<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-214/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0214</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:909">EU:C:2021:909</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211111">11.11.2021</DATE> – Kawża C‑214/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dublin City Council</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Pumpier riżerva</KEYWORD><KEYWORD>Stand by</KEYWORD><KEYWORD>Eżerċizzju, matul il-perijodu on call, ta’ attività professjonali bħala persuna li taħdem għal rasha</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet li jirriżultaw mis-sistema ta’ stand by</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑214/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Labour Court (il-Qorti tax-Xogħol, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20200506">6 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200520">20 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">MG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dublin City Council,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tal-Ħames Awla, C. Lycourgos (Relatur), President tar-Raba’ Awla, I. Jarukaitis u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal MG, minn B. O’Brien,</P></ITEM><ITEM><P>għal Dublin City Council, minn E. Hunt, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u M. Van Regemorter, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. de Moustier u N. Vincent, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M.K. Bulterman, C. S. Schillemans u H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, inizjalment minn S. Hartikainen u A. Laine, sussegwentement minn H. Leppo u A. Laine, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn D. Recchia u C. Valero kif ukoll minn M. Wilderspin, sussegwentement minn D. Recchia u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn MG u d-Dublin City Council (il-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin, l-Irlanda) dwar il-kalkolu tas-sigħat ta’ xogħol maħduma għal dan tal-aħħar matul perijodi ta’ stand by.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 89/391/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391 tat‑<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE> dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Min iħaddem għandu jkollu l-obbligu li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema f’kull aspett relatat max-xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Fi ħdan il-kuntest tar-responsabbilitajiet tiegħu, min iħaddem għandu jieħu l-miżuri meħtieġa għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, inkluż il-prevenzjoni tar-riskji ikkaġunati mix-xogħol u l-għoti ta’ informazzjoni u taħriġ, kif ukoll ta’ l-għoti ta’ l-organizzazzjoni u mezzi meħtieġa.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/88</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għan u skop<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum, serħan ta’ kull ġimgħa u leave annwali, għal waqfien u ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, ix-xogħol bix-shift u t-tendenzi tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>perjodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser kwalunkwe perjodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Serħan ta’ kull jum<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11-il siegħa konsekuttivi f’perjodu ta’ 24-siegħa.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Perjodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, l-Artikolu 5 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, f’kull perjodu ta’ sebat ijiem kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu mingħajr interruzzjoni ta’ serħan kull perjodu ta’ 24 il-siegħa flimkien ma 11-il siegħa serħan ta’ kull jum kif li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodu tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa jkun limitat permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi jew bi ftehim kollettiv jew bi ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma tkunx teċċedi it-48 siegħa.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Organisation of Working Time Act 1997 (il-Liġi tal-1997 dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol) implimentat fid-dritt Irlandiż id-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat‑<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE> dwar xi aspetti ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), li tħassret u ġiet issostitwita bid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[…]</P><P>B’‘ħin tax-xogħol’ wieħed ifisser kwalunkwe perijodu li matulu l-impjegat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huwa fuq il-post tax-xogħol tiegħu jew għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jeżerċita jew iwettaq l-attivitajiet jew il-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>MG huwa pumpier riżerva impjegat, part-time, mill-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin. Skont sistema ta’ stand by, dan tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Brigata fil-kwartieri li permezz tagħha ġie ffurmat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>MG huwa obbligat li jipparteċipa għal 75 % tal-interventi