Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2006, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-225/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003)3971 finali, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest ta’ l-inizjattivi Komunitarji għall-perijodu 1994-1999, kif ukoll ta’ l-atti konnessi u preċedenti.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.