<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1201089301.case.xml"><NO.CASE>C-280/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0280</NO.CELEX><NO.SEQ>0013.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10896</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10924</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>29</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-280/06</LEFT><RIGHT>ETI <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20070703">3 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fliema ċirkustanzi tista r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriża li kienet preċedentement topera fissiq rilevanti tiġi attribwita lis-suċċessur tagħha f'dak is-suq? Din hija essenzjalment id-domanda li l-Consiglio di Stato Taljan irrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-isfond għal din il-kawża huwa akkordju li influwenza l-prezzijiet bl-imnut fis-suq tassigaretti fl-Italja bejn l-1993 u l-2001 b'mod anti-kompetittiv u li ġie skopert mill-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni. L-Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (korp awtonomu li jamministra l-monopolji ta' l-Istat) oriġinarjament kienet membru ta' dan l-akkordju. Madankollu, b'effett minn Marzu 1999 l-attività ekonomika tagħha fis-settur tal-manufattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tat-tabakk, inkluż il-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, ġiet akkwiżita mill-Ente Tabacchi Italiani li twaqqfet ġdida u li sussegwentement ġiet ipprivatizzata. Għandha issa — għall-inqas skond l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni — tiġi attribwita lilha u ssanzjonata b'multa mhux biss il-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju minn Marzu 1999 imma anki l-parteċipazzjoni preċedenti fl-akkordju ta' l-Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-limiti ta' tali imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni fil-każ ta' suċċessjoni ta' impriża huma ta' rilevanza prattika konsiderevoli għall-istruttura attwali taċ-ċessjoni, ristrutturazzjoni u privatizzazzjoni ta' impriżi. Dan għaliex ir-riskji għal bejjiegħa u akkwirenti ta' impriżi fir-rigward tar-responsabbiltà jiddependu fuq il-kriterji applikati mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti hija ta' inter ess kbir minn lat ieħor ukoll. Id-deċiżjoni ta' l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni li timponi multa hija bbażata biss fuq id-dritt nazzjonali ta' l-antitrust, imma din hija allineata maddritt Komunitarju, li l-interpretazzjoni tiegħu mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba fil-kawża preżenti. Jekk rinviju għal deċiżjoni<?PAGE NO="I-10897"?> preliminari jistax ikun ammissibbli f'ċirkus-tanzi bħal dawn huwa ta' importanza kbira għal kooperazzjoni futura bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali fir-rigward tad-dritt ta' l-antitrust, b'mod partikolari peress illi d-dritt nazzjonali u d-dritt Komunitarju f'dan il-qasam qegħdin kontinwament isiru iktar konnessi ma' xulxin mill-qrib.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-kuntest <HT TYPE="ITALIC">tad-dritt Komunitarju</HT> ta' din il-kawża huwa stabbilit mill-Artikoli 81 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> KE u 3(1)(g) KE. Fir-rigward <HT TYPE="ITALIC">tad-dritt nazzjonali,</HT> wieħed għandu jirreferi min-naħa waħda għal dispożizzjonijiet tad-dritt Taljan fil-qasam tal-kompetizzjoni, u min-naħa l-oħra għal xi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-amministrazzjoni tal-monopolju Taljan tat-tabakk.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Taljan fil-qasam tal-kompetiz-zjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Safejn għandu x'jaqsam id-dritt Taljan fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-Liġi Nru 287 ta' l-<DATE ISO="19901010">10 ta' Ottubru 1990</DATE>, dwar l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tas-suq<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Legge <DATE ISO="19901010">10 ottobre 1990</DATE>, Nru 287, Norme per la tutela della concorrenza e del mercato (GURI Nru 240, tat-<DATE ISO="19901013">13 ta' Ottubru 1990</DATE>, p. 3), iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Liġi Nru 287/1990<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>.</P></NOTE> hija rilevanti, u t-Titolu I tagħha fih b'mod partikolari d-dispożiz-zjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Artikolu 1</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta' din il-liġi, adottati b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni bl-iskop li jiġi protett u ggarantit id-dritt għall-inizjattiva ekonomika, japplikaw għal akkordji, abbużi ta' pożizzjoni dominanti u konċentraz-zjonijjiet ta' impriżi li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 65 u/jew l-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, ta' l-Artikolu 85 u/jew Artikolu 86 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), tar-Regolamenti tal-KEE, u ta' atti tal-Komunità li għandhom l-istess effett fid-dritt.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet f'dan it-Titolu għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-prinċipji tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="I-10898"?><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ftehim u/jew il-prattiċi miftiehma bejn impriżi, kif ukoll id-deċiżjonijiet ta' konsorzji, assoċjazzjonijiet ta' impriżi u ta' korpi oħra simili, anke jekk adottati abbażi ta' dispożizzjonijiet statutor j i jew regolamentari huma kkunsidrati bħala akkor dj i.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin għandhom ikunu projbiti, jiġifieri l-akkordji bejn impriżi li għand-hom bħala l-għan jew 1-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq nazzjonali jew f'parti sinjifikanti minn dak is-suq fuq bażi permanenti u b'mod partikolari dawk li jinvolvu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>1-iffissar dir ett jew indir ett tal-pr ezzijiet ta 1-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta' kundizzjonijiet ohra tan-negozju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni, il-fatturat, 1-aċċess ghassuq, 1-investiment, 1-iżvilupp tekniku jew il-progress teknoloģiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>it-tqassim tas-swieq jew it-tqassim ta' fonti ta' provvista;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>1-applikazzjoni, fir-rapporti kum-merċjali ma' partijiet ohra, ta' kundizzjonijiet oġġettivament differenti ghal transazzjonijiet ekwivalenti, li b'hekk jiġu mqieghda b'mod inġus-tifikat fi żvantaġġ kompetittiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratti għall-aċċettazzjoni mill-parti l-ohra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond 1-użu kummerċjali, ma jkollhom 1-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawn il-kuntratti;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-akkordji pprojbiti huma nulli għall-għanijiet koliha<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>.</ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>It-Titolu II tal-Liġi Nru 287/90 jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, bażikament <HT TYPE="ITALIC">I-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato</HT> (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Autorità Garante<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), li hija moghtija s-setghat segwenti mill-Artikolu 15(1) ta' din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Jekk [...] 1-Awtorità tistabbilixxi 1-eżistenza ta' ksur ta' 1-Artikoli 2 jew 3, din ghandha tistabbilixxi terminu għall-impriżi u 1-entita-jiet ikkonċernati sabiex iwaqqfu dawn il-<?PAGE NO="I-10899"?>ksur. F'każ ta' ksur serju, tenut kont tal-gravità u d-dewmien tiegħu, din tista' timponi wkoll sanzjoni pekunjarja amministrattiva li tista' tlaħħaq sa 10 % tal-fatturat magħmul minn kull impriża jew entità matul l-aħħar sena ta' kontabbiltà ta' qabel id-data ta' notifika ta' l-intimazzjoni, u għandha tiffissa t-termini ta' żmien li matulhom l-impriża għandha tħallas is-sanzjoni.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>It-Titolu VI tal-Liġi Nru 287/90 jinkludi wkoll l-Artikolu 31 li jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Is-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi għall-ksur ta' din il-liġi huma suġġetti, safejn huma applikabbli, għad-dispożizzjonijiet li jissemmew fil-Kapitolu I, taqsimiet I u II, tal-Liġi Nru 689 ta' l-<DATE ISO="19811124">24 ta' Novembru 1981</DATE>.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet legali li jikkonċer-naw l-amministrazzjoni tal-monopolju Taljan tat-tabakk</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B'Dirgriet-Liġi Rjali<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regio decreto-legge.</P></NOTE> Nru 2258 tat-<DATE ISO="19271208">8 ta' Diċembru 1927</DATE><NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ippromulgata mill-ġdid bħala l-Liġi Nru 3474, tas-<DATE ISO="19281206">6 ta' Diċembru 1928</DATE>.</P></NOTE> ġiet imwaqqfa fl-Italja l-Amministrazzjoni Awtonoma tal-Monopolji ta' l-Istat <HT TYPE="ITALIC">(Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato,</HT> iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>AMS<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>). L-AAMS hija korp amministrattiv ta' l-Istat, li għadu sal-lum suġġett għall-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ministero dell'Economia e delle Finanze.</P></NOTE>. Firrigward kemm ta' l-amministrazzjoni kif ukoll tal-funzjonijiet finanzjarji u ta' kontabbiltà tagħha, din hija awtonoma, għalkemm m'għandhiex personalità ġuridika tagħha. Sa u inkluż Frar ta' l-1999 l-AAMS kienet fdata, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> bil-monopolju Taljan tat-tabakk.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-Digriet Legiżlattiv<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Decreto legislativo.</P></NOTE> Nru 283 tal-President tar-Repubblika tad-<DATE ISO="19980709">9 ta' Lulju 1998</DATE><NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>GURI Nru 190, tas-<DATE ISO="19980817">17 ta' Awwissu 1998</DATE>, p. 3 (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 283/1998<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>).</P></NOTE> waqqaf entità ekonomika pubblika<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ente pubblico economico.</P></NOTE> bl-isem ta' <HT TYPE="ITALIC">Ente Tabacchi Italiani</HT> (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>ETI<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>). L-operazzjonijiet kollha ta' manifatturazzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni ta' l-AAMS, bl-eċċezzjoni tal-lotteriji, kienu ttrasferiti lilha b'operazzjoni tal-liġi. L-ETI hija s-suċċessur fit-titolu ta' l-AAMS firrigward tal-materji kollha ttrasferiti għal dawk li huma assi, passiv, drittijiet u propjetà<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Artikolu 3(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 283/1998.</P></NOTE>. L-ETI bdiet l-operazzjonijiet tagħha fl-<DATE ISO="19990301">1 ta' Marzu 1999</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-ETI kienet inizjalment suġġetta għas-superviżjoni tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi, li stabbilixxa linji gwida għall-operazzjonijiet tagħha, ħatar id-diretturi<?PAGE NO="I-10900"?> tagħha u kien jissorvelja d-deċiżjonijiet tagħha<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Skond l-informazzjoni mogħtija mill-Gvern Taljan b'risposta għal mistoqsija mill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. Madanakollu, kif kien il-ħsieb sa mill-bidu nett<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Artikolu 1(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 283/1998.</P></NOTE>, fit-<DATE ISO="20000623">23 ta' Ġunju 2000</DATE> l-ETI ġiet ittrasformata f'kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata, jiġifieri Ente Tabacchi Italiani — ETI SpA [iktar 'il quddiem (<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>ETI<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>)]. Il-kapital ta' din il-kumpannija kien inizjalment miżmum kompletament mill-Ministru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi. Finalment, fl-2003 ETI ġiet ipprivatizzata, u minn dakinhar ilha taħt il-kontroll esklużiv ta' British American Tobacco plc, kumpannija possedenti stabbilita taħt id-dritt Inġliż, li hija propjetà tal-grupp BAT — British American Tobacco.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Rigward l-AAMS, mill-<DATE ISO="19990301">1 ta' Marzu 1999</DATE> fis-settur tal-prodotti tat-tabakk din wettqet biss attivitajiet sovrani<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-eżempji mogħtija kienu s-sorveljanza tal-kummerċ f'prodotti tat-tipjip u l-għoti ta' konċessjonijiet biex jinbiegħu prodotti tat-tabakk lill-pubbliku.