<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.1101146501.case.xml"><NO.CASE>C-339/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CO0339</NO.CELEX><NO.SEQ>0010.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11467</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11475</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20101112">12.11.2010</DATE> — KAWŻA C-339/10</LEFT><RIGHT>ESTOV <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P>tat-<DATE ISO="20101112">12 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-339/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100707">7 ta’ Lulju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Krasimir Asparuhov Estov,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Monika Lyusien Ivanova,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kemko International EAD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerski savet na Republika Bulgaria,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-11468"?><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn K. Schiemann, President tal-Awla, L. Bay Larsen u C. Toader (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>wara li semgħet l-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn V. Estov, V. Ivanova u Kemko International EAD, u l-Ministerski savet na Republika Bulgaria (Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Bulgarija).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11469"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Dikjarazzjoni Nru 1 dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, iffirmat fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="335" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 335</REF.DOC.OJ>), tipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-Karta [...], li hija legalment vinkolanti, tikkonferma d-drittijiet fundamentali garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.</P><P>Il-Karta ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta’ l-Unjoni, u la toħloq kompetenzi jew kompiti ġodda għall-Unjoni, u lanqas timmodifika l-kompetenzi u l-kompiti kif definiti fit-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11470"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 103 tal-Liġi dwar l-iżvilupp tat-territorju (Zakon za ustroystvo na teritoriata) jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="103.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pjanijiet għal żvilupp ġenerali għandhom jiddeterminaw l-użu prinċipali u t-tip ta’ kostruzzjoni tal-partijiet strutturali speċifiċi tat-territorji li jinsabu fil-pjan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pjanijiet għal żvilupp dettaljat għandhom jiddeterminaw l-użu preċiż u t-tip ta’ kostruzzjoni tal-artijiet speċifiċi li jinsabu fil-pjan.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 ta’ din il-liġi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…]</P><?PAGE NO="I-11471"?><PARAG IDENTIFIER="127.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pjan għal żvilupp ġenerali għandu jiġi approvat mill-kunsill muniċipali wara li jkun ġie ppreżentat mis-sindku. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Din hija definittiva u ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>[…] In-normi u r-regoli speċifiċi dwar l-iżvilupp ta’ territorju li jinsab fil-belt kapitali għandhom ikunu s-suġġett ta’ liġi speċifika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…] Il-pjan il-ġdid għal żvilupp ġenerali tal-belt kapitali, kif ukoll l-emendi fil-pjan għal żvilupp ġenerali fis-seħħ għandhom jiġu adottati mill-Kunsill tal-Ministri, skont din il-liġi u bl-osservanza tar-regoli u n-normi dwar l-iżvilupp u l-kostruzzjoni stabbiliti bil-liġi dwar l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-belt kapitali.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…] Il-pjan għal żvilupp ġenerali ta’ belt ta’ importanza nazzjonali għandu jiġi approvat b’digriet mill-Ministru tal-Iżvilupp Reġjonali u tax-Xogħlijiet Pubbliċi, mogħti wara konsultazzjoni mal-kunsill muniċipali, u għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. Id-digriet huwa definittiv u ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11472"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091216">16 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Ministerski savet na Republika Bulgaria emenda l-pjan għall-iżvilupp ġenerali tal-belt ta’ Sofija fir-rigward ta’ żewġ artijiet intiżi għal użu regolat. Skont dan il-pjan, dawn iż-żewġ artijiet jinsabu f’żona ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>attivitajiet ta’ servizzi għall-kollettività<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u, skont il-pjan għal żvilupp dettaljat, dawn huma intiżi għall-kostruzzjoni ta’ mħażen u ta’ uffiċċji. Skont din id-deċiżjoni, l-imsemmija artijiet iddaħħlu minn issa ’l quddiem f’żona <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ħadra<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li fiha l-bini għal attività ekonomika ma għadux awtorizzat.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Varhoven administrativen sad. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE> mogħti minn awla komposta minn tliet membri, din ċaħdet dan ir-rikors peress li qieset li, skont l-Artikolu 127(6) u (10) tal-liġi dwar l-iżvilupp tat-territorju, il-pjanijiet għall-iżvilupp ġenerali approvati mill-kunsill muniċipali u mill-Ministru tal-Iżvilupp Reġjonali u tax-Xogħlijiet Pubbliċi ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell minn dan id-digriet quddiem l-istess qorti, din id-darba komposta minn ħames membri, li tistaqsi jekk il-fatt li ma hemmx, fil-liġi nazzjonali, id-dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra deċiżjoni dwar pjan għal żvilupp ġenerali fil-belt kapitali huwiex inkompatibbli mad-dritt stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11473"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Varhoven administrativen sad iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>Huwa possibbli li atti amministrattivi li jiksru d-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea jiġu esklużi mill-istħarriġ ġudizzjarju stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta [...]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li dan huwa possibbli, jeżistu kriterji sabiex jiġi ddeterminat liema tipi ta’ atti amministrattivi skont l-Artikolu 47 tal-Karta [...] jistgħu jiġu esklużi mill-istħarriġ ġudizzjarju u liema huma dawn il-kriterji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Huwa possibbli li l-istħarriġ ġudizzjarju jiġi eskluż fir-rigward tal-pjanijiet għal żvilupp ġenerali li jiksru d-dritt ta’ proprjetà?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors, hija tista’, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11474"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bis-saħħa tal-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tat-Trattat FUE kif ukoll dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata biss għall-eżami tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (ara d-digriet tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, Polier, C-361/07, punt 9, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-kawża preżenti, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, id-dispożizzjonijiet tagħha jikkonċernaw lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Istati Membri […] biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u li, skont l-Artikolu 6(1) TUE, li jagħti lill-Karta valur vinkolanti, u kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, l-imsemmija Karta ma toħloq ebda kompetenza ġdida għall-Unjoni u ma tibdilx il-kompetenzi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li jorbtu lill-Istati Membri fil-każijiet kollha li fihom huma msejħa japplikaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea, jorbtuhom, sa fejn huwa possibbli, sabiex ma jiksrux l-imsemmija rekwiżiti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Möllendorf u Möllendorf-Niehuus, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-117/06" PAGE.ECR="I-8361" YEAR="2007">C-117/06, Ġabra p. I-8361</REF.DOC.ECR>, punt 78 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni tar-rinviju la tinkludi element konkret li jippermetti li d-deċiżjoni tal-Ministerski savet na Republika Bulgaria, tas-<DATE ISO="20091216">16 ta’ Diċembru 2009</DATE>, titqies li hija miżura li timplementa d-dritt tal-Unjoni Ewropea u lanqas ma għandha elementi oħra li jorbtuha ma’ dan tal-aħħar, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex stabbilita sabiex tagħti risposta għat-talba għal domanda preliminari.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11475"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven administrativen sad.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija), b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>