European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2639

27.11.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2639

tad-19 ta’ Settembru 2023

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/2202 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 25(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 stabbilixxa kategorija ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli) li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista. Dawk il-proġetti jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar kif stabbilit fl-Artikoli 8, 9, 11 u 13 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

L-għażla ta’ dawk il-proġetti hija soġġetta għall-kriterji ġenerali u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1153 u spjegati aktar fid-dettall fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 (3).

(3)

Il-proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli jintgħażlu u jiġu inklużi f’lista apposta, adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ att delegat. L-ewwel lista ġiet adottata permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 (4). L-inklużjoni tal-proġetti fil-lista tagħmilhom eliġibbli li japplikaw għall-finanzjament fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Barra minn hekk, l-inklużjoni fil-lista tagħtihom bosta benefiċċji f’termini ta’ viżibbiltà ogħla.

(4)

Il-proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli l-ġodda fil-lista aġġornata ntgħażlu wara sejħa għal proposti ppubblikata fl-10 ta’ Jannar 2023 u ngħalqet fit-3 ta’ Mejju 2023. Il-proġetti li applikaw ġew ivvalutati minn esperti esterni u minn esperti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent u mill-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni nnotifikat ir-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Grupp ta’ Esperti dwar it-tħejjija u t-tfassil tal-att delegat li jissupplimenta l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fir-rigward tal-kriterji ta’ identifikazzjoni u tal-proċess għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Wara l-ftehim mill-grupp ta’ esperti dwar abbozz ta’ lista ta’ proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni tadotta l-lista finali.

(6)

Il-lista ta’ proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli fiha proġetti li jikkontribwixxu għall-isfruttament kosteffettiv tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku u li se jiġu implimentati permezz ta’ teknoloġiji rinnovabbli differenti, inkluż l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fuq l-art.

(7)

L-inklużjoni tal-proġetti fil-lista tal-proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli hija mingħajr preġudizzju għall-konformità tagħhom mal-liġi applikabbli tal-UE, inkluż mal-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali u mal-proċeduri tal-permessi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2202 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-lista tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija magħżula skont il-Parti IV, il-punt 4(g) tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/1153 għandha tkun kif ġej:

Numru tal-proġett

Isem il-proġett

Żviluppaturi tal-proġett

Pajjiżi parteċipanti

2022-05

ELWIND — Proġett ibridu konġunt bejn l-Estonja u l-Latvja għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta

Il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Komunikazzjonijiet tal-Estonja; Il-Ministeru tal-Ekonomija tar-Repubblika tal-Latvja

L-Estonja u l-Latvja

2022-07

CEO — Alleanza għall-Katina tal-Valur Ewropea u Transfruntiera tal-Idroġenu Ekoloġiku

EON.SE; ENEL Green Power Spa; IBERDROLA CLIENTES S.A.U.

Il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u n-Netherlands

2022-10

Tisħin distrettwali newtrali għall-klima fil-belt Ewropea ta’ Goerlitz Zgorzelec

Stadtwerke Görlitz AG; SEC Zgorzelec Sp. z o.o.

Il-Ġermanja u l-Polonja

2023-2

ULP-RES WP

Utilitas Wind SIA; Utilitas Wind OÜ

Il-Latvja u l-Estonja

2023-3

SLOWP

Utilitas Wind OÜ

Il-Lussemburgu u l-Estonja”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-għażla u d-dettalji tal-proċess għall-għażla ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 62, 1.3.2022, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 tad-29 ta’ Awwissu 2022, li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 293, 14.11.2022, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2639/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)