</P></NOTE>, u ma wettqet ebda attivitajiet ekonomiċi f'dan is-settur. B'kun-trast ma' dan, skond l-informazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-AAMS baqgħet twettaq attivitajiet ekonomiċi lilhinn minn dik id-data fis-settur tal-logħob għall-flus u l-logħob ta' l-azzard, u b'mod partikolari tallotteriji.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-fatti u l-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>B'Deċiżjoni Nru 11795 tat-<DATE ISO="20030313">13 ta' Marzu 2003</DATE><NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Provvedimento <DATE ISO="20030313">13 marzo 2003</DATE>, n. 11795, <FT TYPE="NUMBER">1479</FT> <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="2018"/>Variazione di prezzo di alcune marche di tabacchi<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="2019"/> (Bollettino settimanale, Volum XIII, Nru 11/2003, p. 5). Din id-deċiżjoni kienet ippreċeduta b'investigazzjoni li nbidet f'Ġunju 2001.</P></NOTE> l-Autorità Garante sostniet li bejn l- 1993 u l-2001 diversi kumpanniji fil-grupp Philip Morris<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Philip Morris Products SA, Philip Morris Holland BV, Philip Morris GmbH, Philip Morris Products Inc. u Philip Morris International Management SA. Biex issir referenza aktar faċli għal dawn l-impriżi se ssir referenza għalihom flimkien bħala <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Philip Morris<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</P></NOTE> kienu kkonkludew akkordju l-ewwel ma' l-AAMS u mbaghad ma' ETI li kellu bħala għan u effett id-distorzjoni talkompetizzjoni b'mod permanenti fir-rigward tal-prezz bl-imnut tas-sigaretti fis-suq intern Taljan. L-Autorità Garante imponiet multi fuq il-parteċipanti ta' l-akkordju għall-ksur ta l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tal-Liġi Nru 287/1990 li kienu jammontaw għal EUR 50 miljun għal Philip Morris u għal EUR 20 miljun għal ETI. Barra dan, l-Autorità Garante ordnat lill-parteċipanti ta' l-akkordju jwaqqfu l-komportament offensiv.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha l-Autorità Garante attribwiet lil ETI l-parteċipazzjoni ta' l-AAMS fl-akkordju qabel l-<DATE ISO="19990301">1 ta' Marzu 1999</DATE>, u ġġustifikat dan billi għamlet referenza għal waqfien ta' l-AAMS mill-attività ekonomika fil-produzzjoni u l-kumerċjaliz-zazzjoni ta' prodotti tat-tabakk u għall-akkwist ta' din l-attività ekonomika minn ETI.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Kemm Philip Morris kif ukoll ETI kkontestaw id-deċiżjoni ta' l-Autorità Garante quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio — Roma<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Qorti Amministrattiva għar-reġjun tal-Lazio, li għandha ssede tagħha f'Ruma.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>TAR<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>). Filwaqt li fil-prim'istanza<?PAGE NO="I-10901"?> l-kontestazzjonijiet ta' Philip Morris ma rnexxewx, it-TAR laqa' l-kontestazzjoni ta' ETI sal-punt li r-responsabbiltà għall-parte-ċipazzjoni mill-AAMS fl-akkordju ma kellhiex tiġi attribwita lilha. Dan kien ifisser li d-deċiżjoni ta' l-Autorità Garante kienet ġiet maqluba in parti. F'dan ir-rigward it-TAR ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà personali skond l-Artikoli 1 u 7 tal-Liġi Nru 689/1981, li għalihom jagħmel referenza l-Artikolu 31 tal-ligi Nru 287/1990, u spjega li l-istess prinċipju japplika wkoll fid-dritt Komunitarju. Il-kriterju ta' kontinwità ekonomika oġġettiva seta' jiġi applikat biss fċirkustanzi eċċezzjonali definiti b'mod str ett, li ma kinux jeżistu hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Wara li mhux biss ETI u Philip Morris imma anki l-Autorità Garante appellaw kontra d-deċiżjoni fil-prim'istanza, il-proe-ċedimenti tressqu quddiem il-Consiglio di Stato Taljan<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Kunsill ta' l-Istat.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem ukoll <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>il-qorti tar-rinviju<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>) fil-kapaċità tiegħu bħala l-qorti amministrattiva suprema. Il-Consiglio di Stato diġà ċaħad l-ilmenti ta' ETI u Philip Morris fir-rigward ta' twettiq ta' ksur talkompetizzjoni u issa qed jikkunsidra lkwistjoni mqajma fl-appell ta' l-Autorità Garante fir-rigward ta' jekk ir-responsabbiltà għall-parteċipazzjoni ta' l-AAMS fl-akkordju tistax tiġi attribwita lil ETI għall-perijodu ta' <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="2018"/>qabel ma ġiet inkorporata<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="2019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>B'deċiżjoni ddatata t-<DATE ISO="20051108">8 ta' Novembru 2005</DATE> li wasslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20060627">27 ta' Ġunju 2006</DATE> il-Consiglio di Stato ddeċieda li jissospendi l-proċedimenti quddiemu u li jirrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>X'inhu, skond l-Artikolu 81 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, il-kriterju li għandu jiġi applikat biex tiġi stabbilita l-impriża li għandha tiġi ssanzjonata għal ksur tar-regoli talkompetizzjoni meta, fil-kuntest ta' komportament globalment issanzjonata l-aħħar parti ta' dan il-komportament ġiet imwettqa minn impriża li ssuċċediet filqasam ekonomiku kkonċernat lill— impriża oriġinali u meta [din ta' l-aħħar], għalkemm ma waqfitx milli teżisti, ma toperx iktar, għall-inqas fissettur ekonomiku kkonċernat mis-sanzjoni, bħala impriża kummerċjali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-determinazzjoni tal-persuna li għandha tiġi ssanzjonata, hija l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-applikaz-zjoni tar-regoli antitrust, li għandha tevalwa b'mod diskrezzjonali jekk jeżis-tux ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-imputazzjoni, lis-suċċessur ekonomiku, tar-responsabbiltà għall-ksur tar-regoli talkompetizzjoni mwettqa mill-persuna<?PAGE NO="I-10902"?> ġuridika li hija ssuċċediet, anki meta din ta' l-aħħar ma waqfitx milli teżisti fiddata tad-deċiżjoni, biex b'hekk l-effettività tar-regoli tal-kompetizzjoni ma tkunx kompromessa mit-tibdil magħ-mul lill-forma ġuridika ta' l-impriżi?<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>ETI, Philip Morris, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej issottomettew osservazzjonijiet bil-miktub u orali lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Ammissibbiltà tar-rinviju għal deċiż-joni preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Is-suġġett tal-kawża prinċipali quddiem il-qrati Taljani huwa deċiżjoni ta' l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, l-Autorità Garante, f'kawża ta' akkordju. Id-deċiżjoni hija bbażata biss fuq id-dritt nazzjonali ta' l-antitrust, speċifikament il-Liġi Nru 287/1990. Hija u tevalwa l-legalità tagħha il-qorti tar-rinviju madanakollu tqis li huwa neċessarju li jiġi interpretat id-dritt Komunitarju tal-kompetezzjoni. F'dan ir-rigward hija tagħmel referenza għall-Artikolu 1(4) tal-Liġi Nru 287/1990, skond liema l-prin-ċipji tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni jiffurmaw il-bażi għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijet tat-Titolu I ta' din il-liġi, fi kliem ieħor, dawn huma rilevanti wkoll għad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>F'dawk iċ-ċirkustanzi huwa meħtieġ li jsiru ċerti rimar ki dwar l-ammissibbiltà tad-domandi rrinvjati, partikolarment fir-rigward ta' jekk humiex rilevanti għad-deċiżjoni li għandha tittieħed.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Rimarki introduttivi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-fatt waħdu li fil-kawża preżenti d-dritt Komunitarju huwa rilevanti biss għaliex issir referenza għalih mid- dr itt nazzjonali ma jfissirx li d-domandi rrinvjati mill-Consiglio di Stato mhumiex rilevanti għad-deċiżjoni jew li l-Qorti tal-Ġustizzja m'għandhiex ġurisdizzjoni biex tweġibhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza kostanti, li tmur lura għas-sentenza f'Dzodzi (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>il-ġurisprudenza Dzodzi<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19901018">18 ta' Ottubru 1990</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/88+C-197/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3763">C-297/88 u C-197/89, Ġabra p. I-3763, punt 36</REF.DOC.ECR>); ara wkoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="19901108">8 ta' Novembru 1990</DATE>, Gmurzynska-Bscher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-4003">C-231/89, Ġabra p. I-4003, punt 25</REF.DOC.ECR>), tas-<DATE ISO="19970717">17 ta' Lulju 1997</DATE>, Leur-Bloem (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-4161">C-28/95, Ġabra p. I-4161, punt 25</REF.DOC.ECR>) u Giloy (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-130/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-4291">C-130/95, Ġabra p. I-4291, punt 21</REF.DOC.ECR>), tal-<DATE ISO="20010111">11 ta' Jannar 2001</DATE>, Kofisa Italia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-207">C-1/99, Ġabra p. I-207, punt 21</REF.DOC.ECR>), tas-<DATE ISO="20050317">17 ta' Marzu 2005</DATE>, Feron (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-170/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2299">C-170/03, Ġabra p. I-2299, punt 11</REF.DOC.ECR>), tas-<DATE ISO="20060316">16 ta' Marzu 2006</DATE>, Poseidon Chartering (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2505">C-3/04, Ġabra p. I-2505, punt 15</REF.DOC.ECR>), u ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-217/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11987">C-217/05, Ġabra p. I-11987, punt 19</REF.DOC.ECR>); is-sentenza tas-<DATE ISO="20030107">7 ta' Jannar 2003</DATE>, BIAO (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/99" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-1">C-306/99, Ġabra p. I-1, punt 90</REF.DOC.ECR>) hija simili.</P></NOTE>, la d-diċitura ta' l-Artikolu 234 KE u lanqas l-<?PAGE NO="I-10903"?>għan tal-proċedura preliminari ma jipprekludu li jiġu mwieġba domandi rrinvjati dwar l-interpretazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji li għalihom jagħmel referenza d-dritt nazzjonali sabiex jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni purament interna għal dak l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għal kuntrarju, kif ġie ripetutament irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa manifestament fl-interess tas-sistema ġuri-dika Komunitarja li, sabiex jiġu evitati differenzi ta' interpretazzjoni fil-futur, kull dispożizzjoni Komunitarja għandha tingħata interpretazzjoni uniformi irrispettivament miċ-ċirkustanzi li fihom għandha tiġi applikata<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Dzodzi (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 37), u tal-<DATE ISO="19920625">25 ta' Ġunju 1992</DATE>, Federconsorzi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-88/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-4035">C-88/91, Ġabra I-4035, punt 7</REF.DOC.ECR>); huma simili s-sentenzi ċċitati fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17 Leur-Bloem (punt 32), Giloy (punt 28), Kofisa Italia (punt 32), Poseidon Chartering (punt 16) u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (punt 20), kif ukoll is-sentenzi tal-<DATE ISO="20011011">11 ta' Ottubru 2001</DATE>, Adam (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-7467">C-267/99, Ġabra I-7467, punt 27</REF.DOC.ECR>), tal-<DATE ISO="20020115">15 ta' Jannar 2002</DATE>, Andersen u Jensen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-379">C-43/00, Ġabra I-379, punt 18</REF.DOC.ECR>), tal-<DATE ISO="20030515">15 ta' Mejju 2003</DATE>, Salzmann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4899">C-300/01, Ġabra I-4899, punt 34</REF.DOC.ECR>), tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, British American Tobacco (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-4683">C-222/01, Ġabra I-4683, punt 40</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni tagħha biex tinterpreta dispożizzjonijiet fi trattati misti tad-dritt internazzjonali pubbliku, u b'mod partikolari s-sentenza tas-<DATE ISO="19980616">16 ta' Ġunju 1998</DATE>, Hermes (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-53/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-3603">C-53/96, Ġabra I-3603, punt 32</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni dan l-interess f'interpretazzjoni u applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fuq livell Komunitarju li jkunu kemm jista jkun uniformi huwa partikolarment bsaħħtu<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dwar dan il-punt ara l-konklużjonijiet tiegħi tat-<DATE ISO="20060713">13 ta' Lulju 2006</DATE> fil-kawża Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17), punt 21 et seq.</P></NOTE>, għaliex f'dan il-qasam id-dritt nazzjonali huwa ta' spiss orjentat lejn id-dritt Komunitarju. Dan ma sarx sempliċement hekk mad-dħul fisseħħ ta' Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta' Diċembru 2002</DATE>, dwar limplementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="1">ĠU 2003, L 1, p. 1</REF.DOC.OJ>; <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Regolament Nru 1/2003<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>). Dan ir-regolament immodernizza r-regoli għall-infurzar ta' l-Artikoli 81 KE u 82 KE u involva awtoritajiet u qrati nazzjonali b'mod aktar estensiv fl-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni Ewropew; ara bħala eżempju s-sitt, is-seba' u l-ħmistax-il premessa tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll l-Artikoli 5 u 6 tiegħu.</P></NOTE>, li ħoloq interazzjoni partikolarment mill-qrib bejn id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni u d-dritt Komunitarju. Anki qabel dan, jiġifieri fiż-żmien meta ir-Regolament Nru 17 kien għadu japplika<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta' Frar 1962</DATE>, l-Ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU, Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż 1959-1962, p. 87).</P></NOTE>, id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni ta' diversi Stati Membri kien orjentat lejn id-dritt Komunitarju anki fl-applikazzjoni tiegħu għal sitwazzjonijiet purament interni. Dan ta' l-aħħar japplika mhux l-inqas għal-Liġi Taljana Nru 287/1990, li hija applikabbli għall-kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>F'dan l-isfond il-koperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali filkamp tad-dritt tal-kompetizzjoni għandha valur partikolari. Din tikkontribwixxi għall-iktar grad għoli possibbli ta' ċertezza legali u għal kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni li jkunu paragunabbli għall-parteċipanti ekonomiċi kollha li għalihom japplika d-dritt Komunitarju, kemm jekk direttament jew indirettament.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madanakollu, fil-kawża preżenti l-Kummissjoni tesprimi dubji rigward l-ammissibbiltà<?PAGE NO="I-10904"?> tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Għal diversi raġunijiet hija tqis il-ġurispru-denza <HT TYPE="ITALIC">Dzodzi</HT> bħala irrilevanti għall-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jien ngħid mill-ewwel li l-ebda waħda mill-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni ma tipperswadini. Il-Kummissjoni tintilef lilha nnifisha fid-dettalji tad-dispożizzjonijiet Taljani u hija u tagħmel dan tinsa li fil-proċedura preliminari mhuwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dritt nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ġurisprudenza kostanti; ara, fost oħrajn is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE>, Cassa di Risparmio di Firenze et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-289">C-222/04, Ġabra p. I-289, punt 63</REF.DOC.ECR>), u sentenza tat-<DATE ISO="20060713">13 ta' Lulju 2006</DATE>, Manfredi et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04—C-298/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6619">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619, punt 70</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija tinjora wkoll il-fatt li fil-kuntest fattwali u leġiżlattiv li l-qorti nazzjonali hija responsabbli li tiddefinixxi u li l-akkuratezza tiegħu mhijiex kwistjoni li din il-Qorti għandha tiddetermina, id-domandi magħmula mill-qorti nazzjonali jgawdu preżunzjoni ta' rilevanza<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Salzmann (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18, punt 31) ta' l-<DATE ISO="20051201">1 ta' Diċembru 2005</DATE>, Burtscher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-213/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10309">C-213/04, Ġabra p. I-10309, punt 35</REF.DOC.ECR>), u tas-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE>, van der Weerd et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/05—C-225/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4233">C-222/05 sa 225/05, Ġabra p. I-4233, punt 22</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jekk id-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, fil-prinċipju, obbligata tagħti risposta<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ġurisprudenza kostanti; ara, fost oħrajn sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta' Diċembru 1995</DATE>, Bosman (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4921">C-415/93, Ġabra p. I-4921, punt 59</REF.DOC.ECR>); Dzodzi (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 35), tat-<DATE ISO="20061123">23 ta' Novembru 2006</DATE>, Asnef-Equifax (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11125">C-238/05, Ġabra p. I-11125, punt 15</REF.DOC.ECR>), u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>F'dan li ġej jiena ser nikkunsidra kull waħda mill-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni fid-dettall.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-ammissibbilta</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qajmet total ta' erba' motivi rigward l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato. L-ewwel nett, hija kienet tal-fehma li d-dispożizzjonijiet Taljani applikabbli ma kien fihom ebda referenza għad-dritt Komunitarju. It-tieni nett, hija ssottomettiet li kull ħaġa li setgħet kienet ta' referenza ma kinitx f kull każ inkondizzjonali jew vinkolanti. Ittielet, nett il-Kummissjoni ma kinitx taħseb li hemm xi interess fl-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju. Ir-raba' nett, hija bbażat ruħha fuq in-nuqqas ta' rekwiżiti tad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-ewwel motiv: l-ebda referenza għad-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Bl-ewwel motiv tagħha il-Kummissjoni ssottomettiet li f'każijiet bħal dan preżenti d-dritt Taljan bl-ebda mod ma rrefera għad-dritt Komunitarju. It-Titolu I biss tal-Liġi Nru 287/1990 kellu jkun interpretat skond id-dritt Komunitarju. Madanakollu, il-kawża preżenti ma kinitx tikkonċerna bl-ebda mod id-dispożizzjonijiet sostantivi tat-Titolu 1, imma d-dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet<?PAGE NO="I-10905"?> fit-Titoli II u VI tal-Liġi Nru 287/1990, għaliex kienet tikkonċerna biss l-'imputazzjoni tal-multa' lil persuna fiżika jew ġuridika speċifika. F'dan ir-rigward iddritt Taljan ma kienx orjentat lejn iddritt Komunitarju. Konsegwentement iddritt nazzjonali biss kellu jiddetermina l-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jikkonvinċinix. Kuntrarju għal dak li l-Kummissjoni tidher li qed tassumi, bl-ebda mod m'huwa ovvju li fkażijiet ta' suċċessjoni ta' impriżi l-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur takompetizzjoni taqa' esklużivament fi ħdan il-qafas <HT TYPE="ITALIC">tad-dispożizzjonijiet dwar sanzjonijiet</HT> u tista' tiġi ddeterminata mingħajr ma jingħata qies <HT TYPE="ITALIC">ġħad-dispożizzjonijiet sostantivi dwar il-kompetizzjoni</HT> u għall-kunċett ta' impriża. Għalhekk, per eżempju, il-Qorti tal-Gustizzja tikkunsidra l-kwistjoni ta' l-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mhux biss fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar sanzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17, issa l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003), imma anki fil-kuntest tad-dispożiz-zjonijiet sostantivi ta' l-Artikolu 81 KE<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-konnessjoni bejn l-Artikolu 81 KE (li qabel kien l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE) u l-kwistjoni ta' l-imputazzjoni tar-responsabbiltà issir partikolarment ċara fìs-sentenza tat-<DATE ISO="19840328">28 ta' Marzu 1984</DATE>, CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="29/83+30/83" YEAR="1984" PAGE.ECR="1679">29/83 u 30/83, Ġabra p. 1679, punt 9</REF.DOC.ECR>), u tas-<DATE ISO="20040107">7 ta' Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-123">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123, punt 59</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fejn jista' jintlagħab rwol importanti mhux linqas mill-kriterju tal-kontiwità jew ta' lidentità ekonomika ta' l-impriża<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 9) kif ukoll tat-<DATE ISO="19990708">8 ta' Lulju 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/92 P" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-4125">C-49/92 P, Ġabra p. I-4125, punt 145</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jekk il-Consiglio di Stato jixtieq jieħu approċċ komparabbli fil-kuntest taddritt nazzjonali Taljan tal-kompetizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiċħad dan bħala ovvjament żbaljat mingħajr ma tikkontradixxi l-ġurisprudenza tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Verament, il-Qorti tal-Gustizzja tista' tiddeċidi li t-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato hija inammissibbli jekk kien <HT TYPE="ITALIC">ovvju</HT> li l-interpretazzjoni mitluba taddritt Komunitarju ma kellha ebda relazzjoni mal-fatti attwali tal-kawża prinċipali jew ma' l-għan tagħha<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>ċurisprudenza kostanti; ara s-sentenzi Bosman (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punti 59 u 61), ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-403">C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 24</REF.DOC.ECR>), Asnef-Equifax (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punt 17) u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 17).</P></NOTE>. Għalhekk, li kieku kien ċar li fir-rigward ta' każijiet bħal din preżenti ddritt Taljan ma orjentax ruħu maddritt Komunitarju, id-domandi rrinvjati lill-Qorti tal-Gustizzja dwar l-interpretazzjoni taddritt Komunitarju kien ikun imiss li jiġu miċħuda abbażi ta' l-irrilevanza għad-deċiż-joni<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fl-istess sens ara s-segwenti sentenzi ċċitati iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17 Dzodzi (punt 40), Gmurzynska-Bscher (punt 23), Leur-Bloem (punt 26), Giloy (punt 22) u Kofisa Italia (punt 22).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madanakollu, dan definittivament mhuwiex il-każ hawnhekk. Fir-rinviju tiegħu għal deċiżjoni preliminari l-Consiglio di Stato jipproċedi fuq il-premessa li t-Titolu 1 tal-Ligi Nru 287/1990, inkluż ir-referenza għaddritt Komunitarju, huwa rilevanti għall-<?PAGE NO="I-10906"?>kwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Waqt is-smigħ orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Philip Morris għamlet ukoll referenza għas-sentenza Nru 1189 tal-Consiglio di Stato tat-<DATE ISO="20010302">2 ta' Marzu 2001</DATE> (b'mod partikolari l-punt 4.4 et seq) li jgħid li l-qorti nazzjonali torjenta ruħha lejn id-dritt Komunitarju u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustiz-zja anki fìr-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet.</P></NOTE>. Din il-konstatazzjoni fir-rigward tal-qafas legali nazzjonali, u xejn iktar, torbot lill-Qorti tal-Ġustiz-zja għall-għanijiet tal-proċedura preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif intqal iktar 'il fuq, fi ħdan il-qafas tal-proċedura preliminari, ma jmissx lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel konstatazzjonijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u tiddeċiedi jekk l-interpretazzjoni tagħhom mill-qorti nazzjonali hijiex korretta<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20001003">3 ta' Ottubru 2000</DATE>, Corsten (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-58/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-7919">C-58/98, Ġabra p. I-7919, punt 24</REF.DOC.ECR>), tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, Orfanopoulos u Oliveri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/01+C-493/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-5257">C-482/01 u C-493/01, Ġabra p. I-5257, punt 42</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060112">12 ta' Jannar 2006</DATE>, Turn- und Sportunion Waldburg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-589">C-246/04, Ġabra p. I-589, punt 21</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B'mod partikolari, f'każ bħal dan preżenti jmiss biss lill-qorti nazzjonali tevalwa l-għan preċiż tarreferenza fid-dritt nazzjonali għad-dritt Komunitarju; fit-twe-ġiba tagħha lill-qorti nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tieħu in kunsiderazzjoni l-iskema ġenerali tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, filwaqt li jirreferu għad-dritt Komunitarju, jiddefinixxu l-estent ta' dik irreferenza<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Dzodzi (punt 41 u 42) u Leur-Bloem (punt 33), iċċitati iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel oġġezzjoni tal-Kummissjoni mhijiex sostenibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>It-tieni oġġezzjoni: nuqqas ta' referenza inkondizzjonali u vinkolanti għad-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bit-tieni oggezzjoni tagħha l-Kummissjoni sostniet li anki jekk applikabbli rreferenza għad-dritt Komunitarju fl-Artikolu 1(4) tal-Liġi Nru 287/1990 ma kinitx diretta u inkondizzjonali; barra dan, f'dan il-qasam l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mill-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx vinkolanti għall-qrati nazzjonali. Għal din ir-raġuni, bħal fil-kawża Kleinwort Benson<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19950328">28 ta' Marzu 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-615">C-346/93, Ġabra p. I-615)</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> it-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża preżenti kienet inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Din is-sottomissjoni bl-istess mod mhijiex konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>B'mod speċifiku, mis-sentenza fil-kawża Kleinwort Benson jirriżulta li l-punt deċisiv huwa jekk il-leġiżlatura nazzjonali għamlitx distinzjoni bejn sitwazzjonijiet purament nazzjonali u sitwazzjonijiet irregolati biddritt Komunitarju, jew tippruvax tittratta ż-żewġ kategoriji ta' sitwazzjonijiet bl-istess mod u għalhekk torjenta ruħha billi tagħmel referenza għad-dritt Komunitarju fir-rigward tat-tnejn<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>F'dan is-sens ara wkoll id-diskussjoni ta' Kleinwort Benson f'sentenzi sussegwenti, b'mod partikolari Leur-Bloem (punti 29 fin u 31), Giloy (punti 25 fin u 27), u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (punti 21 fin u 22), kollha ċċitati iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17. Is-sentenza f'Poseidon Chartering (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 17) hija sostnuta fuq l-istess bażi.</P></NOTE>. F'dan il-kuntest huwa rrilevanti<?PAGE NO="I-10907"?> jekk id-dritt nazzjonali espressament jew sempliċement b'mod impliċitu jagħmilx referenza għad-dritt Komunitarju; minflok, dak li huwa deċisiv huwa <HT TYPE="ITALIC">l-orjentazzjoni fissustanza</HT> għad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-sentenza f'BIAO (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punti 92 u 93), hija partikolarment ċara għal dan leffett.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Safejn wieħed jista jara, il-leġiżlatura Taljana m'għamlet ebda distinzjoni bejn sitwazzjonijiet pur anient nazzjonali u dawk irregolati mid-dritt Komunitarju. Ir-referenza fl-Artikolu 1(4) tal-Liġi Nru 287/1990 għad-dritt Komunitarju tapplika fiż-żewġ każijiet. Dan minnu nnifsu jindika li ddomandi rrinvjati mill-Consiglio di Stato huma ammissibbli abbażi tal-ġurisprudenza Dzodzi, inkluża s-sentenza f'Kleinwort Benson.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn dan, kuntrarju għall-fehma tal-Kummissjoni l-kawża preżenti mhijiex blebda mod komparabbli mal-kawża Kleinwort Benson.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-kawża Kleinwort Benson il-leġiżlatura nazzjonali limitat ruħha sempliċement li tuża d-dritt Ewropew (il-Konvenzjoni ta' Brüssell) parzjalment biss bħala mudeli, u rrepetiet il-kliem tiegħu biss in parti. Il-liġi nazzjonali kienet ibbażata fuq id-dritt Ewropew, imma ma kien fiha ebda referenza diretta u inkondizzjonali għalih, u minflok anki ppermettiet espressament diverġenzi minnu, kif ukoll emendi <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>intiżi sabiex jipproduċu diverġenza<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Kleinwort Benson (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 32 punti 9 u 10 kif ukoll 16 sa 18). Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat dan l-aspett tas-sentenza tagħha f'Kleinwort Benson f'ġurisprudenza sussegwenti, per eżempju Leur-Bloem (punt 29), Giloy (punt 25), Kofìsa Italia (punt 30), BIAO (punt 93) u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (punt 21), kollha iċċitati iktar 'il fuq fil-punt 17.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-Artikolu 1(4) tal-Liġi Nru 287/1990, ebda dispożizzjoni bħal din ma tidher hawnhekk. Minflok, id-dispożiz-zjoni fiha referenza espressa għall-<QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>prinċipji stabbiliti fid-dritt Komunitarju tal-kompetiz-zjoni<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>. Fi kwalsiasi każ, la d-diċitura ta' din id-dispożizzjoni, la d-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas id-dokumenti ppreżentati ma jindikaw li din ir-referenza għad-dritt Komunitarju hija suġġetta għal xi kundizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>It-tieni, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-kawża Kleinwort Benson fir-rigward ta' sitwazzjonijiet nazzjonali l-qrati nazzjonali kienu meħtieġa biss <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>iqisu<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, min-għajr mhuma attwalment marbutin biha<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Kleinwort Benson, (iċċitata iktar 'il fuq fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 32) punti 10 u 20 sa 23. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat dan l-aspett fis-sentenza Kleinwort Benson f'ġurisprudenza sussegwenti, pereżempju Leur-Bloem (punt 29), Giloy (punt 25) it-tnejn li huma ċċitati iktar 'il fuq fil-punt 17.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10908"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Kuntrarju għall-fehma tal-Kummissjoni, fil-kawża preżenti bl-istess mod ma jista' jkun hemm ebda suġġeriment li m'hemm obbligu bħal dan fuq il-qrati nazzjonali: id-dispożizzjonijiet fit-Titolu I tal-Liġi Nru 287/1990 <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>għandhom jiġu interpretati skond il.-prinċipji stabbiliti fid-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> (Artikolu 1(4) tal-Liġi Nru 287/1990). La d-diċitura ta' din id-dispożiz-zjoni, la d-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas iddokumenti ppreżentati ma jindikaw li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex vinkolanti fil-kuntest ta' interpretazzjoni bħaldin<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ċirkustanzi simili ma kinux analogi mal-kawża Kleinwort Benson, per eżempju f'Kofìsa Italia (punt 31), u Poseidon Chartering (punt 18) it-tnejn li huma ċċitati fil-punt 17.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni nnifisha ma tipprovdi ebda element wieħed ta' prova għall-asserz-joni tagħha li għal dawk li japplikaw il-liġi fl-Italja d-dritt Komunitarju huwa sempliċe-ment wieħed minn numru ta' elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali. Il-parteċipanti l-oħrajn kollha fil-proċeduri orali enfasizzaw li f'kawża bħal dik preżenti l-qrati Taljani kienu marbuta bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, dak li huwa fi kwalunkwe każ deċisiv huwa jekk it-tweġiba għad-domandi rrinvjati <HT TYPE="ITALIC">tistax tkun utli</HT> għall-qorti nazzjonali jew le. Dan għaliex il-proċedura preliminari skond l-Artikolu 234 KE hija strument ta' koperazzjoni ġudizzjarja, permezz ta' liema l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-qrati nazzjonali bpunti ta' interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li jistgħu jkunu ta' għajnuna għalihom fl-evalwazzjoni ta' leffetti ta' dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali in kwistjoni fil-kwistjonijiet quddiemhom<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Salzmann (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18, punt 28), EVN u Wienstrom (C-448/01, Ġabra I-14527, punt 77).</P></NOTE>. Fir-rigward tal-kwistjoni ta' għajnuna, il-qorti nazzjonali għandha marċini ta' diskrezzjoni<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-ġurisprudenza kostanti dwar ir-rilevanza tad-domandi preliminari hija fl-istess sens; ara fost oħrajn Bosman (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punt 59), EVN u Wienstrom (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 38, punt 74), Asnef-Equifax (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punt 15), u Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, punt 16).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Abbażi ta' dan, it-tieni oġġezzjoni tal-Kummissjoni bl-istess mod ma treġġix</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>It-tielet oġġezzjoni: nuqqas ta' interess fl-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bit-tielet oġġezzjoni tagħha l-Kummissjoni ssottomettiet li fil-kawża preżenti, b'kuntrast mal-kawżi Bronner<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="19981126">26 Novembru 1998</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-7791">C-7/97, Ġabra p. I-7791</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>u Asnef-Equifax<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata iktar 'il fuq, fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24.</P></NOTE> — ma kien hemm ebda interess fl-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, 'il għaliex fi kwalunkwe każ dan ma setax jiġi applikat parallelament mad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10909"?><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Anki dan l-argument mhuwiex konvin-ċenti. Il-Kummissjoni tonqos milli tirrikonoxxi li l-ġurisprudenza Dzodzi mhijiex limitata għal kawżi li fihom id-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjonali, kif jista jkun il-każ, jistgħu jkunu applikabbli ħdejn xulxin.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ċertament, aktar minn kull qasam ieħor id-dritt ta' l-antitust huwa kkaratterizzat bilfatt li ta' spiss kemm dispożizzjonijiet nazzjonali u d-dritt Komunitarju jistgħu jkunu applikabbli għall-istess serje ta' fatti<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19690213">13 ta' Frar 1969</DATE>, Wilhelm et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="14/68" YEAR="1969" PAGE.ECR="1">14/68, Ġabra p. 1, punt 3</REF.DOC.ECR>); ara fl-istess sens is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19800710">10 ta' Lulju 1980</DATE>, Giry u Guerlain et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="253/78+1/79—3/79" YEAR="1980" PAGE.ECR="2327">253/78 u 1/79 sa 3/79, Ġabra p. I-2327, punt 15</REF.DOC.ECR>), tas-<DATE ISO="19920716">16 ta' Lulju 1992</DATE> Asociación Española de Banca Privada et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-4785">C-67/91, Ġabra p. I-4785, punt 11)</REF.DOC.ECR>, Bronner (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 40, punt 19) u Àsnef-Equifax (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punt 20).</P></NOTE>. Dan huwa dejjem il-każ fejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt nazzjonali ta' l-antitrust u tad-dritt Komunitarju ta' l-antitrust jintrikkbu u b'hekk fejn ftehim bejn impiriżi huma koperti mhux biss bid-dritt nazzjonali ta' l-antitrust imma anki bl-Artikolu 81 KE, partikolarment għax jistgħu joħolqu distorsjoni fil-kummerċ bejn Stati Membri fi ħdan it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni. Anki qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1/2003, fkażijiet bħal dawn l-interess fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju kien partikolarment owju<NOTE NOTE.ID="E0043" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Tabilħaqq, sa mid-dħul fis-seħħ ta' Regolament Nru 1/2003 awtoritajiet tal-kompetizzjoni u qrati nazzjonali huma espressament ipprojbiti milli japplikaw id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni tagħhom b'mod iżolat fkażijiet li jaqgħu wkoll fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE. Minflok, ir-Regolament Nru 1/2003 jirrikjedi li fkażijiet bħal dawn l-Artikolu 81 KE għandu jiġi applikat parallellament mad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni (Artikolu 3(1) tar-Regolament), fejn evalwazzjonijiet ta' ordni superjuri li jsiru mid-dritt Komunitarju jieħdu preċedenza (ara l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Imma bl-ebda mod ma jsegwi minn dan li huwa biss fejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u tad-dritt Komunitarju jistgħu jiġu applikati parallelament li hemm interess fit-tweġiba għat-talba għal deċiżjoni preliminari fi ħdan it-tifsira tal-ġurisprudenza <HT TYPE="ITALIC">Dzodzi.