European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/511

21.1.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerta persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(C/2025/511)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sa Viktoria Valerievna ABRAMCHENKO (Nru 1319), persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq.

Din il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel 28 ta’ Jannar 2025, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/511/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)