<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-42/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0042</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:360">EU:C:2019:360</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bot – Kawża C‑42/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Cardpoint</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑42/18</HT></P><P>Finanzamt Trier</P><P>vs</P><P>Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Punt 3 tal‑Artikolu 13(B)(d)</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet li jinvolvu l‑pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti</KEYWORD><KEYWORD>Ġbid ta’ flus minn distributur awtomatiku ta’ flus</KEYWORD><KEYWORD>Servizz ipprovdut minn kumpannija lil bank fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni tal‑operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il‑Ġermanja), li jirriżulta mir-rifjut tal‑Finanzamt Trier (iċ-Ċentru tat-Taxxa ta’ Trier, il-Ġermanja)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>awtoritajiet tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE> li jagħti lil Cardpoint GmbH<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH.</P></NOTE> eżenzjoni fiskali għall-provvista ta’ servizzi mogħtija lil bank fil-kuntest tal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus, jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l‑interpretazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sitt Direttiva tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l‑Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Qabelxejn, nirrileva li l-punt 3 tal‑Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva ġie ssostitwit permezz tal-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 347, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li permezz tiegħu l-Istati Membri jeżentaw it-tranżazzjonijiet, inkluż negozjar, li jikkonċernaw kontijiet ta’ depożitu, kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozjabbli, imma bl‑esklużjoni tal-kollezzjoni tad-debiti, u li l-Artikolu 135(1)(b) sa (g) tad-Direttiva dwar il-VAT jirriproduċi, mingħajr ma jibdel il-kontenut, l-eżenzjonijiet li qabel kienu previsti fil-punti 1 sa 6 rispettivament tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-ġurisprudenza relatata ma’ din l-ewwel dispożizzjoni hija rilevanti sabiex jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet ekwivalenti tas-Sitt Direttiva (għall-approċċ bil-kontra, ara s-sentenza tas‑<DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, Bookit, C‑607/14, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bookit<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:355">EU:C:2016:355</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑33/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:929">EU:C:2016:929</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw b’mod partikolari l-pagamenti u t-trasferimenti huma eżentati mill‑VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tinterpreta l-imsemmija dispożizzjoni, hija hawnhekk mistiedna tagħmel dan f’kuntest speċifiku. Fil-fatt, hija għandha tistabbilixxi jekk il‑provvista ta’ servizzi relatata mal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus mogħtija lill‑banek li joperaw dawn id-distributuri awtomatiċi ta’ flus tistax tiġi eżentata mill-VAT bħala tranżazzjoni li tikkonċerna l-pagamenti. F’kuntest ta’ esternalizzazzjoni dejjem tikber mill-banek tal-operat tad-distributuri awtomatiċi ta’ flus, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal‑Ġustizzja jista’ jkollha riperkussjonijiet sinjifikattivi għall-fornituri ta’ tali servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ser nesponi r-raġunijiet li għalihom jiena nqis li, fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni minn bank lil impriża terza, l-attivitajiet relatati mal‑operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus imwettqa mill‑impriża terza, li jikkonsistu f’li jsiru u jinżammu operazzjonali d-distributuri awtomatiċi ta’ flus, il-provvista tal-flus fihom, l-installazzjoni ta’ ħardwer u softwer informatiku sabiex jaqra d-data tal-karti bankarji, it-trażmissjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ ġbid ta’ flus lill-bank li ħareġ il-karta bankarja użata u r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus, ma jaqgħux fl-eżenzjoni prevista fil-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-Sitt Direttiva</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-Titolu