belt daqs, pereżempju, l-ajruporti ta’ Cologne-Bonn, Frankfurt am Main jew Strasburgu, li kull wieħed minnhom għandu konnessjoni diretta tal-ferrovija. Frankfurt-Hahn jattira l-passiġġieri prinċipalment minħabba t-titjiriet bi prezz baxx li joffri. Għalhekk l-ajruport kien jiddependi ħafna fuq Ryanair li kompliet topera fl-ajruport u toffri tariffi bi prezz baxx. |
|
(271) |
It-tieni, il-Kummissjoni ma tistax tifhem għaliex il-Land ta’ Rheinland-Pfalz fittxet li jippromwovi r-reġjun bħala destinazzjoni turistika billi investa sehem konsiderevoli mill-baġit tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha — Lufthansa, li ma ġietx kontradetta f’dan il-punt mill-Ġermanja, issemmi minn 30 sa 50 % — fis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ linja waħda tal-ajru. |
|
(272) |
Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz tista’ tintlaħaq b’diversi mezzi ta’ trasport, inklużi karozza, ferrovija u xarabank. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, l-aktar mod konvenjenti biex tasal jew tivvjaġġa mill-ajruport huwa bil-karozza jew bil-karozza tal-linja. Mhuwiex partikolarment attraenti għat-turisti li jkollhom jikru karozza biex jilħqu l-eqreb destinazzjoni turistika (madwar siegħa (1) għal Trier jew Koblenz). Dan jissuġġerixxi li d-disinn tal-ajruport innifsu huwa aktar immirat għal passiġġieri li jtiru mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz xi mkien ieħor. Tabilħaqq, skont is-sottomissjoni tal-Ġermanja, studju ta’ Dornier Consulting sab li [75 – 80]% tat-traffiku tal-ajruport kien ’il barra, li jfisser li l-maġġoranza l-kbira tal-passiġġieri ta’ Ryanair minn Frankfurt-Hahn jitilqu. Dan jissuġġerixxi li l-promozzjoni tar-rotot minn/lejn dan l-ajruport huwa aktar probabbli li jtejjeb it-turiżmu xi mkien ieħor. |
|
(273) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ma elaboratx fuq is-suppożizzjoni ta’ Ryanair li l-Land użat is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair bħala portafoll ta’ ditti. Għalhekk, din is-suppożizzjoni ex post minn Ryanair ma tistax tinżamm. |
|
(274) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-effett u l-objettiv ewlenin mistennija tal-ftehimiet inkwistjoni għal-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kinux li jakkwistaw servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bil-ħsieb li jiġi promoss it-territorju ta’ Rheinland-Pfalz iżda pjuttost li jappoġġjaj finanzjarjament l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u lejn l-istess ajruport. |
— L-operat tat-titjiriet ta’ Ryanair kien fil-mira, aktar milli s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni
|
(275) |
Is-servizzi mixtrija mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz fuq il-bażi tal-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni jikkonsistu f’links fuq is-sit web ta’ Ryanair għall-offerti turistiċi fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz (57), l-immirar mill-ġdid tar-reklami bl-użu ta’ data miġbura mill-viżitaturi tas-sit web ta’ Ryanair (58), l-inklużjoni ta’ Rheinland-Pfalz fuq il-paġna u l-blog ta’ Facebook ta’ Ryanair (59), żewġ paġni fir-rivista ta’ Ryanair li titqassam fuq l-ajruplan (60) u kampanja fl-istampa li tibbenefika l-industrija tat-turisti ta’ Rheinland-Pfalz (61). Dawn il-mezzi tal-media essenzjalment huma mmirati lejn il-klijenti (potenzjali) ta’ Ryanair u mhux kollha kemm huma lanqas. Pereżempju, il-ftehim dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-2017 jipprevedi biss tqegħid tad-destinazzjoni Rheinland-Pfalz fuq il-paġni ewlenija ta’ Ryanair tar-Renju Unit, tal-Irlanda u tal-Italja — jissemmew b’mod espliċitu r-rotot ta’ Ryanair lejn Londra-Stansted, Edinburgu, Newquay u Ruma f’dan il-kuntest. Għalhekk jidher li aktar milli jippromwovi t-territorju ta’ Rheinland-Pfalz bħala tali s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni limitati pprovduti minn Ryanair fuq il-bażi tal-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, notevolment ir-reklami limitati biss għall-partijiet tas-siti web tal-linja tal-ajru assoċjati mad-destinazzjoni kkonċernata, jidher li jippromwovi l-ewwel u qabel kollox l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru ta’ Ryanair stess minn/ lejn Rheinland-Pfalz. |
|
(276) |
Il-Kummissjoni ma tikkontestax l-allegazzjoni ta’ Ryanair li l-kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web tagħha tista’ effettivament tħajjar lill-klijenti biex jixtru titjira lejn Rheinland-Pfalz. Jista’ jkun li l-viżitaturi għandhom, kif targumenta Ryanair fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, “tranżizzjoni bla xkiel minn meta jaraw reklam sa meta jixtru biljett fuq l-istess sit web, jew, bil-maqlub, minn meta jibbukkjaw biljett sa ma jaraw reklam relatat mad-destinazzjoni, li tista’ tinfluwenza l-għażla tad-destinazzjoni tagħhom għall-vjaġġ li jmiss”. |
|
(277) |
Il-punt ewlieni, kif spjegat hawn fuq (il-premessa 275), huwa li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair huma mmirati speċifikament lejn dawk li diġà ddeċidew li jżuru s-sit web ta’ Ryanair. Dan jista’ jkun, kif iddikjarat Ryanair stess, waqt ix-xiri ta’ biljett tat-titjira, jiġifieri tipikament persuni li diġà huma klijenti ta’ Ryanair. Għalhekk, din il-karatteristika hija indikazzjoni oħra li s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma kinux maħsuba biex, u lanqas kellhom l-effett li, jippromwovu r-reġjun b’mod ġenerali, iżda pjuttost jippromwovu speċifikament is-servizzi tat-trasport bl-ajru lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn offruti minn Ryanair. |
|
(278) |
Barra minn hekk, iż-żewġ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni fihom impenji preċiżi ta’ Ryanair fir-rigward tal-operazzjonijiet tas-servizz tal-ajru (ibbażat fuq ċertu numru ta’ inġenji tal-ajru fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn skont il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u li jġorru ċertu numru ta’ passiġġieri fis-sena skont il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni). Entità interessata biss fl-akkwist ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jkollha l-ebda interess li tinkludi obbligi imposti fuq il-fornitur tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bl-ajru fil-ftehimiet li jifformalizzaw dan l-akkwist. L-eżistenza ta’ dawn l-obbligi fil-ftehimiet ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni timplika de facto li Ryanair tiġi remunerata, permezz tal-pagamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni magħmula mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz, għall-operazzjonijiet ta’ trasport bl-ajru tagħha minn/lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
— L-immirar lejn Ryanair, pjuttost milli kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni online b’mod ġenerali
|
(279) |