</HT> Għal kuntrarju, din il-ġurisprudenza sa llum ikkonċernat prinċipalment każijiet li fihom id-dritt Komunitarju ma kienx applikabbbli bħala tali u fejn, għaldaqstant, ma jista' jkun hemm l-ebda suġġeriment li d-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjjonali jiġu applikati parallelament<NOTE NOTE.ID="E0044" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dan hu magħmul partikolarment ċar per eżempju fissentenzi Leur-Bloem (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 27), Giloy (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 23), BI AO (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 90), Feron (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 10), u Poseidon Chartering (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17), u fis-sentenza Andersen u Jensen (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18, punti 16 u 19).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Anki fid-dritt tal-kompetizzjoni l-interess fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju mhuwiex limitata biss għal każijiet li fihom id-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjonali japplikaw parallelament, peress illi l-kamp ta' applikazzjoni ta' wieħed u ta' l-ieħor huwa miftuħ. Il-leġiżlatura ta' ħafna mill-Istati Membri torjenta ruħha lejn dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt Komunitarju <HT TYPE="ITALIC">anki għal sitwazzjonijiet purament nazzjonali li</HT> jaqgħu esklużivament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali, biex b'hekk ta' l-ewwel <HT TYPE="ITALIC">japplika indirettament.</HT> Din it-tendenza ma ġietx osservata biss mid-dħul fis-seħħ ta' Regolament Nru 1/2003, li għadu mhuwiex applikabbli għall-kawża preżenti. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Taljan tal-kompetizzjoni in kwistjoni fil-<?PAGE NO="I-10910"?>kawża preżenti, li jiddattaw diġà għall-1990, juru b'mod ċar li diġà minn ħafna qabel, tali orjentazzjoni sostantiva lejn id-dritt Komunitarju kienet ipprattikata.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Indipendentement minn jekk id-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni japplikax <HT TYPE="ITALIC">parallelament</HT> mad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni jew jekk huwiex rilevanti għal sitwazzjonijiet purament nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">b'mod indirett</HT> biss permezz ta' referenza fid-dritt nazzjonali ta' l-antitrust, dan għandu jiġi interperat u applikat b'mod uniformi, biex jinkisbu grad ta certezza legali kemm jista' jkun possibbli għoli u kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni komparabbli għal partecipanti koliha fis-suq li għalihom japplika d-dritt Komunitarju, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament Li dan jiġi żgurat huwa wieħed mill-għanijiet principali tal-procedura preliminari taħt l-Artikolu 234 KE f'kawżi li għandhom x'jaqsmu mad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Konsegwentement, f'kawżi dwar id-dritt tal-kompetizzjoni l-Qorti tal-Gustizzja wkoll tqis talbiet għal deċiżjonijiet preliminari bħala ammissibbli mhux biss fejn jidher possibbli li d-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni u d-dritt nazzjonali ta' l-antitrust huma applikabbli parallelament<NOTE NOTE.ID="E0045" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Bronner (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 40, punti 18 sa 20) u Asnef-Equifax (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24, punti 19 sa 21).</P></NOTE>, imma anki fejn id-dritt nazzjonali biss huwa applikabbli u d-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni huwa rilevanti b'mod indirett biss, permezz ta' referenza fid-dritt nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0046" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 17, ara b'mod partikolari I-punti 19 sa 22).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki t-tielet oġġez-zjoni tal-Kummissjoni mhijiex sostenibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Ir-raba' oġġezzjoni: nuqqas ta' rekwiżiti tad-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ir-raba' u l-aħħar oġġezzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003, speċifikament ir-raba' subinċiż tiegħu. Minn din id-dispożiz-zjoni jidher li fi proċeduri ta' antitrust lawtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ghandhom dejjem jimponu s-sanzjonijiet previsti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti, anki fejn japplikaw id-dritt Komunitarju (Artikolu 81 KE). Minn dan il-Kummissjoni inferit li d-dritt Komunitarju ma stipulax xi rekwiżiti fir-rigward ta' każ bhal dan preżenti, li kien jikkonċerna biss l-<QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>attribuzzjoni [imputazzjoni] tas-sanzjoni<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>. Għal dik ir-raġuni ma kien hemm l-ebda interess fl-interpretazzjoni tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10911"?><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din il-fehma mhijiex konvinċenti. Dan għaliex, kif diġà ssemma'<NOTE NOTE.ID="E0047" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fuq dan il-punt ara d-diskussjoni ta' l-ewwel oġġezzjoni tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-punt 31 iktar 'il fuq.</P></NOTE>, m'huwa bl-ebda mod owju li fkażijiet ta' suċċessjoni ta' impriżi l-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni hija kwistjoni li tirrigwarda esklużivament <HT TYPE="ITALIC">id-dispożizzjoni-jiet dwar is-sanzjonijiet</HT> u jistgħu jiġu evalwati mingħajr ma ssir referenza <HT TYPE="ITALIC">għad-dispo-żizzjonijiet sostantivi tad-dritt tal-kompetizzjoni.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti ma tikkonċernax prinċipalment il-fatt dwar jekk jistgħux jiġu applikati sanzjonijiet tad-dritt kriminali jew tad-dritt amministrattiv u jekk sanzjonijiet bħal dawn jistgħux, skond il-każ, jiġu imposti fuq persuni fiżiċi bħad-diretturi ta' impriżi li jipparteċipaw fl-akkordju. Minflok, dak li għandu jiġi stabbilit huwa jekk impriża tistax tinżamm bxi mod responsabbli għal ksur tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriża oħra f'perijodu partikolari. Kuntrarju għal dak li taħseb il-Kummissjoni, din il-probiema ma tistax tiġi ridotta għas-sempliċi <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>attribuzzjoni tas-sanzjoni<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/>, imma tikkonċerna <HT TYPE="ITALIC">Vimputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur tal-kompetizzjoni</HT> fit-totalità tagħha. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tevalwax din id-domanda esklużivament in konnessjoni mad-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet imma anki fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet sostantivi ta' l-Artikolu 81 KE<NOTE NOTE.ID="E0048" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll iktar 'il fuq, il-punt 31, kif ukoll is-setnenzi iċċitati fil-nota ta' qiegħ il-paġna 25 CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (punt 9) u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (punt 59).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madanakollu, ir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 jindika biss liema <HT TYPE="ITALIC">dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet</HT> awtorità nazzjonali tista' tapplika fi proċeduri dwar il-kompetizzjoni li hija twettaq. Min dan isegwi li din id-dispożiz-zjoni ma tippermettix konklużjonijiet ċari firrigward tar-rispsota għad-domanda li tqum fil-kawża preżenti dwar <HT TYPE="ITALIC">X-imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni</HT> fil-każ ta' suċċessjoni ta' impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Konsegwentement din l-oġġezzjoni wkoll għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Rimarki finali dwar l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat għas-sens ta' kompletezza, li m'hemm xejn fis-sentenza f'Ynos<NOTE NOTE.ID="E0049" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="20060110">10 ta' Jannar 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-302/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-371">C-302/04, Ġabra p. I-371</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li jżomm milli tiġi applikata l-ġurisprudenza Dzodzi għall-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-kawża Ynos il-Qorti tal-Ġustizzja ma abbandunatx il-ġurisprudenza Dzodzi. Minflok, irrifjutat il-ġurisdizzjoni biex twieġeb rinviju għal deċiżjoni preliminari għaliex ilfatti fdik il-kawża ġraw qabel l-adeżjoni ta' l-Istat Membru in kwistjoni ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri <HT TYPE="ITALIC">barra mill-kamp ta' applikazzjoni<?PAGE NO="I-10912"?> temporali tad-dritt Komunitarju</HT><NOTE NOTE.ID="E0050" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 37.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis ruħha li għandha ġurisdizzjoni biex tinterpreta d-dritt Komunitarju fir-rigward ta' l-applikazzjoni tiegħu fi Stat Membru ġdid imma biss miż-żmien ta l-adeżjoni<NOTE NOTE.ID="E0051" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Konklużjoni provvizorja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nikkonkludi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Analiżi sostantiva tad-domandi rrinv-jati</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Biż-żewġ domandi tagħha l-qorti nazzjonali tistaqsi essenzjalment dwar iċ-ċirkus-tanzi li fihom id-dritt Komunitarju jippermetti l-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni lis-suċċessur ekonomiku tal parteċipant fl-akkordju<NOTE NOTE.ID="E0052" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-problema relatata li tiġi attribwita r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni fi ħdan grupp, pereżempju bejn kumpannija sussidjarja u kumpannija parent, mhijiex is-suġġett tal-kawża preżenti u għalhekk m'għandhiex tiġi kkunsidrata fid-dettall f'li ġej. Din il-kawża lanqas ma tikkonċerna d-domanda dwar jekk u taħt liema ċirkustanzi suċċessur ekonomiku huwa responsabbli għal djun li jikkonsistu f'multi diġà imposti fuq il-predeċessur tiegħu.</P></NOTE> (l-ewwel domanda) u jekk l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għandhomx diskrezzjoni rigward imputazzjoni bħal din (it-tieni domanda).</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, din tiddetermina jekk l-Autorità Garante kinitx korretta tattribwixxi lil ETI l-parteċipazzjoni mill-AAMS fl-akkordju, jew jekk kien imissha minflok żammet lill-AAMS u ETI separatament responsabbli, u biss għat-tul ta' żmien tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fl-akkordju. Filwaqt li l-Gvern Taljan argumenta favur l-imputazzjoni lil ETI, mhux biss ETI nnifisha imma anki Philip Morris u l-Kummissjoni ħadu l-pożizzjoni opposta.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kriterji għall-imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni (l-ewwel domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda tal-Consiglio di Stato tikkonċerna l-kriterji għal imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetezzjoni fil-każ ta' suċċessjoni ta' impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-problema fundamentali ta' l-imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetezzjoni hija bbażata fuq il-fatt li dawk li lilhom huma indirizzati r-regoli tal-kompetizzjoni u dawk li lilhom huma indirizzati d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni mhumiex neċessarjament l-istess.