Official Journal L 162 , 13/06/1989 P. 0018 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0148
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1644/89 tat-12 ta’ Ġunju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 411/88 dwar il-metodu u r-rata ta’ mgħax li għandha tintuża biex tikkalkola l-ispiża għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ ntervent li jinkludu x-xiri, l-ħażna u l-użu Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jfassal ir-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ interventi mill-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanziji, Garanzija Sezzjoni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 787/89 [2], u l-aktar l-Artikolu 5 tiegħu, Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 jipprovdi li t-tariffi għall-interessi huma ffinanzjati mill-FAEGG Sezzjoni tal-Garanzija għall-fondi wżati fix-xiri ta’ prodotti, huma fil-każ ta’ fondi ġejjin mill-Istati Membri, kkalkolati bl-istess metodu u rata ta’ interess fil-Komunità u billi din ir-rata ta’ interess għandha tirrifletti r-rati ta’ nteressi li huma fil-fatt imħallsa; Billi r- Regolament tal-Kusnill (KEE) Nru 411/88 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 439/89 [4], jfassal il-metodu u r-rata ta’ interessi wżata fil-kalkolu tal-ispiża tal-finanzjament fuq imsemmija; Billi r-rati ta’ interessi għall-finanzjament fuq perjodu qasir ta’ żmien u fit-tul ivarjaw sew, skond l-Istat Membru; billi l-weighting tar-rati ta’ interessi wżati sa issa, ma tax riżultati soddisfaċenti; Billi r-rati ta’ nteressi rrekordjati f’ dawn l-aħħar snin għall-ecu aktar ma jgħaddi ż-żmien qegħdin jirriflettu r-rati ta’ nteressi, soġġetti ghal weighting, għall-muniti li jifformaw l-ecu u billi r-rati ta’ nteressi għall-ecu jistgħu għaldaqstant ikunu kkonsiderati li jirriflettu t-tariffi ta’ nteressi fil-Komunità; Billi, minħabba l-iskadenzi għall-finanzjament tal-kapital investit f’ħażniet ta’ intervent, ir-rata uniformi ta’ interessi għandha tirrifletti r-rati bil-quddiem ta’ tlett xhur u tnax-il-xahar; Billi l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandu jfassal ir-regoli speċifiċi li għandhom jintużaw għall-Istati Membri li jżommu rati ta’interessi aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw mill-użu tar-rati ta’ nteressi uniformi; Billi l-kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanziji, għadu ma tax opinjoni dwar l-iskadenza mogħtija mill-President, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 411/88 huwa emendat kif ġej: 1. L-artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 3 Ir-rata ta’ nteressi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 għandha taqbel mar-rati ta’ nteressi għall-ecu tar-rati bil-quddiem ta’ tlett xhur u tnax-il-xahar; li jkunu ġew irrekordjati mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, fuq is-swieq Ewropej bi weighting ta’ terz u żewġ terzi rispettivament.. Ir-rata ta’ nteressi hija stabbilita qabel il-bidu ta’ kull sena fiskali tas-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-FAEGG fuq il-bażi tar-rati rrekordjati fis-sitt xhur qabel din tkun ġiet stabbilita." 2. Fl-Artikolu 4 qiegħed jiżdied il-paragrafu li ġej: "1a. L-ispiża fuq interessi tal-Istati Membri għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 20 ġurnata qabel l-aħħar tas-sena finanzjarja. Hija għandha tkun dwar is-sitt xhur ta’ qabel din in-notifika. Fejn l-ebda rata ta’ interessi ma tkun notifikata, l-ispiża tal-interessi li tapplika, għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tar-rati ta’ nteressi ta’ riferenza mfassla fl-Anness." 3. L-Anness ta’ dan ir-Regolament qed jiġi miżjud. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Ġunju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1. [2] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 1. [3] ĠU L 40, tat-13.2.1988, p. 25. [4] ĠU L 51, tat-23.2.1989, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS “L-ANNESS Riferenza għar-rati ta’ nteress msemmija fl-Artikolu 4 (1a) [1] 1. Belġju: Rata ta’ Brussel għall-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 2. Danimarka: Interessi fuq il-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor għal 12-il xahar 3. Ġermanja: Rata ta’ Frankoforti offerta għas-self interbankarju tlett xhur 4. Greċja: Interessi fuq il-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor ta’ tlett xhur 5. Franza: Rata ta’ Pariġi tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 6. Spanja: Rata ta’ Madrid tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 7. Irlanda: Rata ta’ Dublin tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 8. L-Italja: Interessi fuq il-ħruġ ta’ bonds tat-Teżor għal tlett xhur 9. Il-Lussemburgu: Rata interbankarja għal tlett xhur 10. L-Olanda: Rata ta’ Amsterdam tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 11. Il-Portugall: Rata ta’ Lisbona tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur 12. Ir-Renju Unit: Rata ta’ Londra tal-offerta ta’ self interbankarju tlett xhur NB: Dawn ir-rati ser jiżdiedu b’ wieħed fil-mija, li jaqbel mal-marġini tal-bank” [1] Ir-rati netti ta' nteressi, jigifieri r-rati wara t-tpattija tal-parti possibilli li taqbel mat-tariffi fiskali (taxxa taz-zamma, ecc.). --------------------------------------------------