12006E177

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XX - Il-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp - Artikolu 177

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0125 - 0126
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0109 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0256 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0053 - Consolidated version


Artikolu 177

1. Il-politika komunitarja fil-qasam ta’ l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li għandha tkun tikkumplimenta kull politika li jkollhom l-Istati Membri, għandha tiffavorixxi:

- l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari ta' dawk li huma l-aktar svantaġġati;

- l-integrazzjoni b’mod armonjuż u gradwali tal-pajjizi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija tad-dinja;

- il-kampanja kontra l-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

2. Il-politika komunitarja, f’dan il-qasam għandha tagħti kontribut għall-fini ġenerali tal-iżvilupp u l- konsolidazzjoni tad-demokrazija ur-regola tal-liġi, u tar-rispett tad-drittijiet umani u l-libertajiet fondamentali.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jonoraw l-impenji tagħhom u jieħdu in konsiderazzjoni l-miri li jkunu approvaw fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra kompetenti.

--------------------------------------------------