10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji (2) tas-sewqan għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 24a (Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE):

“—

32009 L 0112: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/112/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32009 L 0113: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2009/112/KE u 2009/113/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.

(2)   ĠU L 223, 26.8.2009, p. 26.

(3)   ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.