Ir-reklamar fir-rivista ta’ Ryanair li jitqassmu fuq l-ajruplan kien immirat biss lejn sett żgħir ta’ vjaġġaturi potenzjali, jiġifieri dawk li diġà jużaw is-servizzi ta’ Ryanair. It-turisti fil-mira ta’ Ryanair mhumiex il-grupp ewlieni ta’ klijenti interessati għat-turiżmu fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Il-Land ta’ Rheinland-Pfalz tista’ tintlaħaq b’diversi mezzi ta’ trasport, inklużi karozza, ferrovija u karozza tal-linja. Din il-kontradizzjoni tissuġġerixxi li l-Land ta’ Rheinland-Pfalz ma kellha l-ebda intenzjoni reali li tippromwovi t-turiżmu billi tikkonkludi l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair. |
|
(280) |
Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni bbenefikaw lil Ryanair aktar milli ppromwovew il-Land ta’ Rheinland-Pfalz u l-madwar tagħha. Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn Ryanair ma setgħux jippromwovu l-Land ta’ Rheinland-Pfalz u l-madwar tagħha b’mod effettiv, u għalhekk l-għażla ta’ Ryanair ma kinitx iġġustifikata biżżejjed f’termini ekonomiċi; Is-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ Ryanair ma kellhomx l-allegat effett; u anki jekk il-ftehimiet inkwistjoni kellhom effett, huma bbenefikaw lil Ryanair aktar minn ħaddieħor. |
|
(281) |
Kif indikat hawn fuq, il-Kummissjoni tiddubita li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni konklużi ma’ Ryanair kellhom effett pożittiv fuq il-Land. Jekk wieħed jassumi li dawn il-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni kellhom l-effett li jħeġġu lill-klijenti ta’ Ryanair biex jixtru biljetti tat-titjira lejn Rheinland-Pfalz, dak l-effett primarjament kien ikun ta’ benefiċċju għal Ryanair, u kien ikun il-frott ta’ sforz biex tippromwovi s-servizzi tagħha li Ryanair setgħet kienet mistennija li jkun ħa fuqu nnifsu. |
|
(282) |
Fid-deċiżjoni Montpellier, il-Kummissjoni sabet li Ryanair tilħaq l-objettivi tagħha tal-fattur tat-tagħbija permezz tal-politika tal-prezzijiet tagħha (“ġestjoni tar-rendiment”). Il-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair għandha l-għan li tħeġġeġ lill-klijenti potenzjali ta’ Ryanair biex jagħżlu destinazzjoni speċifika bi prezz li huwa ideali għal Ryanair. Element ewlieni tal-ġestjoni tar-rendiment ta’ Ryanair huwa li jiġi ddeterminat il-prezz massimu li l-passiġġieri huma lesti li jħallsu għall-biljett tal-ajru tagħhom filwaqt li jiġi żgurat it-tagħbija ottimali tal-inġenju tal-ajru sabiex jiġi massimizzat id-dħul ta’ Ryanair u jintlaħaq is-suq Ewropew (62). Għal Ryanair, hemm differenza kbira bejn il-prezzijiet tal-eqqel staġun u l-prezzijiet tal-istaġun meta d-domanda tkun baxxa. Dan ifisser li l-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-eqqel staġun għoli huma aktar profittabbli għal Ryanair milli l-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-istaġun meta d-domanda tkun baxxa. |
|
(283) |
Il-promozzjoni ta’ destinazzjonijiet li jippermettu lil Ryanair tikseb prezz tal-eqqel staġun se tkun fl-interess ta’ Ryanair ukoll. Għalhekk, jekk il-kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni jkollha impatt, Ryanair tibbenefika direttament. |
|
(284) |
Barra minn hekk, kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni tista’ tgħin biex tattira passiġġieri li ma kinux ikunu konvinti mill-prezz waħdu, jew li ma kinux jippjanaw li jivvjaġġaw ma’ Ryanair lejn Rheinland-Pfalz kieku ma kinux esposti għal kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni. Passiġġieri li huma attirati permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni konsegwentement inaqqsu l-pressjoni fuq Ryanair biex tattira passiġġieri biss permezz tal-politika tal-prezzijiet tagħha sabiex tilħaq l-objettivi tagħha tal-fattur tat-tagħbija. |
5.1.2.3.3.3.2. Il-prattika ta’ Ryanair osservata f’każijiet oħra
|
(285) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-użu ta’ ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni bħala ġustifikazzjoni għall-pagamenti lil Ryanair sabiex tinżamm Ryanair f’ajruport reġjonali partikolari mhuwiex bla preċedent. B’mod partikolari, l-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni fil-Każ SA.33961, dwar l-ajruport ta’ Nîmes, uriet li, f’sitwazzjoni fejn il-fattur tat-tagħbija ta’ rotta partikolari kien naqas b’mod sinifikanti, Ryanair għamlet pressjoni fuq l-entitajiet pubbliċi kkonċernati biex jixtru servizzi addizzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni billi heddet li tieqaf topera r-rotta jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tkunx żdiedet fuq bażi ta’ darba. (63) Fir-rigward tal-ajruport ta’ Altenburg-Nobitz, l-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni fil-każ SA.26500 (64) sabet li, wara li l-operatur tal-ajruport irrifjuta li jħallas somma mitluba minn Ryanair bħala tariffi ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-iskeda tas-sajf tal-2011, Ryanair waqfet topera fl-ajruport f’Marzu 2011. (65) L-aktar reċentement, fil-każ SA.47867, dwar l-ajruport ta’ Montpellier, (66) il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ assoċjazzjoni lokali fejn kien hemm sussidji moħbija biex jippromwovu r-rotot tat-titjiriet ta’ Ryanair. Din il-konklużjoni ġiet ikkonfermata aktar tard mill-Qorti Ġenerali (67). |
5.1.2.3.3.3.3. Għall-fini tal-kompletezza: konklużjoni dwar il-vantaġġ mogħti lil Ryanair
|
(286) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-provi msemmija qabel li x-xiri tas-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz mingħand Ryanair sempliċement jiġġustifika l-pagamenti li saru lil Ryanair għall-operat tat-titjiriet tagħha, iżda ma jipprovdix gwadann finanzjarju lil-Land ta’ Rheinland-Pfalz fir-rwol tagħha bħala operatur ekonomiku u ma jikkorrispondix għal xiri ġenwin ta’ servizzi għall-promozzjoni tat-turiżmu. Il-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni għaldaqstant taw vantaġġ lil Ryanair għal din ir-raġuni wkoll. |
5.1.2.3.4. Selettività
|
(287) |
Il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ġew konklużi ma’ Ryanair, wara negozjati individwali, u barra minn hekk mingħajr ebda sejħa pubblika għal offerti minn qabel, sa fejn taf il-Kummissjoni. Għalhekk, kwalunkwe vantaġġ ekonomiku involut f’dawk il-ftehimiet kien ikun selettiv. (68) |
5.1.2.3.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
|
(288) |
Peress li l-linji tal-ajru jikkompetu ma’ xulxin fil-kummerċ intra-UE u Ryanair hija linja tal-ajru attiva madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni tqis, fuq bażi preliminari, li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku involut fil-ftehimiet inkwistjoni jista’ jwassal għal distorsjon tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ intra-UE. |
5.1.2.3.6. Konklużjoni
|
(289) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil Ryanair skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2.4.
|
(290) |
Rigward il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tibda l-valutazzjoni tagħha bl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq biex tivvaluta jekk il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 tawx vantaġġ lil Ryanair. |
|
(291) |
F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li qabel il-konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet, ir-relazzjoni bejn Ryanair u l-ajruport kienet irregolata mill-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 u tal-2005. Fir-rigward ta’ dawn il-ftehimiet, il-Kummissjoni kkonstatat fid-Deċiżjoni Hahn I li dawn kienu konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(292) |
Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li l-imposti tal-ajruport imħallsa minn Ryanair taħt il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013 u tal-2015 jikkorrispondu mal-imposti tal-ajruport li huma inklużi fl-iskema ġenerali ta’ imposti tal-ajruport li tapplika għal Frankfurt-Hahn. L-iskedi ġenerali ta’ imposti tal-2002 u tal-2006 ġew ivvalutati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Hahn I u l-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(293) |
Il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 kien inizjalment stabbilit li japplika sat-13 ta’ Frar 2017, b’għażla għal estensjoni tad-data ta’ skadenza sat-13 ta’ Frar 2022, u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2005 kien inizjalment stabbilit li japplika sal-2027. |
|
(294) |
Għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, tal-2015 u tal-2016 għandhom jiġu vvalutati kontra din il-linja bażi, peress li Ryanair kellha d-dritt, fil-prinċipju, li tkompli topera fl-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet konformi mas-suq miftiehma ma’ FFHG fil-ftehimiet ta’ servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 u l-2005 sal-2022 u l-2027, rispettivament. Sakemm il-ftehimiet sussegwenti dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti jikkorrispondu sempliċement mal-ftehimiet eżistenti (il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 u tal-2005), li normalment ikomplu jseħħu, il-pożizzjonijiet ekonomiċi ta’ Ryanair u FFHG ma jinbidlux minħabba l-konklużjoni tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016. |
5.1.2.4.1. Il-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013
|
(295) |
Il-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 huwa ittra ta’ akkumpanjament għall-ftehim standard tas-servizzi fuq l-art. Kif enfasizzat mill-Ġermanja u Ryanair fl-osservazzjonijiet tagħhom wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 ma jvarjax mill-iskeda ta’ imposti tal-ajruport, iżda jikkonferma l-applikabbiltà tiegħu u sempliċement jaġġorna r-regoli tas-servizzi fuq l-art applikabbli għal Ryanair għall-iżviluppi ġenerali fl-industrija tal-avjazzjoni. |
|
(296) |
Billi l-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 ma jimmodifikax b’mod sostanzjali r-regoli li kienu applikabbli qabel, u r-regoli li kienu applikabbli qabel jikkonformaw mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq (kif iddeterminat mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Hahn I), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 ma jagħti l-ebda vantaġġ lil Ryanair u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
5.1.2.4.2. L-Annotazzjoni 2015
|
(297) |
Kif deskritt fil-premessa (41), l-Annotazzjoni tal-2015 ittawwal il-ftehim tal-Ittra ta’ Akkumpanjament tal-2013 bi tliet snin sal-2017. Barra minn hekk, tinkludi emendi li jikkonċernaw il-provvista ta’ vettura tar-rampa/vann tal-manutenzjoni u l-provvista ta’ uffiċċju amministrattiv u spazju għall-ħażna għall-ispare parts. |
|
(298) |
Is-sempliċi provvista ta’ vettura tar-rampa/vann tal-manutenzjoni u ta’ uffiċċju amministrattiv u spazju għall-ħażna ma tmurx lil hinn minn ġest kummerċjali lejn il-klijent ewlieni tal-ajruport. Huma ma jistgħux ibiddlu l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Hahn I li l-pagamenti magħmula minn Ryanair lil FFHG għas-servizzi tal-ajruporti huma konformi mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. |
|
(299) |
Billi l-Annotazzjoni tal-2015 ma timmodifikax b’mod sostanzjali r-regoli li kienu applikabbli qabel, u r-regoli li kienu applikabbli qabel jikkonformaw mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Annotazzjoni tal-2015 ma tagħti l-ebda vantaġġ lil Ryanair u għalhekk ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
5.1.2.4.3. L-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016
|
(300) |
L-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 fiha żewġ modifiki dwar l-imposti tal-ajruport li għandhom jitħallsu minn Ryanair: (a) imposta mnaqqsa tal-ajruport ta’ EUR […] għal kull passiġġier tapplika minn […] passiġġier fis-sena. Preċedentement, abbażi tal-iskeda ġenerali ta’ imposti tal-2006, kienet tapplika biss sa minn […] passiġġier fis-sena u (b) sistema ġdida ta’ appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni, li biha l-ebda imposta tal-ajruport ma tiġi applikata għal kwalunkwe passiġġier ogħla min-numru ta’ passiġġieri li jkunu qed jitilqu tas-sena preċedenti. It-tul ta’ żmien tal-ftehim huwa sal-31 ta’ Marzu 2022. |
|
(301) |
Il-Ġermanja wieġbet għad-dubji li tqajmu mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u mtennija minn Lufthansa fis-sottomissjoni tagħha dwar id-data tal-istudju ta’ PwC. B’mod partikolari, f’konformità mal-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn FFHG fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Ġermanja ċċarat li l-istudju ta’ PwC ma ġiex ikkummissjonat jumejn (2) qabel il-konklużjoni tal-ftehim, iżda pjuttost kien fi tħejjija u diskuss ma’ FFHG fuq perjodu itwal ta’ żmien, u għalhekk is-sejbiet tiegħu kienu magħrufa mill-maniġment ta’ FFHG meta kkonkludiet il-ftehim. |
|
(302) |
Jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tikkoreġi s-sejba preliminari fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 288) li l-kontrafattwali tkun tnaqqis progressiv fin-numru ta’ passiġġieri ta’ Ryanair matul is-snin li ġejjin. |
|
(303) |
Kif spjegat il-Ġermanja fid-dettall, il-kuntest tal-konklużjoni tal-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 kien il-privatizzazzjoni ppjanata tal-ajruport. Ryanair insistiet li tikseb ftehim ta’ 5 snin dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u heddet mod ieħor li titlaq mill-ajruport immedjatament. Fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Ġermanja, il-Kummissjoni ssib li dik it-theddida trid tkun dehret kredibbli għall-ajruport. Il-kredibbiltà ta’ din it-theddida hija tabilħaqq ikkonfermata kemm minn Lufthansa, li tibbaża ruħha diversi drabi fuq il-fatt li Ryanair tista’ faċilment tħalli l-ajruport, kif ukoll ir-rapport ta’ Oxera mressaq minn Ryanair. Għall-kuntrarju ta’ dak li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 288), is-suppożizzjoni fl-istudju ta’ PwC li, fix-xenarju kontrofattwali, Ryanair tieqaf immedjatament kull attività f’FFHG mill-2016 hija għalhekk ikkunsidrata realistika. |
|
(304) |
Il-Ġermanja ċċarat ukoll li l-previżjonijiet tal-kostijiet u d-dħul imsemmija fl-istudju PwC kienu disponibbli għal FFHG qabel ma ġie ffirmat il-ftehim u ntużaw minn FFHG biex tivvaluta l-opportunità li jiġi konkluż il-ftehim. |
|
(305) |
L-istudju ta’ PwC jassumi li, taħt ix-xenarju bażi, FFHG tista’ tistenna għadd kostanti ta’ passiġġieri li jinġarru minn Ryanair ta’ [2 – 3] miljun fis-sena mill-2017 sal-2021. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 287), il-Kummissjoni kkunsidrat dak ix-xenarju pjuttost ottimista. Madankollu, dawn is-suppożizzjonijiet kienu bbażati fuq id-dokumenti ta’ ppjanar intern ta’ FFHG, li FFHG għamlet disponibbli għal PwC, kif ikkonfermat fl-osservazzjonijiet tal-Ġermanja dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kredibbli għall-kuntrarju, il-Kummissjoni taċċetta dawk ix-xenarji. |
|
(306) |
L-istudju ta’ PwC iqabbel xenarju fejn Ryanair tibqa’ fl-ajruport max-xenarju fejn Ryanair titlaq mill-ajruport. Isib li l-kuntratt ta’ Ryanair jiġġenera fluss tal-flus ħieles addizzjonali annwali ta’ EUR [4 – 5 miljun] fl-2017, li gradwalment jiżdied biex jilħaq EUR [4,5–5,5 miljun] fl-2021. Minkejja ċerti dgħufijiet tal-istudju, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ varjazzjoni tal-għadd ta’ passiġġieri ta’ Ryanair fil-kontrolli tas-sensittività, il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar tqis li operatur f’ekonomija tas-suq seta’ bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq studju bħal dan. |
|
(307) |
L-istudju wera li l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 kellha valur kapitali ta’ EUR [20 – 25] miljun, li huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni tal-flussi tal-flus ħielsa u jingħataw skont ta’ [5 – 10] % fis-sena. |
|
(308) |
Dan ir-riżultat lanqas ma jqajjem dubju skont l-opinjoni esperta ta’ AT Kearney li kellha għan differenti. Din tanalizza l-profitabbiltà ta’ FFHG kollha kemm hi. Madankollu, il-kwistjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq għall-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 hija jekk, fin-nuqqas ta’ dan il-ftehim, FFHG tkunx f’qagħda agħar. Dan huwa l-każ, għaliex ikollu bejn EUR [4–5] u [4,5–5,5] miljun inqas flussi tal-flus ħielsa fis-sena. |
|
(309) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 hija konformi mat-test tal-operatur tal-ekonomija tas-suq. L-Ittra ta’ Akkumpanjament Nru 2 tal-2016 għalhekk ma tagħtix vantaġġ lil Ryanair u ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
5.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(310) |
F’din it-taqsima, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri li nstabu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat:
|
5.2.1. Rigward il-miżura ta’ għajnuna lil FFHG
|
(311) |
L-unika miżura lil FFHG li qed tiġi investigata li għaliha l-Kummissjoni tikkonkludi li tikkostitwixxi għajnuna hija l-“bejgħ doppju” minn FFHG ta’ roqgħa ta’ art (il-premessa 200). |
|
(312) |
Il-Kummissjoni indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessi 326–330), għaliex għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern jekk l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar minn FFHG b’EUR żero jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u fakkret lill-Ġermanja li l-oneru tal-prova biex tintwera l-kompatibbiltà jaqa’ fuq il-Ġermanja. |
|
(313) |
Il-Ġermanja ma invokat l-ebda raġuni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna, iżda llimitat l-argumentazzjoni tagħha biex tallega li din il-miżura ma tinvolvix għajnuna lil FFHG. |
|
(314) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ta’ EUR 1,25 miljun għall-bejgħ tar-roqgħa ta’ art “tal-akkomodazzjoni” hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Ġermanja trid tirkupraha mingħand il-benefiċjarju tagħha. |
5.2.2. Rigward il-miżuri ta’ għajnuna lil Ryanair
5.2.2.1.