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10913"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>B'mod speċifiku, filwaqt li r-regoli talko mpetizzjoni huma diretti lejn <HT TYPE="ITALIC">impriżi</HT> u japplikaw fir-rigward tagħhom direttament irrispettivament minn kif huma organizzati u n-natura ġuridika tagħhom, deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li jissanzjonaw ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jist-għu jiġu diretti biss lil <HT TYPE="ITALIC">persuni,</HT> mhux l-inqas minħabba l-fatt li tali deċiżjonijiet iridu jiġu nfurzati<NOTE NOTE.ID="E0053" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 256(1) KE jipprovdi li deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu obbligi pekunjarji fuq persuni li mhumiex l-Istati, jkollhom forza eżekuttiva. Filwaqt li l-verżjoni fillingwa Ġermaniza ma fiha ebda kjarifika ulterjuri, wieħed jista' jikkonkludi minn diversi verżjonijiet lingwistiċi oħrajn li din għandha tirreferi għall-enforzabbiltà ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw peruni fiżiċi jew ġuridiċi; ara bħala eżempju l-verżjonijiet lingwistiċi l-Franċiż (<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="2018"/>personnes<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="2019"/>), it-Taljan (<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="2018"/>persone<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="2019"/>), l-Ingliż (<QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="2018"/>persons<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="2019"/>), il-Portugiż (<QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="2018"/>pessoas<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="2019"/>) u l-Ispanjol (<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="2018"/>personas<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="2019"/>), kif ukoll — partikolarment ċar — l-Olandiż (<QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="2018"/>natuurlijke of rechtspersonen<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="2019"/>).</P></NOTE>. Għal din ir-raġuni, f'kull każ fejn awtorità tal-kompetizzjoni tissanzjona ksur tal-kompetizzjoni tqum id-domanda dwar l-imputazzjoni ta' dak il-komportament lil persuna speċifika<NOTE NOTE.ID="E0054" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-<DATE ISO="19911217">17 tad-Diċembru 1991</DATE>, Enichem Anic vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-6/89" YEAR="1991" PAGE.ECR="II-1623">T-6/89, Ġabra. p. II-1623, point 236</REF.DOC.ECR>); hija partikolarment ċara fuq dan il-punt; flistess sens Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Responsabbiltà personali u kontinwità ekonomika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fl-għażla ta' kriterji għal imputazzjoni ta' ksur, kemm in-natura sanzjonattiva tal-miżuri imposti kif ukoll l-għan tagħhom iridu jittieħdu in kunsiderazzjoni. Il-miżuri jservu għall-infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex jiġu evitati distorzjonijiet tal-ko mpetizzjoni (Artikolu 3(l)(g) KE); għalhekk, dawn huma intiżi biex iservu sabiex jiskoraġġixxu lil oper aturi ekonomiċi milli jwettqu ksur tal-kompetizzjoni<NOTE NOTE.ID="E0055" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>F'dan ir-rigward ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19700715">15 ta' Lulju 1970</DATE>, ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="41/69" YEAR="1970" PAGE.ECR="661">41/69, Ġabra p. 661, punt 173</REF.DOC.ECR>), li tgħid illi l-għan ta' sanzjonijiet għal ksur tal-kontra l-kompetizzjoni huwa <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>sabiex jiġu sopressi attivitajiet illegali u sabiex tiġi evitata xi repetizzjoni<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/>; ara wkoll is-sentenza tas-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE>, Britannia Alloys &amp; Chemicals vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/06 P" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4405">C-76/06 P, Ġabra p. I-4405, punt 22</REF.DOC.ECR>). Fir-rigward ta' l-għan li jiġi skoraġġut ksur fil-futur, ara wkoll is-sentenzi tad-<DATE ISO="20060629">29 ta' Ġunju 2006</DATE>, Showa Denko vs II-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-289/04 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5859">C-289/04 P, Ġabra p. I-5859, punt 61</REF.DOC.ECR>), u SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/04 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5977">C-308/04 P, Ġabra p. I-5977, punt 37</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta' responsabbiltà personali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-konsegwenza tan-natura sanzjonattiva ta miżuri imposti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex jissanzjonaw ksur tal-kompetizzjoni — b'mod partikolari multi — hija li dan il-qasam huwa għall-inqas viċin tad-dritt kriminali. Għalhekk, dak li huwa deċiżiv għall-imputazzjoni ta' responabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni huwa <HT TYPE="ITALIC">Vprinòipju ta' responsabbiltà personali</HT><NOTE NOTE.ID="E0056" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145). II-prinċipju ta' responsabbiltà personali huwa normalment ukoll il-punt tat-tluq li jittieħed mis-sistemi ġuridiċi nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni.</P></NOTE>, li huwa bbażat fuq ir-regola tal-liġi u l-prinċipju ta' tort<NOTE NOTE.ID="E0057" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dwar dan il-punt ara l-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer tal-<DATE ISO="20030211">11 ta' Frar 2003</DATE> fil-Kawża Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25), Ġabra p. I-133, b'mod partikolari lpunti 63 sa 65. Il-prinċipju ta' tort jiġi kkunsidrat anki, pereżempju fl-Artikolu 23(2) ta' Regolament Nru 1/2003, li jipprovdi li mġiba li hija jew intenzjonata jew negliġenti tista' tiġi ppenalizzata b'multa.</P></NOTE>. Responsabbiltà personali tfisser li fil-prin-ċipju r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni għandha tiġi attribwita lill-persuni fiżika jew ġuridika li toperaw l-impriża li tipparteċipa fl-akkordju<NOTE NOTE.ID="E0058" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20001116">16 ta' Novembru 2000</DATE>, KNP BT vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/98 P" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-9641">C-248/98 P, Ġabra p. I-9641, punt 71</REF.DOC.ECR>), Cascades vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/98 P" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-9693">C-279/98 P, Ġabra p. I-9693, punt 78</REF.DOC.ECR>), Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/98 P" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-9925">C-286/98 P, Ġabra p. I-9925, punt 37</REF.DOC.ECR>) u SCA Holding vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/98 P" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-10101">C-297/98 P, Ġabra p. I-10101, punt 27</REF.DOC.ECR>); ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' p. l-<DATE ISO="19980514">14 ta' Mejju 1998</DATE>, SCA Holding vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-327/94" YEAR="1998" PAGE.ECR="II-1373">T-327/94, Ġabra p. II-1373, punt 63</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ; fi kliem iehor il-prinċipal ta' l-impriża huwa responsabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10914"?><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>It-teħid tar-responsabbiltà personali bħala punt ta' referenza normalment isaħħaħ l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni, meta jiġi kkunsidrat li l-persuna li tmexxi l-impriża għandha wkoll influwenza deċiżiva fuq il-komportament tagħha fis-suq; il-pressjoni tal-multi imposti għandha twassalha tbiddel il-komportament tagħha, b'tali mod li fil-futur l-impriża topera b'mod konformi mad-dritt talkompetizzjoni. Fl-istess hin is-sanzjoni għandha effett deterrenti ġenerali peress li sservi wkoll sabiex tiskoraġġixxi lil parteċipanti ekonomiċi oħrajn milli jikkommettu ksur talkompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ċertament, riorganizzazzjonijiet, ċessjo-nijiet ta' impriżi u tibdil ieħor jistgħu jwasslu għas-sitwazzjoni li fiha fiż-żmien li ksur ta' kontra l-kompetizzjoni huwa ssanzjonat il-persuna li tmexxi impriża li pparteċipat flakkordju mhijiex il-per suna li mexxiet l-impriża fi żmien tal-ksur. F'dak ix-xenarju jirriżulta mill-prinċipju ta' responsabbiltà personali li fil-prinċipju l-ksur talkompetizzjoni għandu jiġi attribwit lill-persuna fiżika jew ġuridika li mexxiet l-impriża fiż-żmien tal-ksur <HT TYPE="ITALIC">(operatur oriġinali),</HT> anki jekk fiż-żmien tad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni persuna differenti hija responsabbli għall-operazzjoni tagħha <HT TYPE="ITALIC">(operatur ġdid)</HT><NOTE NOTE.ID="E0059" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Għal darba oħra, ara l-ġurisprudenza iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 58; fl-istess sens, ara Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145).</P></NOTE> jekk l-impriża kompliet il-ksur taħt ir-responsabbiltà ta' l-operatur il-ġdid, il-ksur talkompetizzjoni għandu jiġi attribwit lill-operatur il-ġdid biss miż-żmien li fih huwa ħa l-impriża<NOTE NOTE.ID="E0060" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Cascades vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 57, punti 77 sa 80).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Ir-riskju ta' applikazzjoni eċċessivament formalistika tal-prinċipju ta' responsabbiltà personali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk l-operatur originali ta' l-impriża m'għadux jeżisti iktar jew ma jwettaqx xi attività ekonomika sinjifikanti, is-sanzjoni għall-ksur talkompetizzjoni tista tkun ineffettiva. Applikazzjoni eċċessivament formalistika tal-prinċipju ta' responsabbiltà personali tista' għaldaqstant jkoliha bħala riżultat li l-għan tas-sanzjonijiet għal ksur talkompetizzjoni, prinċipalment l-infurzar effettiv tar-regoli talkompetizzjoni, jiġi mgħawweġ<NOTE NOTE.ID="E0061" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Li l-Qorti tal-ċustizzja tagħti importanza partikolari lil dan il-kriterju huwa muri pereżempju fis-sentenzi CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 9), Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 146 fin), u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 59); ara wkoll is-sentenzi tal-<DATE ISO="19890311">11 ta' Marzu 1989</DATE>, NMH Stahlwerke vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-134/94" YEAR="1989" PAGE.ECR="II-239">T-134/94, Ġabra II-239, punt 127</REF.DOC.ECR>) u ta' l-<DATE ISO="20020320">20 ta' Marzu 2002</DATE>, HFB et vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-9/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="II-1487">T-9/99, Ġabra p. II-1487</REF.DOC.ECR>, punti 106 u 107).</P></NOTE>. Barraminhekk, din toħloq<?PAGE NO="I-10915"?> inċentiv għal operaturi ta' impriżi biex jaħarbu deliberatament mir-responsabbiltà tagħhom taħt id-dritt ta' l-antitrust permezz ta' ċertu tibdil organizzattiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kriterju ta' kontinwità ekonomika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-infurzar effettiv taddritt tal-kompetizzjoni jista' jsir neċessarju, <HT TYPE="ITALIC">bħala eċċezzjoni,</HT> li tiġi attribwita r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mhux lill-operatur originali imma lill-operatur il-ġdid ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Madanakollu, tali imputazzjoni lill-operatur il-ġdid hija possibbli biss jekk f'termini ekonomiċi dan jista' fil-fatt jiġi meqjus bħala s-suċċessur ta' l-operatur originali<NOTE NOTE.ID="E0062" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara fl-istess sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19751216">16 ta' Diċembru 1975</DATE>, Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="40/73—48/73+50/73+54/73—56/73+111/73+113/73+114/7" YEAR="1975" PAGE.ECR="1663">40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73,111/73,113/73 u 114/73, Ġabra p. 1663, punt 84</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jiġifieri jekk ikompli l-impriża li pparteċipat fl-akkordju<NOTE NOTE.ID="E0063" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fl-istess sens, is-sentenzi CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (punt 9) u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (punt 59), iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25.</P></NOTE> (il-kriterju ta' kontinwità ekonomika<NOTE NOTE.ID="E0064" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145), u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 359).</P></NOTE>).</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Barra dan, iridu jeżistu ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw it-tluq mill-prinċipju ta' responsabbiltà personali. Ġew żviluppati essenzjalment żewġ kategoriji ta' każijiet fil-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kriterju ta' kontinwità ekonomika huwa applikat fejn it-tibdil jaffettwa biss lill-operatur ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju u jkollu bħala r-riżultat li dan ma baqax jeżisti iktar ġuridi-kament<NOTE NOTE.ID="E0065" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145).</P></NOTE>. Għaldaqstant, ir-rigward għall-kontinwità ekonomika jiżgura li persuni ġuridiċi ma jistgħux jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom taħt id-dritt ta' l-antitrust sempliċement billi jbiddlu l-forma ġuridika tagħhom jew isimhom<NOTE NOTE.ID="E0066" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara fl-istess sens CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni (punt 9), u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (punt 59), iċċitati iktar 'il fuq fil-punt 25.