|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE rigward ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6044)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/828/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) tistabbilixxi miżuri tranżitorji għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal iktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/716/KE ġiet emendata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/290/KE (5), 2008/330/KE (6), 2008/552/KE (7) u 2008/678/KE (8). |
|
(3) |
Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni. |
|
(4) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu jkun emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 94.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li jmiss għall-ipproċessar tal-laħam huma mħassra:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li jmiss għall-ipproċessar tal-ħalib huma mħassra:
|