|
(315) |
L-ewwel irid jiġi eżaminat jekk l-għajnuna għat-taħriġ tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ kategorija u, jekk le, jekk il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE tkunx issodisfata. |
5.2.2.1.1. Ir-Regolament Ġenerali ta' Eżenzjoni ta' Kategorija
|
(316) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-għajnuna għat-taħriġ tista’ tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 31 tal-GBER, iżda li kienet meħtieġa aktar informazzjoni biex tieħu pożizzjoni finali. Madankollu, minkejja t-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni, hija ma rċeviet xejn mill-Ġermanja jew mill-partijiet interessati. |
|
(317) |
Il-Ġermanja u Ryanair argumentaw li ma setgħux jipprovdu aktar dokumenti peress li l-obbligu tagħhom li jippreservaw id-dokumenti mitluba kien skada taħt il-liġi nazzjonali applikabbli. |
|
(318) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa f’idejn l-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà, u li juri li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà huma ssodisfati. (69) L-Istati Membri u l-partijiet interessati huma konxji tal-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589. Għalhekk ma jistgħux jinvokaw perijodu ta’ preskrizzjoni nazzjonali allegatament iqsar li jirregola l-obbligu tagħhom li jżommu dokumenti biex jaħarbu l-oneru tal-prova. |
|
(319) |
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni dwar il-kostijiet eżatti ffinanzjati mill-għajnuna għat-taħriġ u għalhekk ma tistax tivvaluta jekk il-kostijiet kinux eliġibbli skont il-GBER. Skont l-Artikolu 31(3) tal-GBER, il-kostijiet eliġibbli kienu jkunu (a) il-kostijiet tal-persunal li jħarreġ għas-sigħat li matulhom min iħarreġ kien jipparteċipa fit-taħriġ; (b) il-kostijiet operattivi ta’ min iħarreġ u tat-trainees relatati direttament mal-proġett ta’ taħriġ; (c) il-kostijiet tas-servizzi ta’ konsulenza relatati mal-proġett ta’ taħriġ; (d) il-kostijiet tal-persunal tat-trainees u l-kostijiet ġenerali indiretti għas-sigħat li matulhom it-traineesjipparteċipaw fit-taħriġ. |
|
(320) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ma ssottomettietx informazzjoni dwar in-natura u l-kontenut tat-taħriġ li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina li t-taħriġ, jew parti minnu, ma kienx tat-tip li l-impriżi jwettqu biex jikkonformaw mal-istandards obbligatorji nazzjonali dwar it-taħriġ (l-Artikolu 31(2) tal-GBER). |
|
(321) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ma pprovdiet l-ebda informazzjoni li turi li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fl-Artikolu 31(4) tal-GBER ġew imħarsa. |
|
(322) |
Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma wrietx li l-għajnuna għat-taħriġ tissodisfa l-kundizzjoni skont l-Artikolu 31 tal-GBER. |
5.2.2.1.2. Artikolu 107(2) tat-TFUE
|
(323) |
Il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara l-għajnuna għat-taħriġ kompatibbli skont l-Artikolu 107(2) tat-TFUE peress li l-għajnuna ma għandhiex karattru soċjali fis-sens ristrett tal-Artikolu 107(2), il-punt (a) tat-TFUE, u lanqas ma sservi biex tirrimedja ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali (l-Artikolu 107(2), il-punt (b) tat-TFUE), lanqas ma jingħata lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja affettwati mid-diviżjoni tal-Ġermanja (l-Artikolu 107(2), il-punt (c) tat-TFUE). |
5.2.2.1.3. Artikolu 107(3) tat-TFUE
|
(324) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-Kummissjoni hija obbligata teżerċita d-diskrezzjoni tagħha biex tivvaluta miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-GBER skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE. Meta tagħmel dan, tista’ tibbaża fuq l-esperjenza miksuba f’każijiet preċedenti, kif miġbura fil-qosor fil-kriterji stabbiliti fil-GBER, (70) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (71) li tistabbilixxi kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna għat-taħriġ suġġetta għal notifika individwali (il-“Komunikazzjoni”) mill-2009. |
|
(325) |
F’dan il-każ, l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 107(3), il-punti (a), (b) u (d) ma japplikawx. (72) |
|
(326) |
Biex tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, l-għajnuna trid tissodisfa żewġ kundizzjonijiet, l-ewwel waħda hija li trid tkun maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi u t-tieni hija li ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. (73) |
|
(327) |
Bħala punt preliminari, il-Kummissjoni tosserva li adottat, fl-2009, il-Komunikazzjoni. Fejn il-Kummissjoni tadotta linji gwida, hija fil-prinċipju marbuta b’dawn il-linji gwida għall-fini li teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha. Madankollu, meta l-Istati Membri jinvokaw raġunijiet partikolari għalfejn il-Kummissjoni jenħtieġ li titbiegħed mil-linji gwida tagħha, il-Kummissjoni hija obbligata teżamina dawn l-argumenti u teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha billi tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-argumenti. (74) |
|
(328) |
F’dan il-każ, l-għajnuna ngħatat qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni. Il-Ġermanja u l-partijiet interessati ma kkummentawx speċifikament dwar il-konformità tal-għajnuna mal-Komunikazzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tibbaża l-valutazzjoni tagħha direttament taħt l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, billi tispira ruħha mill-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni. |
|
(329) |
L-ewwel nett, l-għajnuna jrid ikollha l-għan li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika. Il-Ġermanja ddikjarat li l-għajnuna għat-taħriġ hija bbażata fuq politika tas-suq tax-xogħol tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. L-għan tal-għajnuna huwa li tikkwalifika lin-nies sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq tax-xogħol, speċifikament fis-settur tat-trasport bl-ajru. Minn naħa waħda, it-taħriġ tal-impjegati potenzjali huwa investiment fl-iżvilupp ekonomiku tas-settur tat-trasport bl-ajru. Min-naħa l-oħra, iż-żieda fl-impjiegi fir-reġjun għandha impatt dirett fuq l-ekonomija tar-reġjun, peress li taffettwa l-konsum u l-investiment. Għalhekk, l-ewwel kundizzjoni hija ssodisfata. |
|
(330) |
It-tieni, l-għajnuna għat-taħriġ ma tridx tfixkel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. |
|
(331) |
Skont il-punti 9, 10, 12 u 16 tal-Komunikazzjoni, l-għajnuna għat-taħriġ hija preżunta li ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni, meta (a) ikun hemm falliment tas-suq li jiġġustifika l-għajnuna, (b) l-għajnuna mhijiex l-uniku strument ta’ politika disponibbli għall-Istati Membri biex jinkoraġġixxu t-taħriġ, (c) l-għajnuna għat-taħriġ għandha effett ta’ inċentiv u kienet meħtieġa, u finalment (d) l-għajnuna hija proporzjonata. |
|
(332) |
Il-Komunikazzjoni tindika li l-ewwel nett, jenħtieġ li l-għajnuna għat-taħriġ tingħata biss f’sitwazzjoni ta’ falliment tas-suq. F’din il-valutazzjoni, in-natura tat-taħriġ, kif ukoll it-trasferibbiltà tal-ħiliet miksuba matul it-taħriġ għandu jkollhom rwol. Aktar ma jkun ġenerali t-taħriġ, u aktar ma jkunu trasferibbli l-ħiliet, aktar ikun probabbli li t-taħriġ jipprovdi esternalitajiet pożittivi. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ ħaddiema b’diżabbiltà jew żvantaġġati żżid l-esternalitajiet pożittivi tat-taħriġ. |
|
(333) |
L-għajnuna kienet parti minn politika tas-suq tax-xogħol li kienet tikkonsisti fil-programmi “Kwalifiki ta’ bdoti għal kariga ta’ kaptan jew tal-ewwel uffiċjal fil-kabina tal-pilota 2001/2002”, “Kwalifiki ta’ assistent tat-titjira 2001/2002”, “Kwalifiki ta’ bdoti għal kariga ta’ kaptan jew tal-ewwel uffiċjal fil-kabina tal-pilota 2002/2003” u “Kwalifiki ta’ assistent tat-titjira 2002/2003”. |
|
(334) |
In-natura tat-taħriġ hija pjuttost speċifika. It-taħriġ jippermetti lit-trainees jaħdmu biss bħala assistenti tat-titjira jew kaptan tat-titjira/ewwel uffiċjal. Fir-rigward tat-trasferibbiltà tal-ħiliet miksuba, it-taħriġ kien ipprovdut biss minn Ryanair u l-Ġermanja u Ryanair ma pproduċietx provi biex jikkontestaw li 80–90 % tal-persunal inkwistjoni kien impjegat minn Ryanair wara t-taħriġ, kif sostna l-ilmentatur. Wieħed jista’ jassumi li l-ħiliet miksuba fit-taħriġ huma trasferibbli għal xogħol f’linji tal-ajru oħra, b’tali mod li anki jekk din it-talba mill-ilmentatur tkun korretta, il-persunal jista’ jagħżel li ma jibqax ma’ Ryanair. Madankollu mhux magħruf jekk it-taħriġ kienx iċċertifikat, jiġifieri li linji tal-ajru oħra setgħu fil-fatt jimpjegaw persuna li tkun għaddiet minn dan it-taħriġ. Il-Ġermanja indikat biss li t-taħriġ inkwistjoni kien immirat lejn persuni qiegħda u persuni mhedda mill-qgħad. Ma speċifikax jekk it-taħriġ kienx immirat lejn ħaddiema b’diżabbiltà jew żvantaġġati li ma kinux jirċievu tali opportunità fis-suq tax-xogħol. |
|
(335) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-fajl, il-linji tal-ajru għandhom politiki differenti dwar jekk iħallsux għat-taħriġ tal-bdoti u tal-assistenti tat-titjira huma stess (kif inhu l-każ għal-linji tal-ajru “tradizzjonali”), jew jekk l-applikanti għall-pożizzjonijiet għandhomx iħallsu huma stess għat-taħriġ tagħhom. Iżda taħt iż-żewġ mudelli, is-suq normalment jipprevedi taħriġ, u ma hemmx bżonn ta’ intervent mill-Istat jew finanzjament mill-Istat tat-taħriġ. |
|
(336) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-Ġermanja ma wrietx l-eżistenza ta’ falliment tas-suq, u tikkonkludi li, b’mod ġenerali, is-suq jipprevedi taħriġ inkwistjoni, mingħajr il-ħtieġa li l-Istat jintervjeni billi jagħti għajnuna għat-taħriġ. |
|
(337) |
Fi kwalunkwe każ, sabiex jintwerew in-neċessità u l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, irid jintwera li, meta mqabbel mas-sitwazzjoni mingħajr għajnuna, it-taħriġ offrut mill-impriża inkwistjoni tjieb f’termini tad-daqs, il-kwalità, l-ambitu jew il-parteċipanti fil-mira. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar l-effett li t-taħriġ kellu fuq il-qgħad fir-reġjun, kif ukoll is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali f’Rheinland-Pfalz. Il-Ġermanja ma ssottomettiet l-ebda analiżi kontrofattwali, li qabblet il-livelli ta’ taħriġ maħsub bl-għajnuna u mingħajr għajnuna. Fil-fatt, il-Ġermanja ma setgħetx turi li l-persuni li kienu qed jagħmlu t-taħriġ kienu fil-fatt impjegati wara. Għalhekk il-Kummissjoni ma tafx jekk it-taħriġ bħala assistent tat-titjira jew kaptan tat-titjira kienx meħtieġ biex jitnaqqas il-qgħad. Il-Ġermanja naqset milli turi kif l-għajnuna għat-taħriġ inċentivat lill-industrija tal-linji tal-ajru biex timpjega aktar persunal. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tivvaluta n-neċessità u l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna għat-taħriġ. |
|
(338) |
Sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv imfittex. Peress li diġà ġie stabbilit li ma hemm l-ebda evidenza ta’ falliment tas-suq u li bħala riżultat, m’hemmx bżonn ta’ miżuri ta’ politika biex jippromwovu t-taħriġ, li l-għajnuna ma kinitx meħtieġa u ma kellhiex effett ta’ inċentiv, ma hemmx bżonn li jiġi vvalutat jekk l-ammont tal-għajnuna nżammx fil-livell minimu sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-għajnuna. L-għajnuna għat-taħriġ għalhekk mhijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE, interpretata fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni. |
|
(339) |
L-għajnuna għat-taħriġ lil Ryanair kienet għalhekk għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
5.2.2.2.
