European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6201

15.10.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2695, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

(C/2024/6201)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2695 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (3) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u r-Regolament (UE) 2018/1542 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1542, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-2 ta' Mejju 2025 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2018/1542.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(2)   ĠU L, 2024/2695, 11.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2695/oj.

(3)   ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6201/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)