ta’ din il-brigata, bil-fakultà li jastjeni għal dak li jirrigwarda l-kumplament tal-interventi. Mingħajr ma jkun obbligat, matul il-perijodi on call tiegħu, li jkun preżenti f’post speċifiku, huwa għandu, meta jirċievi sejħa ta’ emerġenza għall-parteċipazzjoni f’intervent, jagħmel sforz sabiex jasal fil-kwartieri fil-ħames minuti wara s-sejħa u, fi kwalunkwe każ, josserva terminu massimu tal-wasla ta’ għaxar minuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Dan il-perijodu ta’ stand by taħt is-sistema ta’ stand by huwa, bħala prinċipju, ta’ 7 ijiem minn 7 u ta’ 24 siegħa fuq 24. Din hija interrotta biss bil-perijodi ta’ leave, kif ukoll bil-perijodi li għalihom MG innotifika minn qabel l-indisponibbiltà tiegħu, sakemm il-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin jagħti l-kunsens tiegħu għal dawn il-perijodi tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>MG jirċievi salarju bażiku, imħallas kull xahar, intiż sabiex jitħallas ta’ stand by, kif ukoll remunerazzjoni addizzjonali għal kull intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa awtorizzat jeżerċita attività professjonali f’ismu stess jew għal persuna li timpjega oħra, sakemm din l-attività ma taqbiżx medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa bħala medja. Min-naħa l-oħra, MG huwa pprojbit milli jeżerċita tali attività matul is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sigħat ta’ xogħol attivi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tiegħu bħala pumpier riżerva, peress li dawn is-sigħat ma humiex biss dawk li jgħaddu fuq inċident, iżda wkoll dawk iddedikati għall-attivitajiet l-oħra tal-brigata, bħat-taħriġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>MG għandu jgħix u jeżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>distanza raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mill-kwartieri tal-brigata tiegħu, sabiex ikun jista’ josserva t-terminu ta’ wasla f’dan il-kwartier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-sigħat li matulhom huwa on call għall-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Liġi tal-1997 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u tad-Direttiva 2003/88, MG ressaq ilment f’dan is-sens quddiem il-Workplace Relations Commission (il-Kummissjoni tar-Relazzjonijiet Professjonali, l-Irlanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li dan l-ilment ġie miċħud, huwa ppreżenta rikors quddiem il-Labour Court (il-Qorti Industrijali, l-Irlanda), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>MG josserva quddiem din il-qorti li huwa għandu dejjem ikun f’pożizzjoni li jirrispondi malajr għal sejħa ta’ emerġenza. Dan jipprekludih milli jiddedika ruħu liberament għall-attivitajiet familjari u soċjali tiegħu kif ukoll għall-attività professjonali tiegħu ta’ xufier ta’ taxi. Huwa jindika li l-fatt li ma jiġux osservati l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin jista’ jagħti lok għal miżuri dixxiplinari, jew saħansitra għat-tkeċċija. Billi impona on call ta’ 7 ijiem minn 7 u 24 siegħa fuq 24, u billi rrifjuta li jirrikonoxxi li s-sigħat on call jikkostitwixxu ħin tax-xogħol, il-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin jikser ir-regoli fil-qasam ta’ serħan ta’ kuljum, ta’ mistrieħ fil-ġimgħa u tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin jirribatti li l-pumpieri riżerva ma humiex obbligati jibqgħu f’post speċifiku meta jkunu on call. Barra minn hekk, jekk pumpier riżerva ma jasalx fil-kwartieri fit-terminu massimu tal-wasla, il-konsegwenza tkun sempliċement li ma jirċevix remunerazzjoni. Fid-dawl tal-flessibbiltà tas-sistema ta’ stand by inkwistjoni, ma huwiex iġġustifikat li s-sigħat on call jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> hija determinanti għas-soluzzjoni tat-tilwima tal-kawża prinċipali, peress li l-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin huwa konvint li josserva r-regoli fil-qasam ta’ mistrieħ ta’ kuljum, ta’ mistrieħ fil-ġimgħa u tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, filwaqt li MG isostni li l-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin jikser dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Din il-qorti tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Matzak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:82">EU:C:2018:82</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-ħin ta’ on call li pumpier għandu jgħaddi mid-domiċilju tiegħu mal-obbligu li jwieġeb għas-sejħiet tal-persuna li timpjegah f’terminu ta’ tmien minuti jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet għal dan il-ħaddiem li jkollu attivitajiet oħra u għalhekk għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni li wasslet għal din is-sentenza għandha madankollu tiġi distinta minn dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin ma jeżiġix li MG jinsab f’post iddeterminat meta jkun on call u jawtorizzah, barra minn hekk, jaħdem f’ismu stess, u dan jagħmel bħala xufier ta’ taxi, jew jaħdem għal persuna oħra li timpjega.