<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-356/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CO0356</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:809">EU:C:2017:809</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas-<DATE ISO="20171026">26.10.2017</DATE> – Kawża C-356/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wamo u Van Mol</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-356/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel, strafzaken (qorti tal-prim’istanza bil-lingwa Olandiża ta’ Brussell, sezzjoni kriminali, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura kriminali kontra</P></ORDER.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Wamo BVBA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Luc Cecile Jozef Van Mol,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet immotivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Digriet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura kriminali mibdija kontra Wamo BVBA u Luc Cecile Jozef Van Mol, akkużati bi ksur ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxandar reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2005/29 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet individwali miġjuba minn dawk li sofrew ħsara minn prattika kummerċjali żleali. Hija wkoll mingħajr preġudizzju għal regoli Komunitarji u nazzjonali […] dwar l-aspetti ta’ saħħa u sigurtà ta’ prodotti […]. B’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew idaħħlu restrizzjonijiet u projbizzjonijiet ta’ prattiċi kummerċjali għal raġunijiet tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi fit-territorju, ikun fejn ikun ibbażat il-kummerċjant, per eżempju, fir-rigward ta’ l-alkoħol, tat-tabakk jew tal-farmaċewtiċi. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Id-Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>) tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali konnessi ma’ aspetti ta’ saħħa u sigurtà ta’ prodotti.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew reġimi ta’ awtorizzazzjoni, jew għall-kodiċijiet deontoloġiċi ta’ kondotta jew regoli speċifiċi oħra li jiggvernaw professjonijiet regolati sabiex jinżammu livelli għolja ta’ integrità min-naħa tal-professjonisti, li l-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi Komunitarja, jimponu fuq il-professjonisti.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2, 6, tal-Wet tot regeling van de vereiste kwalificaties om ingrepen van niet-heelkundige esthetische geneeskunde en esthetische heelkunde uit te voeren en tot regeling van de reclame en informatie betreffende die ingrepen (liġi dwar il-kwalifiki meħtieġa biex jitwettqu atti ta’ mediċina estetika mhux kirurġika u ta’ kirurġija estetika u li tirregola r-reklamar u l-informazzjoni relattiva għal dawn l-atti), tat-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="20130702">2 ta’ Lulju 2013</DATE>, p. 41511), kif emendata mill-Wet houdende diverse bepalingen inzake gezondheid (liġi dwar diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tas-saħħa), tal-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, <DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, p. 35442) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi tat-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>reklamar<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ifisser kull forma ta’ komunikazzjoni jew azzjoni diretta lejn il-pubbliku intiż, direttament jew indirettament, biex jippromwovi l-provvista tal-atti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din il-liġi, ikunu xi jkunu l-post, is-support jew it-tekniki użati, inkluż ix-xandir ta’ televiżjoni-realtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 20/1 tal-Liġi tat-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tagħha, jippreċiża li kull persuna fiżika jew ġuridika hija prekluża milli xxandar reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 22/1 ta’ din il-liġi jipprevedi li l-awtur ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 20/1 għandu jingħata piena minn tmint ijiem sa sitt xhur priġunerija u multa minn Eur 250 sa Eur <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> jew waħda minn dawn il-pieni biss, u jippreċiża li l-qorti tista’, barra minn hekk, tordna l-pubblikazzjoni tas-sentenza fi tliet ġurnali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, b’riżultat ta’ rapport magħmul mill-Federale Overheidsdienst Volksgezondheid, Veiligheid van de Voedselketen en Leefmilieu (servizz pubbliku federali tas-saħħa pubblika, sigurtà tal-katina alimentari u tal-ambjent, il-Belġju) fi ħdan il-Procureur des Konings (prokuratur tar-Re, il-Belġju), inbdew proċeduri kriminali kontra Wamo, kumpannija li topera ħwienet tal-ħwejjeġ taħt l-isem kummerċjali ZEB, kif ukoll kontra Luc Cecile Jozef Van Mol, amministratur delegat ta’ Mosa, kumpannija amministrattriċi ta’ Wamo, għar-raġuni li, bejn it-8 u t-<DATE ISO="20150613">13 ta’ Ġunju 2015</DATE>, dawn xandru reklamar relattiv għal atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika, bi ksur tal-liġi Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-fajl kriminali jinkludi fih fuljett ta’ reklamar li jippromwovi kompetizzjoni marbuta mal-kirurġija estetika li ZEB xandret fost il-klijentela tagħha kif ukoll kopja tal-paġna tas-sit tal-Internet ta’ Wamo, fejn jidher reklamar simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, Wamo u Luc Cecile Jozef Van Mol isostnu, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan li jipprekludu t-tixrid tar-reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika imorru kontra d-Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li n-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel, strafzaken (qorti tal-prim’istanza bil-lingwa Olandiża ta’ Brussell, sezzjoni kriminali, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Id-Direttiva [2005/29] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred ir-reklamar dwar atti ta’ kirurġija estetika jew ta’ mediċina estetika mhux kirurġika, kif jipprevedi l-Artikolu 20/1 tal-liġi tat-[<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>]?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Bid-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2005/29 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonijiet ta’ kirurgi estetiċi u ta’ tabib estetiku billi tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred reklamar dwar atti ta’ kirurġija estetika jew ta’ mediċina estetika mhux kirurġika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sabiex tingħata r-risposta għal din id-domanda, għandu, preliminarjament, jiġi ddeterminat jekk ir-reklamar li huwa suġġett għall-projbizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxix prattika kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2005/29 u huwiex, għalhekk, suġġett għar-regoli stabbiliti minn din tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vanderborght</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-339/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:335">EU:C:2017:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(d) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi, bl-użu ta’ formulazzjoni partikolarment wiesgħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-540/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:660">EU:C:2010:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vanderborght</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-339/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:335">EU:C:2017:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 2(c) tad-direttiva msemmija, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jikkonċerna, min-naħa tiegħu, il-prodotti jew is-servizzi kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-reklamar dwar l-atti tal-kirurġija estetika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kemm jekk ikun permezz tat-tixrid ta’ fuljetti ta’ reklamar jew fuq l-Internet, jikkostitwixxi prattika kummerċjali, fis-sens tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, din tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali konnessi mas-saħħa u sigurtà ta’ prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva msemmija, din tapplika mingħajr preġudizzju għall-kodiċijiet deontoloġiċi jew regoli speċifiċi oħra li jiggvernaw professjonijiet irregolati sabiex jinżammu livelli għolja ta’ integrità min-naħa tal-professjonisti, li l-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi tal-Unjoni, jimponu fuq il-professjonisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’hekk, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li d-Direttiva 2005/29 ma għandhiex l-effett li tpoġġi indiskussjoni r-regoli nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-prodotti jew tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jiggvernaw il-professjonijiet irregolati (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vanderborght</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-339/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:335">EU:C:2017:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikolu 20/1 tal-liġi tat-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>, tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonijiet ta’ kirurgi estetiċi u ta’ tabib estetiku, b’tali mod li din tidħol taħt l-Artikolu 3(3) u (8) tad-Direttiva 2005/29 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vanderborght</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-339/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:335">EU:C:2017:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2005/29 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonisti tal-kirurġija estetika u tal-mediċina estetika billi tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproteġi s-saħħa pubblika kif ukoll id-dinjità u l-integrità tal-professjonisti tal-kirurġija estetika u tal-mediċina estetika billi tipprekludi lil kull persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred reklamar relattiv għall-atti li jidħlu taħt il-kirurġija estetika jew taħt il-mediċina estetika mhux kirurġika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>