</P></NOTE>. L-istess għandu japplika per eżempju fir-rigward ta' għaqda fejn l-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju iċedi l-personalità ġuridika tiegħu lil persuna ġuridika oħra li hija s-suċċessur tiegħu fid-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-ġurisprudenza tapplika wkoll il-kriterju ta' kontinwità ekonomika għal riorganizzazzjonijiet fi ħdan grupp ta' kumpanniji li fihom l-operatur originali ma jieqafx neċessarjanient milli jeżisti fid-dritt imma ma jwettaqx aktar xi attività ekonomika sinjifikanti, lanqas f'xi suq iehor għajr<?PAGE NO="I-10916"?> dak affettwat bl-akkordju<NOTE NOTE.ID="E0067" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fl-istess sens, is-sentenza Aalborg Portland et vs IIKummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 359); hemmhekk ġie enfasizzat li l-kriterju ta' kontinwità ekonomika mhuwiex applikabbli fejn hemm <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>żewġ impriżi eżistenti u funzjonanti fejn waħda minnhom sempliċement ittrasferiet parti mill-attivitajiet tagħha lill-oħra u fejn ma kien hemm l-ebda rabta strutturali bejniethom<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/>; is-sentenza NMH Stahlwerke vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 61, punti 127 sa 137).</P></NOTE>. B'mod speċifiku, l-eżistenza ta' rabta strutturali bejn l-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju u l-ġdid<NOTE NOTE.ID="E0068" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fir-rigward tat-tifsira tat-terminu <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>rabta strutturali<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> ara s-sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 359, flimkien mal-punt 344). F'dan il-każ il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li sehem ta' 50 % fl-operatur il-ġdid miżmum mill-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju kien biżżejjed biex ikun hemm <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>rabta strutturali<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> bejn it-tnejn.</P></NOTE> tista tippermetti lillpersuni kkonċernati jaħarbu r-responsabbiltà tagħhom taħt id-dritt ta' l-antitrust, kemm jekk intenzjonalment u anki jekk le, permezz tal-possibiltajiet strutturali disponibbli għali-hom. Għalhekk, per eżempju, ristrutturazzjoni interna ta' grupp jista' jkollha l-effett li l-operatur originali ta' l-impriża jinbidel fqoxra vojta. Sanzjoni imposta fuqha taħt id-dritt ta' l-antitrust tkun ineffettiva<NOTE NOTE.ID="E0069" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>F'dan ir-rigward wieħed għandu jżomm f'moħħu b'mod partikolari li l-fatturat ta' l-impriżi jilgħab rwol deċiżiv filkalkolu tal-multi (ara, pereżempju, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1/2003). Jekk impriża m'għadx għandha fatturai sinjifikanti, ma jkunx iktar possibbli li tiġi imposta multa effettiva fuqha.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>F'dawn il-kategoriji ta' każijiet huwa biss bl-imputazzjoni tar-responsabbilta għall-ksur tal-kompetizzjoni lill-operatur il-ġdid ta' l-impriża li wieħed jista' jiżgura li minn naħa l-persuna miżmuma bħala responsabbli hija dik li tiggwadanja minn xi profitti u żidiet fil-valur ta' l-impriża bħala konsegwenza tal-parteċipazzjoni fl-akkordju<NOTE NOTE.ID="E0070" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-ġurisprudenza huwa rikonoxxut li l-profitt li impriża kienet kapaċi takkwista permezz tal-komportament antikompettitiv tagħha huwa wieħed mill-fatturi relevanti biex tiġi stabbilita s-serjetà tal-ksur, u li t-teħid in kunsiderazzjoni ta' dan il-fattur huwa intiż sabiex jiġi żgurat li multa għandha effett deterrenti (ara sentenza tat-<DATE ISO="20050628">28 ta' ċunju 2005</DATE>, Dansk Rorindustri et vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P—C-208/02 P+C-213/02 P" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5425">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425, punti 260 u 292</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u minn naħa l-oħra li s-sanzjoni bħala tali mhijiex ineffettiva. Dan għaliex huwa biss l-operatur il-ġdid attiv ekonomikament li jista' jagħmel mod li l-impriża taġixxi fil-futur b'mod konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni. Sanzjoni ma jkollhiex effett komparabbli jekk tkun imposta fuq l-operatur originali ta' l-impriża li ma kienx aktar ekonomikament attiv. L-effett deterrenti ġenerali fuq parteċipanti ekonomiċi oħrajn ukoll ikun ta' l-inqas anqas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-limiti ta' l-applikazzjoni tal-kriterju ta' kontinwità ekonomika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Madanakollu, il-prinċipju ta' responsabbiltà personali ma jistax jiġi mminat permezz tar-rikors għall-kontinwità ekonomika, u filprattika jiġi ttrasformat fl-oppost tiegħu. B'mod speċifiku, il-kriterju ta' kontinwità ekonomika huwa intiż mhux biex ikun sostitut għall-prinċipju ta' responsabbiltà personali, imma sempliċement biex jissupplimentah safejn ikun meħtieġ sabiex jiġi punit ksur tal-kompetizzjoni skond it-tort u b'mod effettiv, u b'hekk biex jikkontribwixxi<?PAGE NO="I-10917"?> għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni. Għalhekk, ir-rikors għall-kriterju ta' kontinwità ekonomika għandu jibqa' l-eċċez-zjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Dan ma jipprevenix li kategoriji ġodda ta każijiet jiġu rikonoxxuti b zieda mat-tnejn imsemmija iktar 'il fuq<NOTE NOTE.ID="E0071" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq il-punti 78 u 79.</P></NOTE>. Madankollu, lapplikazzjoni tal-kriterju ta' attività ekonomika għandu jkun suġġett għal limiti partikolarment stretti fejn l-impriża li pparteċipat fl-akkordju tiġi ttrasferita lil terza parti indipendenti u mhemm ebda rabta strutturali bejn l-operatur originali u l-operatur il-ġdid. F'dan ix-xenarju r-rikors għall-kriterju ta' kontinwità ekonomika, u għalhekk imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur talko mpetizzjoni lill-operatur il-ġdid, għandha tkun permessibbli biss jekk l-impriża ġiet ittrasferita lilu <HT TYPE="ITALIC">abbużivament,</HT> jiġifieri blintenzjoni li jiġu evitati s-sanzjonijiet tad-dritt ta' l-antitrust<NOTE NOTE.ID="E0072" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara fl-istess sens is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145 u 146 (in fine), HFB et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 61, punt 107). Ara wkoll il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punti 66 u 67).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>B'kuntrast, jekk dan l-element ta' abbuż huwa nieqes u l-impriża kienet ġiet akkwistata minn terza parti skond il-kundizzjonijiet tas-suq, il-kriterju ta' kontinwità ekonomika m'għandux ikun disponibbli. F'dan ix-xenarju l-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni ma jirrikjedix neċessarjament deroga mill-prinċipju ta' responsabbiltà personali. Minflok, is-sanzjoni taħt id-dritt tal-kompetizzjoni normalment tkun effettiva kontra l-operatur originali ta' l-impriża wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Barra dan, fil-każ ta' ċessjoni skond il-kundizzjonijiet tas-suq mhuwiex neċessarja-ment il-każ li huwa biss l-operatur il-ġdid li jiggwadanja minn xi profitti u żidiet fil-valur ta' l-impriża li huma referibbli għall-parteċi-pazzjoni tagħha fl-akkordju. Minflok, dan jiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, u b'mod partikolari fuq jekk multi imminenti għal ksur tal-kompetizzjoni jittihdux in kunsiderazzjoni jew le permezz ta' tnaqqis fil-prezz.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-karatteristiċi tal-kawża preżenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex imsejha tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali, madanakollu hija xorta tista' tagħti lill-qorti nazzjonali xi gwida li tista' tkun ta'għajnuna biex tiġi riżolta l-kwistjoni prinċipali b'kunsiderazzjoni għall-fatti partikolari tal-każ. F'dan il-kuntest is-segwenti għandu jiġi enfasizzat.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti hija kkaratterizzata mill-fatt li permezz ta' l-impriża tiegħu, lAAMS, l-Istat Taljan kien inizjalment ekonomikament attiv f'żewġ setturi, li kienu, l-<?PAGE NO="I-10918"?>ewwel, logħob ta' l-azzard u lotteriji u, t-tieni, is-settur tat-tabakk. Wieħed biss minn dawn iż-żewġ setturi, jiġifieri l-produzzjoni ta' u n-negozju fü-prodotti tat-tabakk, kien imba-għad ġie ttrasferit lill-korp ekonomiku pubbliku l-ETI, li ġie stabbilit għal dan il-għan u li inizjalment kien baqa' taħt il-kontroll tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi u kien biss wara li ġie ittrasformat f'kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata u pprivatizzat</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għalhekk, kien hemm l-ewwel pass li kien jikkonsisti f'sempliċi ristrutturazzjoni interna, skond liema l-attivitajiet ekonomiċi in kwistjoni ta' l-Istat fis-setturi tal-logħob ta' l-azzard u tat-tabakk baqgħu flimkien irresponsabbiltà tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi u baqgħu wkoll suġġetti għall-kontroll tiegħu. Madankollu, f'tieni pass l-attivitajiet ekonomiċi ta' l-Istat fis-settur tat-tabakk kienu mneħħija mill-isfera ta' influwenza tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi u ġew ittrasferiti għal kontroll privat.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Mhuwiex ikkontestat li l-korp ekonomiku pubbliku l-ETI u l-kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata ETI SpA għandhom jiġu meqjusa bħala <HT TYPE="ITALIC">s-suċċessuri ekonomiċi</HT> ta' l-AAMS fis-settur tal-produzzjoni ta' u n-negozju fil-prodotti tat-tabakk. Dan huwa indikat mhux biss bit-trasferiment formali ta' dawn l-attivitajiet lil ETI u l-pożizzjoni ta' ETI bħala s-suċċessur legali għall-assi, passiv, drittijiet u propjetà ta' l-AAMS<NOTE NOTE.ID="E0073" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament Nru 283/1998; dwar dan, ara iktar 'il fuq, il-punt 10.</P></NOTE>. Anki f termini ekonomiċi, abbażi ta l-informazzjoni disponibbli ETI kompletament assumiet il-funzjonijiet ta' l-AAMS, inkluż ukoll il-parteċipazzjoni fl-akkordju ma Philip Morris.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Madankollu, l-fatt biss li l-ETI tibqa' twettaq l-attivitajiet kummerċjali ta' l-AAMS fis-settur tal-produzzjoni ta' u n-negozju fprodotti tat-tabakk u li l-kriterju ta' kontinwità ekonomika huwa għalhekk sodisfatt mhux biżżejjed sabiex ksur tal-kompetizzjoni ta' l-AAMS jiġi attribwit lil ETI b'deroga mill-prinċipju ta' responsabbiltà personali. Dan għaliex, kif diġà ġie msemmi<NOTE NOTE.ID="E0074" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, il-punt 81.</P></NOTE>, il-kriterju ta' kontinwità ekonomika mhuwiex intiż biex jissostitwixxi l-prinċipju ta' responsabbiltà personali, imma sempliċiment biex jissupplimentah safejn ikun meħtieġ sabiex jiġi punit il-ksur tal-kompetizzjoni skond it-tort u b'mod effettiv, u b'hekk sabiex jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tarregoli tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>F'każ bħal dak preżenti ebda neċessità bhal din mhija apparenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10919"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Kontinwazzjoni ta' l-attività ekonomika ta' l-AAMS</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li mhux I-attività ekonomika koliha ta' l-AAMS ġiet ittrasferita lil ETI: minflok, skond l-informazzjoni pprovduta mill-qorti nazzjonali l-AAMS baqgħet teżisti bħala parteċi-pant ekonomiku indipendenti b'attivitajiet sinjifikanti fis-settur tal-logħob ta' l-azzard u l-lotteriji. Għalhekk, il-każ preżenti mhuwiex paragunabbli għal dak li fih l-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat flakkordju ma baqax iktar jeżisti ġuridika-ment, jew għall-inqas m'għadux iktar jilgħab xi rwol bħala parteċipant ekonomiku<NOTE NOTE.ID="E0075" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, il-punti 78 u 79.