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Labour Court (il-Qorti tax-Xogħol) iddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva [2003/88/KE] għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiem, meta jkun <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> f’post(ijiet) tal-għażla tiegħu, mingħajr ma jkun suġġett, fl-ebda mument, matul il-perijodu ta’ għassa tiegħu, għal obbligu li jinnotifika lil persuna li timpjega fejn ikun qiegħed, suġġett biss għall-obbligu li jkun jista’ jwieġeb għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sejħa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> f’terminu ta’ wasla mixtieq ta’ ħames minuti u f’terminu ta’ wasla massimu ta’ għaxar minuti, qiegħed iwettaq ħin tax-xogħol waqt li jkun qiegħed għassa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, jista’ ħaddiem li jkun limitat biss minn obbligu li jwieġeb għal sejħa f’terminu ta’ wasla mixtieq ta’ ħames minuti u terminu ta’ wasla massimu ta’ għaxar minuti, u li jista’, mingħajr restrizzjoni, ikun impjegat fl-istess ħin ma’ persuna li timpjega oħra jew li jeżerċita attività professjonali għal rasu waqt li jkun <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>, jitqies li jkun qiegħed iwettaq <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> għall-persuna li timpjega fir-rigward tal-impjieg li huwa jkun qiegħed <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fih?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, il-fatt li l-ħaddiem huwa effettivament impjegat mit-tieni persuna li timpjega waqt li huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>, suġġett biss għall-obbligu li t-tieni persuna li timpjega għandha teħles lill-ħaddiem meta jkun imsejjaħ mill-ewwel persuna li timpjega, ifisser li l-ħin imwettaq mill-ħaddiem li jkun <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>tal-għassa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> u jkun ħadem għat-tieni persuna li timpjega għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol fil-kuntest tar-relazzjoni tiegħu mal-ewwel persuna li timpjega?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, ħaddiem li jaħdem għat-tieni persuna li timpjega waqt li jkun tal-għassa mal-ewwel persuna li timpjegah jakkumula ħin tax-xogħol, kontemporanjament, mal-ewwel u mat-tieni persuna li timpjega?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-qorti nazzjonali biss, li tkun tressqet il-kawża quddiemha u li għandha tkun responsabbli mid-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210715">15 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>The Department for Communities in Northern Ireland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑709/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:602">EU:C:2021:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddeċiedi dwar domanda magħmula minn qorti nazzjonali meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, mitluba mill-qorti nazzjonali, ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt jew ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Rittinger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑492/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1019">EU:C:2018:1019</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li n-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tosserva skrupolożament ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari u li jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, huwa indispensabbli, b’mod partikolari, kif jistabbilixxi l-Artikolu 94(a) u (ċ) ta’ dan ir-regolament, li d-deċiżjoni tar-rinviju stess tinkludi espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi kif ukoll tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Rittinger <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑492/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1019">EU:C:2018:1019</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li MG huwa pumpier riżerva u jeżerċita, matul il-perijodu on call żgurat taħt dan l-impjieg, attività professjonali f’ismu stess bħala xufier ta’ taxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li huwa paċifiku li l-attività professjonali eżerċitata minn MG matul l-għassa tiegħu żgurata għall-Kunsill Muniċipali ta’ Dublin titwettaq b’mod indipendenti, id-deċiżjoni tar-rinviju ma turi ebda relazzjoni bejn it-tielet u r-raba’ domanda u r-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, kif il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, għandu jiġi interpretat meta ħaddiem jeżerċita, matul il-perijodu on call żgurat għall-ewwel persuna li timpjega, attività professjonali għat-tieni persuna li timpjega. Issa, fl-assenza ta’ espożizzjoni ta’ informazzjoni fattwali li tippermetti li jinftiehem b’liema mod tiġi ppreżentata tali sitwazzjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-elementi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għall-imsemmija domandi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tielet u r-raba’ domanda huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-ewwel u t-tieni domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, huma ammissibbli, sa fejn jikkonċernaw l-ipoteżi, imsemmija espliċitament fit-tieni domanda, fejn pumpier riżerva jeżerċita, matul l-istand by tiegħu, attività professjonali indipendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li t-trattament tagħhom għandu jiġi limitat bil-mod indikat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li perijodu ta’ stand by żgurat minn pumpier