X ta’ din id-direttiva jipprevedi eżenzjonijiet mill-VAT li għandhom jingħataw mill-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-punti 3 u 4 tal-Artikolu 13(B)(d) tal-imsemmija direttiva huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jeżentaw li ġej taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabilixxu għall-iskopijiet biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni possibbli, evitar u abbuż:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>it-transazzjonijet li ġejjin:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar, li jikkonċerna d-depożitu u l-kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli, imma esklużi l-kollezzjoni tad-debitu u l-fattorar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>transazzjoniet, inklużi negozjar, li jikkonċerna l-munita, karti tal-flus u muniti użati bħala valuti legali, ħlief bl‑eċċezzjoni ta’ affarijiet tal-kollezzjoni; <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>affarijiet tal‑kollezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandhom ifissru deheb, fidda u muniti tal‑metall oħrajn jew karti tal-flus li normalment m’humiex użati bħala valuti legali jew muniti b’interess numismatiku.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(8)(d) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it‑Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), huma eżentati mill-VAT, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>it‑tranżazzjonijiet, u n-negozjar tat-tranżazzjonijiet, li jikkonċernaw id‑depożiti tal-flus, il-kontijiet kurrenti, il-pagamenti u t-trasferimenti, u l-ġbir ta’ strumenti negozjabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-obbligi kuntrattwali tagħha ma’ bank, Cardpoint kienet tipprovdi servizzi għall-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus. B’mod iktar preċiż, Cardpoint kienet tinstalla fil‑postijiet miftiehma distributuri awtomatiċi ta’ flus operazzjonali, mgħammra b’ħardwer u softwer informatiku, bil-logo tal‑bank li jopera dawn id-distributuri u kienet responsabbli għall-funzjonament tajjeb tagħhom. Biex tagħmel dan, qabelxejn, hija kienet inkarigata mit-trasport tal-flus, impoġġija għad-dispożizzjoni minn dan il-bank, u mill‑provvista tal-flus fid-distributuri. Sussegwentement, kienet responsabbli mill-installazzjoni tal-ħardwer fid-distributuri kkonċernati kif ukoll ta’ ċertu softwer neċessarju għall-funzjonament tajjeb tagħhom. Finalment, hija kienet tagħti pariri dwar il-funzjonament ta’ kuljum tad-distributuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus, meta d-distributuri jintużaw għal dan il-għan, softwer partikolari kien jaqra d-data partikolari tal-karta bankarja malli din tiddaħħal fid-distributur. Qabelxejn, Cardpoint kienet tivverifika din id-data u tittrażmetti b’mod elettroniku, lil Bank-Verlag GmbH<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Bank-Verlag huwa, f’dawn iċ-ċirkustanzi, intermedjarju bejn il-bank li jopera d-distributur awtomatiku ta’ flus u l-bank li joħroġ il-karta bankarja użata għall‑ġbid tal-flus.</P></NOTE>, talba għal awtorizzazzjoni tat-tranżazzjoni mixtieqa mid‑detentur tal-karta bankarja. Sussegwentement, Bank-Verlag kien jibgħat it-talba lin-netwerk interbankarju, li min-naħa tiegħu, kien jittrażmettiha lill‑bank li jkun ħareġ il-karta bankarja kkonċernata. Dan tal-aħħar kien jivverifika jekk id-detentur kellux biżżejjed fondi fil-kont bankarju u jibgħat, permezz tal-istess katina ta’ trażmissjoni, l-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-ġbid mixtieq. Xħin tasal ir-risposta, Cardpoint kienet tiġġenera fajl tad-data dwar il-ġbid tal-flus, u f’każ ta’ approvazzjoni, teżegwixxi t‑tranżazzjoni mixtieqa u tiġġenera fajl tad-data dwar il-ġbid. Finalment, dan il-fajl tad-data kien jintbagħat bħala ordni għal ħlas lill-kontroparti kuntrattwali tagħha, jiġifieri l-bank li kien jopera d-distributur inkwistjoni. Dan tal-aħħar kien idaħħal il-fajls tad-data mingħajr ma jbiddel xejn fis-sistema tad-Deutsche Bundesbank (il-Bank Federali Ġermaniż)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>BBK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE>. Cardpoint kienet tiġġenera wkoll lista li ma tistax tinbidel tat-tranżazzjonijiet kollha li jsiru f’ġurnata partikolari, li kienet tintbagħat ukoll lill-BBK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Peress li l-banek biss jista’ jkollhom kontijiet tal-ħlas mal-BBK, kienu huma