|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2202 |
5.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2202
tal-4 ta’ Settembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-Politika Agrikola Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 75 u 92 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 introduċa s-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja bħala element obbligatorju tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (is-“sistema integrata”) li trid tiġi stabbilita minn kull Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa u b’mod uniformi, is-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja jrid jkollha l-istess kamp ta’ applikazzjoni fl-Istati Membri kollha, u b’hekk tkopri l-benefiċjarji kollha u l-interventi kollha bbażati fuq l-erja ġestiti skont is-sistema integrata u l-kundizzjonijiet kollha li jistgħu jiġu mmonitorjati. |
|
(2) |
Għall-finijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1173 (2) jipprevedi li mill-1 ta’ Jannar 2025, kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għandha titqies li tista’ tiġi mmonitorjata meta l-monitoraġġ ikun jista’ jsir permezz tad-data tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus jew mir-ritratti ġeottaggjati msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 jistabbilixxi l-obbligu li l-Istati Membri jiżguraw li mill-inqas 70 % tal-interventi b’kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati biss b’ritratti ġeottaggjati jkunu soġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2027. |
|
(3) |
Wara l-esperjenza miksuba fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja u d-diffikultajiet espressi mill-komunità tal-bdiewa, l-Istati Membri jeħtieġu aktar flessibbiltà fl-użu u l-ipproċessar tar-ritratti ġeottaggjati, biex jikkombinaw aħjar id-data tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus u tipi oħra ta’ data li għandhom tal-inqas valur ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173. Għalhekk, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 jenħtieġ li jitħassar. |
|
(4) |
Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jisfruttaw is-soluzzjonijiet teknoloġiċi kollha, inklużi r-ritratti ġeottaggjati, filwaqt li jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa biex jimplimentaw is-sistema tagħhom ta’ monitoraġġ tal-erja. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-prijorità ma tibqax tingħata lil ritratti ġeottaggjati meta mqabbla ma’ data oħra li għandha tal-inqas valur ekwivalenti għad-definizzjoni ta’ kundizzjoni ta’ eliġibbiltà li tista’ tiġi mmonitorjata. Bl-istess mod, jeħtieġ ukoll li jitneħħa l-obbligu li qabel l-1 ta’ Jannar 2027 l-Istati Membri jiżguraw li mill-inqas 70 % tal-interventi b’kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jistgħu jiġu mmonitorjati biss b’ritratti ġeottaggjati jkunu soġġetti għas-sistema ta’ monitoraġġ tal-erja. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 ħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (3) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023; madankollu, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalità fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll u l-penali amministrattivi jkomplu japplikaw, fosthom l-obbligu li l-Istati Membri jinnotifikaw id-data dwar il-kontrolli u l-istatistika dwar il-kontrolli. |
|
(7) |
Madankollu, l-esperjenza bl-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet uriet, li l-piż amministrattiv maħluq mill-applikazzjoni tagħhom jista’ f’xi każijiet imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom; dan huwa l-każ għall-obbligu li tiġi nnotifikata d-data ta’ kontroll u l-istatistika ta’ kontroll previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. Meta titqies il-popolazzjoni ristretta ta’ benefiċjarji taħt għadd limitat ta’ miżuri ta’ kundizzjonalità mis-sena tat-talba 2023 ’il quddiem, li minnha jittieħed il-kampjun għall-istatistika, dan jista’ jrendi l-istatistika mhux rappreżentattiva tal-benefiċjarji kollha li huma soġġetti għal obbligi ta’ kundizzjonalità u għalhekk, ma għadhiex għodda utli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità mill-Istati Membri. Għalhekk jixraq li titħassar l-applikazzjoni kontinwa ta’ tali dispożizzjonijiet. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
In-nefqa li għaliha huma meħtieġa d-data dwar il-kontrolli u l-istatistika dwar il-kontrolli tal-kundizzjonalità, skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li fuqu huwa bbażat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, tiġi implimentata permezz ta’ snin tat-talba, li jikkoinċidu mas-snin kalendarji. Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jenħtieġ li jikkonċerna wkoll is-snin kalendarji sħaħ. Għaldaqstant, l-emenda tal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 li tillimita l-applikazzjoni kontinwa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat dwar il-Politika Agrikola Komuni u l-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1173 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
jitħassar il-paragrafu 4; |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1173 tal-31 ta’ Mejju 2022 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll fil-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 183, 8.7.2022, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1173/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/809/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2202/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)