riżerva, li matulu dan il-ħaddiem iwettaq, bl-awtorizzazzjoni tal-persuna li timpjegah, attività professjonali f’ismu stess iżda għandu, fil-każ ta’ sejħa għal emerġenza, jingħaqad ma’ kwartieri ta’ assenjazzjoni fit-terminu massimu ta’ għaxar minuti, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/> kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Skont il-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> huwa ddefinit negattivament bħala kwalunkwe perijodu li ma jkunx il-ħin tax-xogħol. Peress li dawn iż-żewġ kunċetti jeskludu lil xulxin, il-perijodu on call ta’ ħaddiem għandu jiġi kklassifikat jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88, peress li din tal-aħħar ma tipprevedix kategorija intermedja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Dopravní podnik hl. Prahy</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:722">EU:C:2021:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-aħħar mill-aħħar, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-perijodu ta’ stand by inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, xorta jibqa’ l-fatt li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdilha indikazzjonijiet dwar il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul dan l-eżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi intiżi sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema permezz tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar, b’mod partikolari, it-tul tal-ħin tax-xogħol. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandhom importanza partikolari li għandu jibbenefika minnhom kull ħaddiem. B’mod partikolari, billi tistabbilixxi d-dritt ta’ kull ħaddiem għal limitazzjoni tal-ħin massimu tax-xogħol u għal perijodi ta’ serħan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, din id-direttiva tippreċiża d-dritt fundamentali espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandha, konsegwentement, tiġi interpretata fid-dawl ta’ dan l-Artikolu 31(2). Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jistgħux għalhekk ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni restrittiva għad-detriment tad-drittijiet li l-ħaddiem jikseb minnha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-perijodi on call, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, il-perijodi on call kollha, inklużi dawk ta’ stand by, li matulhom ir-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem huma ta’ natura tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jiġġestixxi liberament, matul dawn il-perijodi, il-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma humiex mitluba u li jiddedika dan il-ħin għall-interessi tiegħu stess (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, meta r-restrizzjonijiet imposti fuq il-ħaddiem matul perijodu on call partikolari ma jilħqux tali livell ta’ intensità u jippermettulu li jiġġestixxi l-ħin tiegħu u jiddedika ruħu għall-interessi tiegħu stess mingħajr limitazzjonijiet kbar, huwa biss il-ħin marbut mal-prestazzjoni ta’ xogħol li huwa, jekk ikun il-każ, effettivament imwettaq matul tali perijodu li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk stand by joħloqx, oġġettivament, restrizzjonijiet maġġuri li għandhom impatt sinjifikattiv ħafna fuq il-ġestjoni, mill-ħaddiem ikkonċernat, tal-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma humiex mitluba, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod iktar partikolari, it-terminu li għandu dan il-ħaddiem sabiex ikompli l-attivitajiet professjonali tiegħu mal-persuna li timpjegah li għaliha huwa jwettaq din l-għassa mill-mument li fih huwa jitlob dan, flimkien, jekk ikun il-każ, mal-frekwenza medja tal-interventi li l-imsemmi ħaddiem ser ikun effettivament mitlub minnu li jiżgura matul dan il-perijodu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, meta dan it-terminu huwa, matul perijodu on call, limitat għal ftit minuti, dan il-perijodu għandu, bħala prinċipju, jitqies kollu kemm hu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Madankollu huwa neċessarju, kif ippreċiżat ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja, li jiġi<?PAGE NO="9"?> evalwat l-impatt ta’ tali terminu ta’ reazzjoni fi tmiem evalwazzjoni konkreta li tieħu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, restrizzjonijiet oħra imposti fuq il-ħaddiem, l-istess bħall-faċilitajiet mogħtija lilu matul dan l-istess perijodu (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ineżami u billi tibbaża ruħha fuq l-indikazzjonijiet imfakkra fil-punti 38 sa 41 ta’ din is-sentenza, jekk MG huwiex suġġett, matul il-perijodi ta’ stand by, għal restrizzjonijiet ta’ intensità tali li jaffettwaw, oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna, il-possibbiltà tiegħu li jiġġestixxi liberament, matul dawn il-perijodi, iż-żmien li matulu s-servizzi professjonali tiegħu bħala pumpier riżerva ma humiex mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-possibbiltà offruta lil MG li jeżerċita attività professjonali oħra matul il-perijodi on call tiegħu tikkostitwixxi indikazzjoni importanti li l-modalitajiet tas-sistema ta’ stand by ma jissuġġettawx lil dan il-ħaddiem għal restrizzjonijiet kbar li għandhom impatt sinjifikattiv ħafna fuq il-ġestjoni tal-ħin tiegħu, sakemm jirriżulta li