|
(340) |
Il-ftehimiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni jikkostitwixxu għajnuna operatorja lil Ryanair, li jtaffu l-kostijiet operattivi li normalment jenħtieġ li ġġarrab biex topera titjiriet minn/lejn l-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn. |
|
(341) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa f’idejn l-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli ta’ kompatibbiltà, u li juri li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà huma ssodisfati. (75) |
|
(342) |
Il-Ġermanja ma tqisx li l-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ma’ Ryanair jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għalhekk ma ressqet l-ebda argument dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-ftehimiet mas-suq intern. |
|
(343) |
Il-kompatibbiltà tal-għajnuna għandha tiġi vvalutata fid-data li fiha tkun ingħatat. (76) Għall-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, dan kien l-4 ta’ Novembru 2005, jiġifieri, qabel id-dħul fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2005 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Għall-2017 dan kien l-20 ta’ Ottubru 2017. Il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2014 japplikaw għall-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(344) |
Fir-rigward tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni ssegwi l-istess approċċ li ħadet f’deċiżjonijiet preċedenti fejn kellha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 u l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. (77) |
|
(345) |
Qabel ma ġew adottati l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni kienet adottat il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 (78). Madankollu, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 ma pprovdewx speċifikament kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għal għajnuna operatorja mmirata lejn il-promozzjoni tat-traffiku tal-ajru minn ajruporti reġjonali. F’konformità mal-approċċ meħud f’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni trid għalhekk tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE. |
|
(346) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ dan it-tip ta’ għajnuna mill-Istat ġiet irfinuta matul iż-żmien, għalkemm xi punti baqgħu ma nbidlux. Dawn il-punti joħorġu mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna f’konformità mad-dispożizzjoni msemmija qabel tat-TFUE. |
|
(347) |
Għaldaqstant, fid-deċiżjoni dwar Manchester airport ta’ Ġunju 1999 (79), il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fl-imposti tal-ajruport mogħtija b’mod mhux diskriminatorju u limitat fiż-żmien bħala miżuri mmirati lejn il-promozzjoni ta’ rotot ġodda kienu kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(348) |
Sussegwentement, fid-deċiżjoni tagħha ta’ Frar 2004 dwar Charleroi airport (80), il-Kummissjoni spjegat li “miżuri ta’ għajnuna operazzjonali maħsuba biex jgħinu fit-tnedija ta’ linji tal-ajru ġodda jew isaħħu ċerti frekwenzi jistgħu jkunu għodda neċessarja għall-iżvilupp ta’ ajruporti reġjonali żgħar. Il-miżuri jistgħu tabilħaqq jipperswadu lill-kumpaniji interessati biex jieħdu r-riskju li jinvestu f’rotot ġodda. Madankollu, sabiex din l-għajnuna tiġi ddikjarata kompatibbli abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, jenħtieġ li jiġi determinat jekk din l-għajnuna hijiex meħtieġa u fi proporzjon mal-objettiv imfittex, u jekk tolqotx il-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Il-Kummissjoni għalhekk identifikat ċerti kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex din l-għajnuna operatorja tiġi ddikjarata kompatibbli, b’mod partikolari dawn li ġejjin (81).
|
|
(349) |
Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddefinixxu b’mod preċiż dawn il-prinċipji ta’ kompatibbiltà, iżda jibqa’ l-każ li għajnuna operatorja mogħtija lil linji tal-ajru tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni fejn tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ajruporti iżgħar permezz ta’ żieda netta fit-traffiku fuq linji ġodda. rotot, fejn l-għajnuna hija meħtieġa (jiġifieri ma tingħatax għal rotta diġà operata mill-istess linja tal-ajru jew oħra jew għal rotta simili), fejn hija limitata fiż-żmien, fejn ir-rotta li għaliha tingħata l-għajnuna x’aktarx li jsiru profittabbli, fejn l-ammont ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku, fejn l-għajnuna tingħata b’mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni, u fejn ma tingħatax ma’ xi tip ieħor ta’ għajnuna. (86) |
|
(350) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f’dan il-każ, il-kompatibbiltà tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipji ġenerali msemmija qabel. |
|
(351) |
Il-kompatibbiltà tal-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 li jirriflettu wkoll dawn il-prinċipji ġenerali. Skont il-premessi 138 sa 155 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-bidu għal-linji tal-ajru jeħtieġ li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(352) |
Il-Ġermanja u Ryanair ma ssottomettewx kif l-għajnuna operatorja mogħtija lil Ryanair permezz tal-ftehimiet tal-2005 u l-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tikkontribwixxi għal objettiv ta’ interess komuni definit sew. Il-Kummissjoni ċaħdet hawn fuq (il-premessi 266 sa 288) l-argument li l-intenzjoni tal-Land kienet li tippromwovi t-turiżmu jew l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun. |
|
(353) |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk ix-xiri ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni kellu għan ta’ interess komuni, li ma kienx il-każ, il-Ġermanja u Ryanair ma ressqu ebda argument biex juru li l-għajnuna hija konformi mar-rekwiżiti l-oħra mogħtija permezz tal-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti hawn fuq. |
|
(354) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ġermanja u Ryanair ma wrewx li kien hemm bżonn ta’ intervent mill-Istat, u li l-għajnuna lil Ryanair kienet xierqa biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun. Il-Ġermanja u Ryanair naqsu bl-istess mod milli juru li l-ammont ta’ għajnuna kien proporzjonat, u setgħu jevitaw effetti negattivi żejda fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja u Ryanair ma wrewx li r-rekwiżiti rigward it-trasparenza, in-nuqqas ta’ akkumulazzjoni ta’ għajnuna u n-nondiskriminazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni ġew issodisfati. |
|
(355) |
L-għajnuna mogħtija mill-ftehimiet tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. |
6. IRKUPRU
|
(356) |
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija kompetenti li tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jibdel jew jabolixxi l-għajnuna meta tikkonstata li hija inkompatibbli mas-suq intern. (87) Il-Qrati tal-Unjoni ddeċidew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu ta’ Stat Membru li jabolixxi għajnuna meqjusa inkompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni huwa maħsub sabiex jerġa’ jistabbilixxi s-sitwazzjoni eżistenti qabel. (88) |
|
(357) |
F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilixxew li dan l-objettiv jintlaħaq ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, u b’hekk jitlef il-vantaġġ li kien igawdi fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u titreġġa’ lura s-sitwazzjoni ta’ qabel tħallset l-għajnuna. (89) |
|
(358) |
F’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1589 jiddikjara li “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”. |
|
(359) |
Għalhekk, peress li l-għajnuna mill-Istat lil FFHG bħala riżultat tal-irtirar tal-2016 tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” mill-ftehim tal-bejgħ ta’ art tal-2014, kif ukoll l-għajnuna għat-taħriġ u l-ftehim tal-2005 u tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni lil Ryanair ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna kontra l-liġi u inkompatibbli, għandhom jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq intern qabel l-għoti tagħhom. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien mid-data meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv. L-ammont li jrid jiġi rkuprat għandu jkun bl-imgħax mid-data meta l-għajnuna mill-Istat tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru effettiv. |
|
(360) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 “is-setgħat tal-Kummissjoni biex tirkupra l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar (10) snin” u skont il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza, “il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda dakinhar li fih l-għajnuna kontra l-liġi tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta’ għajnuna.” |
|
(361) |
Fir-rigward tal-għajnuna għat-taħriġ lil Ryanair, il-Ġermanja ddikjarat li ngħataw EUR 1 880 197,11 lil HCM mill-2001 sal-2003. Il-Ġermanja ppreżentat evidenza ta’ mill-inqas żewġ pagamenti b’ċekk ta’ EUR 220 427,64 u EUR 639 146,04 lil Ryanair permezz ta’ a und o Gettman. Dawn il-pagamenti saru mill-kont ta’ HCM fis-17 ta’ Jannar 2003. Skont il-Ġermanja, l-għajnuna tħallset kompletament qabel tmiem l-2003. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna ngħatat fl-2003. |
|
(362) |
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jgħid: “Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna kontra l-liġi għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni. Ma’ kull interuzzjoni l-perjodu ta’ preskrizzjoni jerġa’ jibda jiddekorri mill-bidu. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jkun sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.” |
|
(363) |
In-notifika tal-Kummissjoni lil Stat Membru li tressaq ilment hija att li jinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
|
(364) |
Fil-fatt, Lufthansa ressqet ilment formali fl-4 ta’ Marzu 2011 li ntbagħat lill-Ġermanja fit-18 ta’ Marzu 2011. Matul il-valutazzjoni ta’ dan l-ilment, il-Kummissjoni staqsiet mistoqsijiet fattwali speċifiċi dwar l-għajnuna għat-taħriġ li l-Ġermanja wieġbethom fl-14 ta’ Ġunju 2011. |
|
(365) |
B’din l-azzjoni fl-2011, il-perjodu ta’ preskrizzjoni ġie interrott skont it-tifsira tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589, bil-konsegwenza li l-irkupru tal-għajnuna mogħtija fl-2003 ma jkunx preskritt. |
7. KONKLUŻJONI
|
(366) |
Il-Kummissjoni ssib li l-garanzija mogħtija mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil FFHG tikkostitwixxi għajnuna de minimis u għalhekk hija eżentata minn notifika minn qabel. Il-Kummissjoni ssib ukoll li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013,l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair u l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni għall-benefiċċju ta’ Ryanair jikkonformaw mal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq u ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
|
(367) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Ġermanja implimentat illegalment il-miżuri li ġejjin bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u li dawk il-miżuri ma jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mas-suq intern, u għalhekk il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli bl-imgħax:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2013, l-2015 u l-2016 bejn FFHG u Ryanair u l-finanzjament ta’ skola tal-ekwipaġġ u tal-bdoti u sala tal-manutenzjoni għall-benefiċċju ta’ Ryanair Germany ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Il-garanzija mogħtija mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil FFHG li l-Ġermanja implimentat hija eżentata minn notifika minn qabel skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE peress li tikkostitwixxi għajnuna de minimis.