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-għan tassanzjoni ma jirrikjediex neċessarjament li din għandha tiġi imposta fuq ETI pjuttost milli fuq l-AAMS. Sanzjoni imposta fuq l-AAMS bħala l-operatur originali ta' l-impriża xorta jista' jkollha effett detterenti u b'hekk tikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tad-dritt talko mpetizzjoni. Dan għaliex l-AAMS tibqa' tipparteċipa fil-ħajja ekonomika u tista' permezz ta' sanzjoni tiġi mġiegħlha ġġib ruħha fil-futur b'mod li jkun konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Wieħed irid jammetti li multa pagabbli minn impriża li hija proprjetà ta' l-Istat bħal l-AAMS tirritorna lura għand l-Istat; madanakollu l-awtonomija finanzjarja u ta' kontabbiltà li tgawdi l-AAMS<NOTE NOTE.ID="E0076" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq il-punt 9. Waqt is-smigħ orali ir-rappreżentant tal-G vern Taljan żied jgħid f'dan ir-rigward li l-baġit ta' l-AAMS kien separat minn dak tal-Ministeru ta' l-Ekonomija u tal-Finanzi.</P></NOTE> tindika li ssanzjoni tista' madanakollu jkollha effett fuq l-imġiba individwali fis-suq ta' l-AAMS.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Lanqas il-fatt li l-AAMS m'għadhiex iktar ekonomikament attiva fis-settur tattabakk ma jipprekludi li tiġi attribwita lill-AAMS ir-responsabbiltà għall-ksur tal-kompetizzjoni abbażi tal-prinċipju ta' responsabbiltà personali<NOTE NOTE.ID="E0077" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dwar dan il-punt ara Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazzjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26, punt 145), fejn Anic kienet irtirat mill-fergħa ekonomika affettwata blakkordju imma kienet xorta waħda nżammet responsabbli b'referenza għall-prinċipju ta' responsabbiltà personali; dan kien ġie kkjarifikat fis-sentenza sussegwenti f'Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 359), fejn Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni ġiet deskritta bħala <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>każ [li] kien jikkonċerna żewġ impriżi eżistenti u funzjonanti li waħda minnhom sempliċement ittrasferiet parti mill-attivitajiet tagħha lilloħra<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> [enfasi miżjuda].</P></NOTE>. Dan għaliex, fi kwalsiasi każ, kull multa li hija thallas xorta jista' jkollha effett deterrenti ġenerali f'dak is-settur, sabiex impriżi li għadhom attivi f'dik il-fergħa ta' l-ekonomija jista' jinġibu jikkon-duċu rwieħom b'mod konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni u jkunu skoraġġuti milli jikkommettu ksur ġdid tal-kompetizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10920"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-privatizzazzjoni u ċ-ċessjoni ta' ETI lil terza parti indipendenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi mfakkar li sa dak iż-żmien ETI ġiet ittrasformata fkumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata u pprivatizzata, kif kien wara kollox ippjanat mill-bidu nett. F'dan ir-rigward m'hemm l-ebda bażi għalfejn it-trasferiment ta' l-impriża lil ETI jiġi meqjus bħala abbużiv, bil-għan li jiġu evitati s-sanzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzj oni.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Barraminhekk, safejn jidher, għall-inqas meta s-sanzjoni kienet imposta, ma kienx għad hemm ebda rabta strutturali bej n 1-AAMS bhala 1-operatur precedenti ta' 1-impriża li pparteċipa fl-akkordju u ETI bhala 1-operatur il-ġdid. Minflok, meta s-sanzjoni ġiet imposta 1-impriża kienet diġà proprjetà ta' terza parti indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar il-każ preżenti jixbah inqas lir-ristrutturazzjoni interna ta grupp milli liċ-ċessjoni ta' impriża lil terza parti indipendenti skond il-kundizzjonijiet tas-suq, sitwazzjoni li ghaliha 1-kriterju ta' kontinwità ekonomika, kif diġà ġie spjegat<NOTE NOTE.ID="E0078" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, il-punti 81 sa 84.</P></NOTE>, m'għandux jiġi applikat.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>B'kuntrast mal-Gvern Taljan jiena ma nqisx li xi żieda fil-valur ta' 1-impriża relatata mal-akkordju li ETI kompliet twettaq bħala raġuni biex issir deroga mill-prinċipju ta' responsabbiltà personali. Dan ghaliex kif diġà ġie spjegajt, mhux neċessarjament il-każ li 1-operatur il-ġdid ta' 1-impriża jiggwadanja minn tali żieda fil-valur. Għal kuntrarju, tali żieda fil-valur setgħet ġiet riflessa fil-prezz tax-xiri ta 1-ishma f'ETI SpA fiż-żmien li ġiet kompletament ipprivatizzata, u li f'dak il-każ ikun anki ġie realizzat mill-bejjiegħ, jiġifieri 1-Istat Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, irid jissemma' li safejn għandha x'taqsam 1-imputazzjoni ta' responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni m'għandhiex tagħmel differenza jekk kinitx per suna privata jew 1-Istat li ċediet 1-impriża li pparteċipat f'akkordju lil terza parti indipendenti. Fi kwalsiasi każ, 1-Istat m'għan-dux jitqiegħed fpożizzjoni aħjar minn bej-jiegħ privat.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Ċertament, il-Kummissjoni hija talfehma li f'ċerti ċirkustanzi r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriza pubblika li ġiet ipprivatizzata tiġi ttrasferita lill-operatur privat il-ġdid tagħha abbażi tal-prinċipju ta' kontinwità ekonomika. Din tieħu din il-pożizzjoni speċifika-ment fir-rigward tal-każ li fih in segwitu tal-privatizzazzjoni l-Istat ma jibqax iwettaq<?PAGE NO="I-10921"?> iktar xi attività ekonomika permezz ta' listruttura organizzattiva partikolari li għaliha l-impriża privatizzata kienet inizjalment tappartjeni, anki jekk dan jista' jibqa' ekonomikament attiv fi ħdan strutturi l-oħra, pere-żempju fi ħdan l-isfera ta' kompetenza ta' ministeri oħrajn<NOTE NOTE.ID="E0079" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bħala eżempju l-Kummissjoni tqajjem il-fatt li impriżi ta' l-Istat fis-setturi postali u tal-ferrovija fl-Italja, tradizzjonalment kienu parti minn strutturi organizzattivi oħrajn, u b'mod partikolari suġġetti għal ministeri differenti mill-AAMS.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Madanakollu, argument kontra dan huwa l-fatt li s-sempliċi privatizzazzjoni ta' impriża pubblika m'għandhiex teħles lill-Istat mirresponsabbiltà tiegħu għal xi ksur talko mpetizzjoni mwettaq mill-impriża li kien jopera qabel Għal kuntrarju, din irresponsabbiltà ta' l-Istat hija l-konsegwenza logika ta' l-attività ekonomika tiegħu fir-rigward ta' liema ma jistax fil-prinċipju jaħrab mir-regoli tal-kompetizzjoni li japplikaw għall-impriżi koliha (ara wkoll l-Artikolu 86(1) KE). Għalhekk, jekk per suna privata tibqa' tin-żamm responsabbli abbażi tal-prinċipju ta' responsabbiltà personali għal ksur tal-kompetuzzjoni mwettaq minn impriża li hija kienet topera anki wara ċ-ċessjoni tagħha, lebda regola oħra ma tista' tapplika għall-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Madanakollu, fl-aħħar mill-aħħar ilproblema mqajma mill-Kummissjoni m'hemmx bżonn li tiġi riżolta definittivament fil-kawża preżenti. Dan għaliex skond l-informazzjoni pprovduta mill-qorti nazzjonali, fil-każ preżenti l-Istat Taljan fi kwalunkwe każ jibqa' ekonomikament attiv permezz ta' l-AAMS. Għalhekk, I-attività ekonomika tiegħu tkompli permezz ta' listess struttura organizzattiva minn fejn oriġinat l-isfera ta' attività li sussegwentement ġiet ittrasferita lil ETI u pprivatizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Kollox ma' kollox, jiena għalhekk talfehma li f'każ bħal dak preżenti l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-prinċipju ta' responsabbiltà personali u m'għandhomx jattribwixxu rresponsabbiltà għall-ksur tal-kompetizzjoni billi jagħmlu referenza għall-kriterju ta' kontinwità ekonomika.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fir-rigward ta' imputazzjoni ta' responsabbiltà (it-tieni domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tiegħu l-Consiglio di Stato jistaqsi fis-sustanza għal gwida rigward jekk l-awtorità tal-kompetizzjoni kompetenti għandhiex diskrezzjoni libera tattribwixxi responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni jew lill-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju jew lill-operatur il-<?PAGE NO="I-10922"?>ġdid sabiex tiżgura li l-effettività prattika tar-regoli tal-kompetizzjoni mhijiex ipperikolata.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie spjegat, fil-każ ta' suċċess-joni ta' impriżi r-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni għandha tiġi attribwita skond il-prinċipju ta' responsabbiltà personali. IIkriterju ta' kontinwità ekonomika mhuwiex intiż sabiex jissostitwixxi l-prinċipju ta' responsabbiltà personali, imma sempliċe-ment biex jissupplimentah safejn hu meħtieġ biex jiġi punit ksur tal-kompetizzjoni skond it-tort u b'mod effettiv, u b'hekk sabiex jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li la l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kompetenti u lanqas il-qrati kompetenti m'għandhom għażla dwar jekk jattribwixxux ir-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriża lill-operatur originali jew lill-operatur il-ġdid tagħha. Għal kuntrarju, il-kriterju ta' kontinwità ekonomika jista' jiġi applikat biss jekk bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' responsabbiltà personali s-sanzjoni tad-dritt ta' l-antitrust ma tilħaqx l-għan tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Madanakollu, il-punt dwar jekk sanzjoni tad-dritt ta' l-antitrust tfallix milli tilħaq l-għan tagħha jista', fil-każ individwali, jeħ-tieġ evalwazzjoni ta' sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Għalhekk jista' jkun meħtieġ li jiġi evalwat jekk, fiż-żmien meta l-komportament qiegħed jiġi punit, l-operatur originali ta' l-impriża li pparteċipat fl-akkordju xorta jwettaq xi attività ekonomika sinjifikanti, sabiex sanzjoni imposta fuqu tista' tikkostitwixxi kontribuzzjoni effettiva għall-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni. Barra dan, l-eżistenza jew in-nuqqas ta' rabta strutturali bejn l-operatur originali u l-operatur il-ġdid ta' l-impriża tista' teħtieġ evalwazzjoni bħal din ta' sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, flimkien mad-domanda dwar jekk l-impriża kinitx ċeduta lill-operatur il-ġdid skond ilkundizzjonijiet tas-suq jew b'xi għan abbużiv.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Kif ġie enfasizzat korrettement mill-Kummissjoni, id-dritt Komunitarju jħalli lill-awtorità tal-kompetizzjoni kompetenti margini ta' diskrezzjoni meta tagħmel evalwazzjonijiet bħal dawn<NOTE NOTE.ID="E0080" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-ġurisprudenza f'dan is-sens hija konsistenti; ara sempliċe-ment is-sentenzi tal-<DATE ISO="19850711">11 ta' Lulju 1985</DATE>, Remia et vs IIKummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="42/84" YEAR="1985" PAGE.ECR="2545">42/84, Ġabra p. 2545, punt 34</REF.DOC.ECR>), tas-<DATE ISO="19871117">17 ta' Novembru 1987</DATE>, BAT u Reynolds vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="142/84+156/84" YEAR="1987" PAGE.ECR="4487">142/84 u 156/84, Ġabra p. 4487, punt 62</REF.DOC.ECR>), u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25, punt 279).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10923"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lill-Consiglio di Stato:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Skond il-prinċipju ta' responsabbiltà personali, ir-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriża għandha fil-prinċipju tkun attribwita lill-operatur originali tagħha li kien responsabbli għall-impriża meta twettaq il-ksur, anki jekk fiż-żmien tad-deċiżjoni mill-awtorità tal-kompetizzjoni operatur ġdid huwa responsabbli għall-impriża.</TXT><P>Dan japplika wkoll jekk fiż-żmien tal-ksur l-impriża kienet operata mill-Istat u r-responsabbiltà għaliha kienet ġiet sussegwentement ittrasferita lil persuna privata.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>B'mod eċċezzjonali biss, ir-responsabbiltà għall-ksur tal-kompetizzjoni għandha tiġi attribwita lill-operatur il-ġdid ta' l-impriża jekk:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-operatur il-ġdid kompla jopera l-impriża sa meta ttieħdet id-deċiżjoni mill-awtorità tal-kompetizzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>meta ttieħdet id-deċiżjoni mill-awtorità tal-kompetizzjoni l-operatur originali ma kienx għadu jeżisti ġuridikament jew ma kienx għadu jwettaq xi attività ekonomika sinjifikanti, lanqas f suq differenti għajr dak affettwat mill-akkordju, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-10924"?><ITEM><P>jew hemm rabta strutturali bejn l-operatur il-ġdid u dak originali jew l-impriża kienet ittrasferita lill-operatur il-ġdid abbużivament sabiex tiġi evitata s-sanzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-imputazzjoni tar-responsabbiltà għal ksur tal-kompetizzjoni l-awtorità kompetenti m'għandha l-ebda diskrezzjoni. Madanakollu, għandha margini ta' diskrezzjoni safejn għandha tevalwa sitwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi fi ħdan il-qafas ta' imputazzjoni bħal din.<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>