02015D2429 — MT — 01.01.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2429 tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 334 22.12.2015, p. 15) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1921 tal-4 ta' Diċembru 2018 |
L 311 |
36 |
7.12.2018 |
|
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2429
tal-10 ta' Diċembru 2015
li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja hija awtorizzata li tillimita għal 50 % id-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq in-nefqa fuq karozzi tal-passiġġieri li ma jintużawx biss għal finijiet kummerċjali.
Artikolu 2
B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Latvja ma tittrattax bħala provvista ta' servizzi bi ħlas l-użu għal finijiet privati ta' karozza tal-passiġġieri inkluża fl-assi kummerċjali ta' persuna taxxabbli, fejn dik il-karozza kienet suġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' karozzi bħal dawn kif ukoll l-infiq relatat mal-manutenzjoni, it-tiswija u l-fjuwil għal karozzi bħal dawn.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal karozzi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li għandhom mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq.
Artikolu 5
L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta' karozzi tal-passiġġieri li ġejjin:
(a) karozzi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, għall-kiri jew għall-kiri fit-tul;
(b) karozzi użati għat-trasportazzjoni tal-passiġġieri bi ħlas, inklużi servizzi tat-taxi;
(c) karozzi użati għall-provvista ta' trasportazzjoni ta' oġġetti;
(d) karozzi użati biex jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan;
(e) karozzi użati għall-provvista ta' servizzi ta' għassa;
(f) karozzi użati bħala vettura ta' emerġenza;
(g) karozzi li jintużaw bħala dimostrazzjoni għal vetturi għall-bejgħ.
Artikolu 6
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 u għandha tiskadi fil31 ta' Diċembru 2021.
2. Kull talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2021 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi analiżi tal-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 1.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.