2005R0358 — MT — 25.07.2013 — 001.001

Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 358/2005

tat-2 ta' Marzu 2005

dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

(ĠU L 057, 3.3.2005, p.3)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 643/2013 tal-4 ta’ Lulju 2013

  L 186

7

5.7.2013

▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 358/2005

tat-2 ta' Marzu 2005

dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf ( 1 ), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali fl-Unjoni Ewropea.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi elenkati fl-annessi ta’ dan ir-Regolament kienu mressqa qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawn l-applikazzjonijiet li nħarġu skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE ġew imressqa lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ alpha-amylase u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 ( 3 ).

(6)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi.

(7)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni favorevoli fir-rigward tal-potenzjal ta’ produzzjoni tat-tossini tal-mikroorganiżmu li jipproduċi din il-preparazzjoni ta' enżimi fil-15 ta' Settembru 2004.

(8)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 ( 4 ).

(10)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi.

(11)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(12)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000.

(13)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi.

(14)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(15)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ alpha-amylase u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 357.94) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 ( 5 ).

(16)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi.

(17)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(18)

Għalhekk, l-użu ta’ dawn l-erba’ preparazzjonijiet ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(19)

L-użu tas-sustanza “tartrazine” kien awtorizzat proviżorjament, bħala sustanza li tagħti l-kulur għal għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u gerriema żgħar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2697/2000 ( 6 ).

(20)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din is-sustanza li tagħti l-kulur.

(21)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(22)

L-użu tas-sustanza “sunset yellow FCF” kien awtorizzat proviżorjament, bħala sustanza li tagħti l-kulur għal għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u gerriema żgħar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2697/2000.

(23)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din is-sustanza li tagħti l-kulur.

(24)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(25)

L-użu tas-sustanza “patent blue V” kien awtorizzat proviżorjament, bħala sustanza li tagħti l-kulur għal għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u gerriema żgħar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2697/2000.

(26)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din is-sustanza li tagħti l-kulur.

(27)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(28)

L-użu tas-sustanza “chlorophyll copper complex” kien awtorizzat proviżorjament, bħala sustanza li tagħti l-kulur għal għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u gerriema żgħar, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2697/2000.

(29)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din is-sustanza li tagħti l-kulur.

(30)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti.

(31)

Għalhekk, l-użu ta’ dawn l-erba’ sustanzi li jagħtu l-kulur kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(32)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1(4)-beta-xylanase prodott mill-Bacillus subtilis (LMG-15136) huwa awtorizzat għat-tiġieġ għat-tismin mingħajr limitu ta’ żmien permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004 ( 7 ), u proviżorjament għall-ħnieżer żgħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 937/2001 ( 8 ) għad-dundjani għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 ( 9 ), u għall-ħnieżer għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2003 ( 10 )

(33)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi tiġi estiża għat-tiġieġ li jbidu.

(34)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li ma tippreżentax riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(35)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet għal dak l-użu huma sodisfatti.

(36)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi tat-3-phytase prodott permezz tat-Trichoderma reesei (CBS 528.94) huwa awtorizzat għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 ( 11 ).

(37)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi tiġi estiża għad-dundjani għat-tismin u ħnieżer nisa.

(38)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li ma tippreżentax riskju għal dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ l-annimali, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(39)

Għalhekk, l-użu ta’ dawn iż-żewġ preparazzjonijiet ta’ enżimi kif speċifikat fl-Anness III għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(40)

L-użu tal-preparazzjoni ta' micro-organiżmi ta’ Enterococcus faecium hija awtorizzata għall-għoġiela mingħajr limitu ta’ żmien permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1288/2004 ( 12 ) u proviżorjament sat-30.06.2004, għat-tiġieġ għat-tismin, ħnieżer żgħar, ħnieżer għat-tismin, ħnieżer nisa u bhejjem ta’ l-ifrat għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 ( 13 ).

(41)

Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmi tiġi estiża għall-klieb u l-qtates.

(42)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li ma tippreżentax riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

(43)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet għal dak l-użu huma sodisfatti.

(44)

Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness IV għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(45)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ( 14 ).

(46)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi” kif elenkati fl-Anness I huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness I

Artikolu 2

Is-sustanzi li jagħmlu parti mill-grupp “Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti, sustanzi oħra li jagħtu l-kulur” kif elenkati fl-Anness II huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness II.

Artikolu 3

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi” kif elenkati fl-Anness III huma awtorizzati proviżorjament għal erba’ snin bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness III.

Artikolu 4

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” kif elenkati fl-Anness IV huma awtorizzati proviżorjament għal erba’ snin bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness IV.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1619

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Preparazzjoni ta’ alpha-amylase u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) li għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma miksija:

Alpha-amylase: 200 KNU (1)/g

Endo-1,3-beta-glucanase: 350 FBG (2)/g

Fil-forma likwida:

Alpha-amylase: 130 KNU/ml

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 225 FBG/ml

Tiġieġ għat-tismin

—

alpha-amylase: 10 KNU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ

alpha-amylase: 20-40 KNU

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 35-70 FBG

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna lamtu u beta glucans, eż. li fih aktar minn 40 % ta’ ċereali (eż. barli, ħafur, qamħ, segala, triticale, jew mais).