Artikolu 2
Il-miżuri li ġejjin li ddaħħlu fis-seħħ illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE favur FFHG u Ryanair huma inkompatibbli mas-suq intern:
|
(a) |
għajnuna mill-Istat ta’ ammont ta’ EUR 1,25 miljun mogħtija lil FFHG fl-2016 bħala riżultat tal-irtirar tal-2016 tar-roqgħa “tal-akkomodazzjoni” mill-ftehim tal-bejgħ ta’ art tal-2014; |
|
(b) |
għajnuna mill-Istat ta’ ammont ta’ EUR 220 427,64, EUR 639 146,04 u EUR 680 627,93, mogħtija lil Ryanair biex tiffinanzja it-taħriġ; |
|
(c) |
għajnuna mill-Istat mogħtija lil Ryanair skont il-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni fis-snin 2005 sal-2016 ta’ ammont ta’ EUR 11,2 miljun (ara għat-tqassim annwali ta’ hawn fuq fit-Tabella 1) u skont il-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ammont li l-awtoritajiet Ġermaniżi għad iridu jistabbilixxu (EUR 350 000 għall-2017 u sa EUR 1,2 miljun għal kull sena sussegwenti). |
Artikolu 3
1. Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 mingħand il-benefiċjarji.
2. Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom ikunu bl-imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (90).
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien 4 xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn (2) wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax ta’ rkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex timplimenta din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2. Għandha tissottometti immedjatament, fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u interess ta’ rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bundesrepublik Deutschland.
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-ammonti ta’ għajnuna u interess ta’ rkupru rkuprati fl-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/1589.
Jekk id-deċiżjoni jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali li jenħtieġ li ma tiġix ppubblikata, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol mid-data ta’ riċeviment. Jekk il-Kummissjoni ma tirċivix talba motivata sa dik l-iskadenza, inti titqies li taqbel mal-pubblikazzjoni tat-test sħiħ tad-deċiżjoni. It-talba tiegħek li tispeċifika l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li tintbagħat elettronikament fl-indirizz li ġej:
|
European Commission |
|
Directorate-General Competition |
|
State Aid Greffe |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 310, 13.9.2019, p. 5.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2018 fil-każ SA.43260 (2015/FC) – Il-Ġermanja – Għajnuna allegata lill-Ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u lil Ryanair (ĠU C 310, 13.9.2019, p. 5).
(3) Issa HAITEC Aircraft Maintenance GmbH.
(4) Inġenju tal-ajru bbażat f’ajruport tfisser li l-inġenju tal-ajru normalment jibqa’ f’dak l-ajruport matul il-lejl. Dan jimplika li l-inġenju tal-ajru jintuża biex jopera diversi titjiriet minn dak l-ajruport.
(5) HNA Group kien konglomerat Ċiniż, attiv prinċipalment fl-avjazzjoni u t-turiżmu.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-każ SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja rigward l-arranġamenti ta’ finanzjament għall-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn li ddaħħlu fis-seħħ fl-2009 sal-2011 (ĠU L 134, 24.5.2016, p. 1).
(7) Il-premessa 158 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(8) Il-premessi 186–188 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(10) Il-premessi 326–330 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(12) Il-premessa 230 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(13) Il-premessi 264–267 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(14) Il-premessi 233–252 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(15) Il-premessi 277–291 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(16) Il-premessi 287–290 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(17) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(18) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Il-Kummissjoni Ewropea vs Frucona Košice a.s., C-300/16 P, ECLI:EU:C:2017:706, il-punt 60.
(19) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta’ Frar 2014 fil-każ SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) dwar il-miżuri implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta’ Jannar 2010 fil-każ C 12/08 (ex NN 74/07) – Is-Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta’ Bratislava u Ryanair, (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24), il-paragrafu 114.
(21) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 2003, Chronopost vs UFEX, Kawżi Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, ECLI:EU:C:2003:388, il-punti 38–40.
(22) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1), il-paragrafi 225–228.
(23) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585, il-punt 59.
(24) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(25) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(26) Il-Ftehim għax-xiri ta’ ishma ma’ HNA, il-punt 8.2(4).
(27) Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni, is-Seduta tad-9 ta’ Lulju 2018.
(28) ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1.
(29) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni, T-77/16, ECLI:EU:T:2018:947.
(30) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789 tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-każ SA.21121 (C29/2008) (ex NN 54/2007) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (ĠU L 134, 24.5.2016, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/789/oj), il-premessa 494.
(31) Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”), C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 29; is- sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni (“ALFA Romeo”), C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-punti 18 u 19; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 1998, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, T-16/96, ECLI:EU:T:1998:78, il-punt 51; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda T-129/95, T-2/96 u T-97/96, ECLI:EU:T:1999:7, il-punt 104; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2003 Westdeutsche Landesbank Girozentrale u Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda T-228/99 u T-233/99, ECLI:EU:T:2003:57.
(32) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(33) Il-premessa (21).
(34) L-istima tal-klassifikazzjoni ta’ FFHG bl-użu tal-għodda RiskCalc ta’ Moody’s u rapporti finanzjarji mhux awditjati għall-2012 hija ugwali għal […]
(35) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF), C-124/10 P, ECLI:EU:C:2012:318, il-punt 82 et seq.
(36) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, il-punt 107.
(37) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-punt 20: “Għandu jingħad ukoll li għalkemm il-kondotta ta’ investitur privat li miegħu jrid jitqabbel l-intervent tal-investitur pubbliku li jsegwi għanijiet ta’ politika ekonomika, ma għandhiex għalfejn tkun il-kondotta ta’ investitur ordinarju li jqiegħed il-kapital bil-ħsieb li jwettaq profitt fi żmien relattivament qasir, trid mill-inqas tkun l-kondotta ta’ kumpanija azzjonarja privata jew grupp privat ta’ impriżi li jsegwu politika strutturali — kemm jekk ġenerali jew settorjali — u ggwidata minn prospetti ta’ profitabbiltà fit-tul.”
(38) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni, C-303/88, ECLI:EU:C:1991:136, il-punti 23 u 24.
(39) Il-premessi 154–159 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(40) Il-premessa 161 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(41) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2013, Land Burgenland et vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-214/12 P, C-215/12 P u C-223/12 P, ECLI:EU:C:2013:682, il-punti 94 u 95.
(42) Il-premessi 205–208 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(43) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Marzu 1997, Calì & Figli vsServizi Ecologici Porto di Genova, C-343/95, ECLI:EU:C:1997:160, il-punti 22 u 23.
(44) Il-premessa 207 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.
(45) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2016 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.36671 (2013/N) – L-Iżvezja – Għajnuna għall-impjieg ta’ introduzzjoni vokazzjonali għal ħaddiema żgħażagħ (ĠU C 204, 18.7.2013, p. 9).
(46) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2022, Volotea u easyJet vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-331/20 P u C-343/20, ECLI:EU:C:2022:886, il-punt 111.
(47) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2022, Volotea u easyJet vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-331/20 P u C-343/20, ECLI:EU:C:2022:886, il-punt 112; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-234/84, EU:C:1986:302, il-punt 16, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Il-Kummissjoni vs Frucona Košice, C-300/16 P, ECLI:EU:C:2017:706, il-punt 70.
(48) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ April 1994, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Pleuger Worthington GmbH vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-324/90 u C-342/90, ECLI:EU:C:1994:129, il-punt 15.
(49) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Novembru 2022, Volotea u easyJet vs Il-Kummissjoni, Kawżi Magħquda C-331/20 P u C-343/20, ECLI:EU:C:2022:886, il-punt 113.
(50) Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-punt 41.
(51) Ara d-Deċiżjoni Hahn I, il-premessi 17 et seq. u 182. Fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, l-azzjonisti ewlenin ta’ Fraport kienu l-Land Hessen (31,7 %), Stadtwerke Frankfurt am Main Holding GmbH – kumpanija proprjetà tal-belt ta’ Frankfurt am Main (20,3 %), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (bond skambjabbli; 6,6 %), Julius Bär Investment Management LLC (5,4 %) u Deutsche Lufthansa AG (4,95 %).
(52) Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585, il-punti 53 sa 61.
(53) Ara l-premessa 178 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/1671.
(54) Ara l-premessa 178 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671.
(55) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010, Il-Kummissjoni vs Deutsche Post AG, C-399/08, ECLI:EU:C:2010:481, il-punt 41 u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ġunju 2011, Comitato “Venezia vuole vivere” et vs Il-Kummissjoni, C-71/09 P, ECLI:EU:C:2011:368, il-punt 92.
(56) Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023, Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni, T-79/21, ECLI:EU:T:2023:334, il-punt 167: “F’dak li jirrigwarda l-kritika tar-rikorrenti dwar il-bażi legali tat-test tal-“ħtieġa reali”, jenħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li kien hemm għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE trid tkun ivvalutata primarjament fid-dawl tar-regoli oġġettivi tat-Trattat FUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, T-295/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:675, il-punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata).”
(57) Ara l-Artikolu 1 tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-Anness 1 tal-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni.
(58) Ara l-Anness 1 tal-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni.
(59) Ara l-Anness 1 tal-ftehim tal-2017 dwar il-kummerċjalizzazzjoni.
(60) L-Artikolu 2 tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni.
(61) L-Artikolu 3 tal-ftehim tal-2005 dwar il-kummerċjalizzazzjoni.
(62) Ara l-premessa 294 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671.
(63) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Nîmes-Uzès-Le Vigan, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair u Airport Marketing Services Limited (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-premessi 102, 547 u 548.
(64) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/287 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26500 — 2012/C (ex 2011/NN, ex CP 227/2008) implimentata mill-Ġermanja lil Flughafen Altenburg-Nobitz GmbH u Ryanair Ltd (ĠU L 59, 4.3.2016, p. 22).
(65) Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ryanair u AMS vs Il-Kummissjoni, T-165/16, ECLI:EU:T:2018:952, il-punt 258.
(66) Ara l-premessa 245 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671.
(67) Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023, Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni, T-79/21, ECLI:EU:T:2023:334, il-punti 161 sa 310.
(68) Ara l-paragrafu 126 tal-Avviż dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, Kawża C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60 et seq.
(69) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 1993, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:157, il-punt 20.
(70) Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011, Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-357/02 RENV, ECLI:EU:T:2011:376, il-punti 42 sa 48.
(71) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għat-taħriġ suġġett għal notifika individwali (ĠU C 188, 11.8.2009, p. 1), il-punt 3: “Din il-gwida hija maħsuba biex tagħmel ir-raġunament tal-Kummissjoni trasparenti u biex toħloq prevedibbiltà u ċertezza legali. Skont l-Artikolu 6(1)(g) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) […] kwalunkwe għajnuna individwali għat-taħriġ, kemm jekk tingħata ad hoc kif ukoll fuq il-bażi ta’ skema, se tkun soġġetta għal din il-gwida meta l-ekwivalenti tal-għotja tagħha taqbeż EUR 2 miljun għal kull proġett ta’ taħriġ”.
(72) L-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-TFUE jikkonċerna għajnuna mogħtija biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg. Din l-eżenzjoni tikkonċerna biss dawk ir-reġjuni fejn is-sitwazzjoni ekonomika hija estremament sfavorevoli fir-rigward tal-UE kollha kemm hi, li mhuwiex il-każ ta’ Rheinland-Pfalz.
L-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE jikkonċerna għajnuna biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru. Politika tas-suq tax-xogħol limitata għar-reġjun ta’ Rheinland-Pfalz mhijiex proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni.
Fl-aħħar nett, l-għajnuna ma tippromwovix il-kultura u l-preservazzjoni tal-partimonju bis-saħħa tal-Artikolu 107(3), il-punt (d) TFUE.
(73) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni et, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 18–20.
(74) Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C-526/14, ECLI:EU:C:2016:570, il-punti 37 sa 41.
(75) Ara s-sentenza tal-Qorti tat-28 ta’ April 1993, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:157, il-punt 20.
(76) Ara l-premessa 85 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u l-premessa 174 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(77) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta’ Lulju 2014 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1227/oj), il-premessi 452 sa 470; Il-premessi 511 sa 531 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/633.
(78) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(79) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ġunju 1999 fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat NN 109/98 Ir-Renju Unit, Ajruport ta’ Manchester, ĠU C 65, 13.3.2004, p.5.]
(80) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta’ Frar 2004 dwar vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport mal-kumpanija tal-ajru Ryanair meta hija stabbiliet ruħha f’Charleroi (ĠU L 137, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/393/oj) (“Deċiżjoni Charleroi”). Din id-deċiżjoni ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-kawża Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585. Madankollu, turi kif żviluppat l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-għajnuna inkwistjoni.
(81) Valutazzjoni simili saret mill-Kummissjoni f’każijiet reċenti oħra. Ara pereżempju l-premessi 452 sa 470 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1227; Il-premessi 511 sa 531 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/633.
(82) Ara l-premessi 283 sa 297 tad-deċiżjoni Charleroi.
(83) Ara l-premessi 288 sa 309 tad-deċiżjoni Charleroi.
(84) Ara l-premessi 311 sa 317 tad-deċiżjoni Charleroi.
(85) Ara l-premessi 318 sa 325 tad-deċiżjoni Charleroi.
(86) Ara l-premessa 457 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1227; Il-premessa 516 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/633.
(87) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.
(88) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 66.
(89) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 1999, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(90) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/794/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3021/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)