d-drittijiet u l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, ftehimiet kollettivi u mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat jiġu organizzati b’mod li jippermetti l-eżerċizzju effettiv ta’ tali attività matul parti kunsiderevoli ta’ dawn il-perijodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi li MG ma għandu, fl-ebda mument, isib ruħu f’post preċiż matul il-perijodi ta’ stand by tiegħu, li ma huwiex obbligat jipparteċipa fl-interventi kollha mwettqa mill-kwartieri ta’ assenjazzjoni tiegħu, peress li kwart ta’ dawn l-interventi jista’ f’dan il-każ iseħħ fl-assenza tiegħu, u li huwa permess jeżerċita attività professjonali oħra li ma taqbiżx il-medja ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa, jistgħu jikkostitwixxu elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li huwa f’pożizzjoni li jiżviluppa, skont l-interessi tiegħu stess, din l-attività professjonali oħra matul dawn il-perijodi u li jiddedika parti kunsiderevoli tal-ħin ta’ dawn, sakemm il-frekwenza medja ta’ sejħiet urġenti ma jostakolawx l-eżerċizzju effettiv ta’ attività professjonali li tista’ tingħaqad mal-impjieg ta’ pumpier riżerva, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li d-diffikultajiet organizzattivi li jistgħu jirriżultaw mill-għażliet magħmula mill-ħaddiem ikkonċernat, bħall-għażla tal-post ta’ residenza jew ta’ post għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali oħra li jinsabu ftit jew wisq ’il bogħod mill-post li huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jingħaqad fit-terminu mogħti fil-kuntest tal-impjieg tiegħu ta’ pumpier riżerva, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Jekk jirriżulta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha fil-kawża prinċipali, li l-imsemmija perijodi on call ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet sabiex jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, isegwi, kif jirriżulta mill-punt 35 ta’ din is-sentenza, li dawn l-istess perijodi għandhom jitqiesu, bl-eċċezzjoni tal-ħin marbut mas-servizzi ta’ xogħol effettivament imwettqa, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>perijodi ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwalifika ta’ perijodu on call bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88, hija bla ħsara għall-obbligu ta’ min iħaddem li josserva l-obbligi speċifiċi imposti fuqhom, skont l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 89/391, sabiex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema tagħhom. Minn dan jirriżulta li l-persuni li jimpjegaw ma<?PAGE NO="10"?> jistgħux jintroduċu perijodi on call li sa dan il-punt ikunu twal jew frekwenti li jikkostitwixxu riskju għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiem, indipendentement mill-fatt li dawn il-perijodi jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>perijodi ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, il-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210309">9 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Offenbach am Main (Perijodu ta’ stand by ta’ pumpier)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑580/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:183">EU:C:2021:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu ta’ stand by żgurat minn pumpier riżerva, li matulu dan il-ħaddiem jeżerċita, bl-awtorizzazzjoni tal-persuna li timpjegah, attività professjonali f’ismu stess, iżda għandu, fil-każ ta’ sejħa ta’ emerġenza, jingħaqad mal-kwartieri ta’ assenjazzjoni tiegħu fiż-żmien massimu ta’ għaxar minuti, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk jirriżulta minn evalwazzjoni globali tal-fatti kollha f’dan il-każ, b’mod partikolari tal-portata u tal-modalitajiet ta’ din il-possibbiltà li jeżerċita attività professjonali oħra kif ukoll l-assenza ta’ obbligu li jipparteċipa fl-interventi żgurati kollha minn dawn il-kwartieri, li r-restrizzjonijiet imposti fuq l-imsemmi ħaddiem matul dan il-perijodu ma humiex ta’ natura bħal dawk li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltà għal dan tal-aħħar li jiġġestixxi liberament, matul l-imsemmi perijodu, il-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu bħala pumpier ma humiex mitluba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu ta’ stand by żgurat minn pumpier riżerva, li matulu dan il-ħaddiem jeżerċita, bl-awtorizzazzjoni tal-persuna li timpjegah, attività professjonali f’ismu stess, iżda għandu, fil-każ ta’ sejħa ta’ emerġenza, jingħaqad mal-kwartieri ta’ assenjazzjoni tiegħu fiż-żmien massimu ta’ għaxar minuti, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk jirriżulta minn evalwazzjoni globali tal-fatti kollha f’dan il-każ, b’mod partikolari tal-portata u tal-modalitajiet ta’ din il-possibbiltà li jeżerċita attività professjonali oħra kif ukoll l-assenza ta’ obbligu li jipparteċipa fl-interventi żgurati kollha minn dawn il-kwartieri, li r-restrizzjonijiet imposti fuq l-imsemmi ħaddiem matul dan il-perijodu ma humiex ta’ natura bħal dawk li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltà għal dan tal-aħħar li jiġġestixxi liberament, matul l-imsemmi perijodu, il-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu bħala pumpier ma humiex mitluba.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>