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,3(4)-beta –glucanase: 17 FBG

—

E 1620

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Bacillolysin EC 3.4.24.28

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta’

Endo-1,3(4)-beta-glucanase2 350 U (3)/g

Endo-1,4-beta-glucanase: 4 000 U (4)/g

Alpha-amylase: 400 U (5)/g

Bacillolysin: 450 U (6)/g

Endo-1,4-beta-xylanase 20 000 U (7)/g

Tiġieġ għat-tismin

—

Endo-1,3(4)-beta-glucanase 587 U

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 175 - 2 350 U

endo-1,4-beta-glucanase: 2 000 - 4 000 U

alpha-amylase: 200 - 400 U

bacillolysin: 225 - 450 U

endo-1,4-beta-xylanase: 10 000 - 20 000 U

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 45 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,4-beta-glucanase 1 000 U

—

Alpha-amylase: 100 U

—

Bacillolysin: 112 U

—

Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000 U

—

E 1621

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

Alpha-amylase EC 3.2.1.1

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta’

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 10 000 U (3)/g

Endo-1,4-beta-glucanase 120 000 U (4)/g

Alpha-amylase: 400 U (5)/g

Endo-1,4-beta-xylanase 210 000 U (7)/g

Tiġieġ għat-tismin

—

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

Endo-1,3(4)-beta-glucanase1 000 – 2 000 U

endo-1,4-beta-glucanase: 12 000 – 24 000 U

alpha-amylase: 40 – 80 U

endo-1,4-beta-xylanase: 21 000 – 42 000 U

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 45 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,4-beta-glucanase: 6 000 U

—

Alpha-amylase: 20 U

—

Endo-1,4-beta-xylanase: 10 500 U

—

E 1622

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit- Trichoderma longibrachiatum (CBS 357.94) li għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma granulari:

6 000 BGU (8)/g

8 250 EXU (9)/g

Fil-forma likwida:

2 000 BGU/ml

2 750 EXU/ml

Tiġieġ għat-tismin

—

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 BGU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 BGU

endo-1,4-beta-xylanase: 680 EXU

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ u 30 % barli jew 20 % segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 680 EXU

—

(1)   1 KNU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 672 mikromoles ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn lamtu solubbli fil-minuta f’ pH ta’ 5,6 u 37 °C.

(2)   1 FBG huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 5,0 u 30 °C.

(3)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 30 °C.

(4)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f’ pH ta’ 4,8 u 50.°C.

(5)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu “cross-linked” li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

(6)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu “cross-linked” li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

(7)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0067 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(8)   1 BGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,278 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 3,5 u 40 °C.

(9)   1 EXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan fil-minuta f’ pH ta’ 3,5 u 55 °C.

L-ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

2.  Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

E 102

Tartrazine

C16H9N4O9S2Na3

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 110

“Sunset yellow” FCF

C16H10N2O7S2Na2

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

▼M1 —————

▼B

E 141

“Chlorophyll copper complex”

—

Għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

Gerriema żgħar

—

—

150

—

Mingħajr limitu ta’ żmien

ANNESS III

Nru KE jew Nru

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

51

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill- Bacillus subtilis (LMG S-15136) i għandha attivitajiet minimi ta’:

Fil-forma solida u likwida:

100 IU (1)/g jew ml

Tiġieġ li jbidu

—

10 IU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ: 10 IU

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih ħafna arabinoksilan eż. li fih minimu ta’ 40 % qamħ jew barli.

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

28

3-Phytase EC 3.1.3.8

Preparazzjoni ta’ 3-phytase prodotta permezz ta’ Trichoderma reesei (CBS 528.94) li fiha attività minima ta’:

Forma solida: 5 000 PPU (2)/g

Forma likwida: 1 000 PPU/g

Dundjani għat-tismin

—

250 PPU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 250 – 1 000 PPU.

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih aktar minn 0,22 % phosphorus li huwa “phytin bound”

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

Ħnieżer nisa

—

250 PPU

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 500 – 1 000 PPU.

3.  Għall-użu f’ għalf “compound” li fih aktar minn 0,22 % phosphorus li huwa “phytin bound”

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

(1)   1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan ta’ l-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 4.5 u 30 °C.

(2)   1 PPU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f’ pH ta’ 5 u 37 °C.

L-ANNESS IV

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

10

Enterococcus faecium NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’ forma microenkapsulata: 5 × 109 CFU/g

Klieb

—

4,5 × 106

2 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]

Qtates

—

5 × 106

8 × 109

( 1 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

( 2 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29

( 3 ) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 26.

( 4 ) ĠU L 280, 4.11.2000, p. 28

( 5 ) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

( 6 ) ĠU L 319, 16.12.2000, p. 1.

( 7 ) ĠU L 239, 9.7.2004, p. 8.

( 8 ) ĠU L 130, 12.5.2001, p. 25.

( 9 ) ĠU L 333, 10.12.2002, p. 5.

( 10 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 12.

( 11 ) ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.

( 12 ) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.

( 13 ) ĠU L 108, 27.4.1999, p. 21.

( 14 ) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.