|
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/252
tal-21 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għal mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt integrat fil-housing tat-trażmissjoni u kkombinat ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta’ Mejju 2021, il-fornitur ZF Friedrichshafen AG (“l-Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni, bħala teknoloġija innovattiva, ta’ teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt b’konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għall-użu f’ċerti karozzi tal-passiġġieri u vetturi ħfief b’sistema ibrida elettrika li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC-HEV). |
|
(2) |
It-teknoloġija użata f’muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt b’konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għall-użu fl-istess tip ta’ vetturi NOVC-HEV kif imsemmi mill-Applikant, ġiet approvata bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 (2). |
|
(3) |
It-teknoloġija speċifikata mill-Applikant fl-applikazzjoni tiegħu hija mutur ġeneratur li huwa konness direttament max-xaft tal-input tat-trażmissjoni, jiġifieri “ġeneratur tal-istartjar integrat”, li jippermetti li jitnaqqas it-telf mekkaniku li jseħħ bejn is-sors tat-trażmissjoni u l-ġeneratur. Din topera biss fil-medda tal-veloċità tal-magna tal-magna b’kombustjoni interna. |
|
(4) |
Instab li t-teknoloġija speċifikata mill-Applikant tipprovdi livell għoli ta’ effiċjenza, u jenħtieġ li titqies li tipprovdi l-istess funzjonalità bħal dik approvata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167. Għalhekk, jenħtieġ li titqies bħala teknoloġija innovattiva li għaliha jista’ jiġi applikat il-kodiċi 32 tal-ekoinnovazzjoni. |
|
(5) |
Il-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 hija applikabbli, ħlief għall-frekwenzi rotazzjonali u għall-frekwenzi tal-punti ta’ tħaddim li għandhom jintużaw għall-kejl tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur, li jeħtieġ li jiġu adattati fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tat-teknoloġija speċifikata mill-Applikant. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 tiġi modifikata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u għal ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 7.8.2020, p. 15)
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2.1 huwa emendat kif ġej:
|