23.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/240

tal-15 ta' Frar 2018

dwar l-awtorizzazzjoni ta' trimetilammina, idroklorur tat-trimetilammina, 3-metilbutilammina għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief it-tiġieġ tal-bajd u 2-metossietil benżen, 1,3-dimetossi-benżen, 1,4-dimetossi-benżen, 1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sustanzi trimetilammina, idroklorur tat-trimetilammina, 3-metilbutilammina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, ħlief it-tiġieġ tal-bajd u 2-metossietil benżen, 1,3-dimetossi-benżen, 1,4-dimetossi-benżen, 1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (“is-sustanzi kkonċernati”) ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bid-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha. Dawk is-sustanzi sussegwentement iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid bħala addittivi fl-għalf ta' trimetilammina, idroklorur tat-trimetilammina, 3-metilbutilammina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, ħlief it-tiġieġ tal-bajd u 2-metossietil benżen, 1,3-dimetossi-benżen, 1,4-dimetossi-benżen, 1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen għall-ispeċijiet tal-annimali kollha. L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-25 ta' April 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu fl-għalf, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li peress li s-sustanzi kkonċernati huma effikaċi meta jintużaw fl-ikel bħala aromatizzanti u l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma kienx hemm bżonn ta' aktar provi dwar l-effikaċja tagħhom. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-għalf. L-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma għax-xorb, madankollu, għandu jkun possibbli li s-sustanzi kkonċernati jintużaw fl-għalf kompost li sussegwentement jiġi amministrat permezz tal-ilma.

(5)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtieġux li jiġi ffissat kontenut massimu, u meta titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, jenħtieġ li fuq it-tikketta tal-addittiv jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Meta jinqabżu t-tali kontenuti, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fit-tikkettar tal-għalf kompost u tal-materjali tal-għalf.

(6)

L-Awtorità nnutat li t-trimetilammina, l-idroklorur tat-trimetilammina, it-3-metilbutilammina huma rikonoxxuti bħala korrużivi għall-għajnejn, irritanti ħafna jew korrużivi għall-ġilda u irritanti għas-sistema respiratorja. Jistgħu jseħħu sintomi bħal tal-ażma wara l-inalazzjoni. Għat-2-metossietil benżen, il-1,3-dimetossi-benżen, il-1,4-dimetossi-benżen, il-1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen huma rikonoxxuti perikli potenzjali bil-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn u bl-esponiment respiratorju. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi konċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jipprevedi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtieġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Settembru 2018 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Marzu 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta' Marzu 2020 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Marzu 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għal annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2012;10(5):2678 u EFSA Journal 2012;10(5):2679.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti tat-togħma

2b11009

—

Trimetilammina

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Trimetilammina

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Trimetilammina

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98 %

Formula kimika: C3H9N

Numru CAS: 75-50-3

Nru FLAVIS: 11.009

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-trimetilammina fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief it-tiġieġ tal-bajd

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun: 5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 5 mg/kg’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b11024

—

Idroklorur tat-trimetilammina

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Idroklorur tat-trimetilammina

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Idroklorur tat-trimetilammina

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98,5 %

Formula kimika: C3H9N · HCl

Numru CAS: 593-81-7

Nru FLAVIS: 11.024

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-idroklorur tat-trimetilammina fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief it-tiġieġ tal-bajd

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun: 5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 5 mg/kg’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b11001

—

3-Metilbutilammina

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

3-Metilbutilammina

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-Metilbutilammina

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98 %

Formula kimika: C5H13N

Numru CAS: 107-85-7

Nru FLAVIS: 11.001

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-3-metilbutilammina fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief it-tiġieġ tal-bajd

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

‘Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % għandu jkun:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam, ħlief it-tiġieġ tal-bajd;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.’

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam, ħlief it-tiġieġ tal-bajd;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam, ħlief it-tiġieġ tal-bajd;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b03006

—

2-Metossietil benżen

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

2-Metossietil benżen

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

2-Metossietil benżen

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 99 %

Formula kimika: C9H12O

Numru CAS: 3558-60-9

Nru FLAVIS: 03.006

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-2-metossietil benżen fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % għandu jkun:

—

0,3 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam;

—

0,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %:

—

0,3 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam;

—

0,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż:

—

0,3 mg/kg għall-ħnieżer u l-pollam;

—

0,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b04016

—

1,3-Dimetossi-benżen

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

1,3-Dimetossi-benżen

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

1,3-Dimetossi-benżen

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98 %

Formula kimika: C8H10O2

Numru CAS: 151-10-0

Nru FLAVIS: 04.016

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-1,3-dimetossi-benżen fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf.

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun: 1 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b04034

—

1,4-Dimetossi-benżen

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

1,4-Dimetossi-benżen

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

1,4-Dimetossi-benżen

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98 %

Formula kimika: C8H10O2

Numru CAS: 150-78-7

Nru FLAVIS: 04.034

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-1,4-dimetossi-benżen fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf.

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun: 1 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028

2b04043

—

1-Isopropil-2-metossi-4-metilbenżen

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

1-Isopropil-2-metossi-4-metilbenżen

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

1-Isopropil-2-metossi-4-metilbenżen

Prodotta b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 98 %

Formula kimika: C11H16O

Numru CAS: 1076-56-8

Nru FLAVIS: 04.043

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-1-isopropil-2-metossi-4-metilbenżen fl-addittiv fl-għalf u f'taħlitiet lesti minn qabel ta' aromatizzanti tal-għalf.

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa bl-illokkjar tal-ħin ta' retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet ta' ħażna u ta' stabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun: 1 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

‘Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg’.

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

15.3.2028


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports