24.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 241/2010

tat-8 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tal-Belarus fil-lista ta’ pajjiżi terzi stipulati f’dak ir-Regolament sabiex jippermetti t-tranżitu mill-Belarus permezz tal-Unjoni ta’ bajd u prodotti tal-bajd għall-konsum uman u l-modifika ta’ ċertifikazzjoni għal flieles ta’ tjur ta’ ġurnata għajr għal għasafar li ma jtirux

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u partikolarment l-Artikolu 26(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi u tistipula għal ċertifikati mudell għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti.

(2)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-intoduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman u tistipula għall-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u ċertifikazzjoni għat-tranżitu.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarji (3) jipprovdi li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss ġo u mgħoddija mill-Unjoni fi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertfikazzjoni veterinarja għal prodotti bħal dawn. Il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjawhom huma elenkati fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

(4)

Il-Belarus attwalment mhix elenkata fil-Parti I tal-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Din talbet li tiġi inkluża f’dik il-lista u tat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Il-Kummissjoni għandha fehma pożittiva tal-informazzjoni pprovduta mill-Belarus fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali ta’ dak il-pajjiż terz meħtieġa għat-tranżitu ta’ bajd u prodotti tal-bajd għall-konsum uman mill-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista stipulata fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Madankollu, sakemm joħroġ l-eżitu ta’ spezzjoni li għandha titwettaq mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fil-Belarus, l-inklużjoni fil-lista għandha tkun limitata għat-tranżitu ta’ bajd u prodotti tal-bajd għall-konsum uman minn dak il-pajjiż terz ġol-Unjoni bid-destinazzjoni finali f’pajjiżi terzi oħra peress li r-riskju għas-saħħa tal-annimali minn introduzzjoni bħal din hija baxxa ħafna. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tingħata skont il-garanzija addizzjonali li t-tranżitu jitwettaq bit-triq jew bil-ferrovija fi trakkijiet jew f’vaguni tal-ferrovija li ġew issiġillati b’siġill b’numru tas-serje.

(6)

Peress li din mistennija li tkun miżura interim għandha tibqa fis-seħħ għal 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ.

(7)

L-inseriment tal-Belarus għandu għaldaqstant jidħol fil-lista tal-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u għandu jiżdied inseriment ġdid fit-taqsima “Garanziji addizzjonali” fil-Parti 2 tal-Anness I.

(8)

L-esperjenza uriet li ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali ta’ flieles ta’ ġurnata mill-veterinarju uffiċjali fiż-żmien tal-kunsinna għall-importazzjonijiet ġol-Unjoni tista’ tippreżenta problemi prattiċi għall-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz.

(9)

Sabiex titqies il-prassi ta’ produzzjoni u l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet neċessarji tas-saħħa tal-annimali jkomplu jiġu ssodisfati, iċ-ċertifikat tal-veterinarju mudell għall-flieles ta’ ġurnata fil-Parti 2 tal-Anness I għandu jiġi modifikat.

(10)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex jippermetti li l-Istati Membri u l-industrija jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli previsti f’dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Prodotti fir-rispett ta’ liema ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti ġew maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistgħu jkomplu jiġu importati ġewwa jew mogħdija tranżitu ġol-Unjoni sal-1 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)   ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

Stati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

Stati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S0

BR-3

Distrito Federal u Stati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn “biss għat-tranżitu minn ġol-UE”)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL – Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

—

 

 

S4

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju sħiħ tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR –

Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY – Il-Malasja

MY-0

—

—

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –

L-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC –

Il-Kaledonja Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ –

In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM –

Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-taqsima “Garanziji Addizzjonali (GA)”, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“ ‘IX’

:

tranżitu biss mill-Unjoni ta’ konsenni ta’ bajd u prodotti tal-bajd għall-konsum uman li joriġinaw mill-Belarus u ddestinati għal pajjiżi terzi oħra għandhom ikunu permessi soġġett għall-kundizzjoni li t-tranżitu jsir bit-triq jew bil-ferrovija fi trakkijiet jew f’vaguni tal-ferrovija li ġew issiġillati b’siġill b’numru tas-serje. Din l-awtorizzazzjoni għat-tranżitu għandha limitu taż-żmien sal-[jj/xx/ssss – 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ].”

(b)

Il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju DOC jinbidel b’dan li ġej:

“ Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ ġurnata għajr għal għasafar li ma jtirux

(DOC)

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

(1)  Il-prodotti, inklużi dawk li jinġarru fuq l-ibħra, magħmula qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni waqt perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Huma biss il-prodotti li ġew magħmula wara din id-data li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  L-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”