li effettivament kienu jibagħtu l-fajls tad-data fis-sistema ta’ dan tal‑aħħar. Dan it-trasferiment ta’ data kien jagħti bażi legali lil bank li jopera d-distributur inkwistjoni sabiex jikseb ir-rimbors mill-bank tad‑detentur tal-kont bankarju kkonċernat involut fit-tranżazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż relatati. Barra minn hekk, mat-trasferiment tad-data, kien ikun hemm l-inklużjoni immedjata tal‑ammont imħallas flimkien mal‑ispejjeż għall-użu tad-distributur fil-kontijiet bejn il‑bank li jopera d‑distributur u l-bank li ħareġ il-karta bankarja tal‑klijent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20070207">7 ta’ Frar 2007</DATE>, peress li qieset li s-servizzi pprovduti għandhom ikunu eżentati mill-VAT, Cardpoint ippreżentat dikjarazzjoni emendata tal-VAT għas-sena 2005 u talbet li l-avviż tat-taxxa eżistenti jiġi emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet miċħuda mill-awtoritajiet tat-taxxa, iżda l‑Finanzgericht Rheinland-Pfalz (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja) laqgħet ir-rikors ta’ Cardpoint kontra din iċ-ċaħda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet tat-taxxa introduċew rikors quddiem il-qorti tar‑rinviju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT>, iżda din ġiet sospiża sal‑għoti tas-sentenza Bookit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Peress li nnutat, skont din is-sentenza, li l-eżenzjoni għat‑tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-pagamenti u t-trasferimenti ma tapplikax għal servizz imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ipproċessar tal-ħlas bil-karta ta’ debitu jew bil-karta ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> mogħti minn persuna taxxabbli, fornitur ta’ dan is-servizz, meta persuna tixtri, permezz ta’ dan il-fornitur, biljett taċ-ċinema li jbigħ f’isem u għan-nom ta’ entità oħra, li din il-persuna tħallas permezz ta’ karta ta’ debitu jew karta ta’ kreditu, il-qorti tar‑rinviju tistaqsi jekk hux l-istess japplika għas-servizzi pprovduti minn Cardpoint.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-servizzi pprovduti minn Cardpoint huma servizzi tekniċi u amministrattivi li jippermettu l-ġbid ta’ flus minn distributuri awtomatiċi ta’ flus, peress li jikkostitwixxu servizzi ta’ assistenza simili għal dawk inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas‑sentenza Bookit u li Cardpoint sempliċement tapplika b’mod tekniku l-istruzzjonijiet li jinsabu f’kodiċi ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tenfasizza x-xebh bejn is‑sitwazzjoni fil-kawża prinċipali u dik li wasslet għas-sentenza Bookit. B’hekk, Cardpoint tikseb id-data mill-karta bankarja tad-detentur tal‑kont ikkonċernat u tibgħat din id-data lill-bank li ħareġ il-karta bankarja. Barra minn hekk, Cardpoint ma hijiex responsabbli li tivverifika u tapprova ordnijiet individwali, peress li hija ma twettaqx it‑tranżazzjoni ta’ ġbid ta’ flus ħlief wara li tkun irċeviet l‑awtorizzazzjoni biex tagħmel dan mill-bank li ħareġ il-karta bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tinnota li s-sentenza Bookit kienet tirrigwarda tranżazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ, filwaqt li dan il-każ kien jirrigwarda servizzi relatati ma’ ġbid ta’ flus kontanti minn distributuri awtomatiċi ta’ flus, u tali differenza ma tiġġustifikax trattament differenti tal-VAT għas‑servizzi pprovduti minn Cardpoint, għaliex, fiż-żewġ każijiet, is‑servizz kien jikkonsisti, essenzjalment, fi skambju ta’ informazzjoni u assistenza ta’ natura teknika u amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi għalhekk dwar l-importanza tal-fatt li, fis-sentenza Bookit, kien hemm involut ftehim separat ta’ bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema, li ma kienx preżenti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Finalment, il-qorti tar-rinviju ssemmi żewġ ċirkustanzi li, fl‑opinjoni tagħha, jimmilitaw kontra eżenzjoni. B’hekk, bħal fis‑sentenza Bookit, il-korrispettiv tas-servizz huwa faċli li jiġi stabbilit. Barra minn hekk, is-servizzi ta’ Cardpoint jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ assistenza ta’ natura teknika, peress li l-attivitajiet ta’ Cardpoint jinvolvu sempliċement skambju ta’ informazzjoni flimkien mal‑eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni adottata mill-bank. Fil-fatt, Cardpoint sempliċement tiġġenera fajls tad-data li hija tittrażmetti fis-sistema bankarja bħala struzzjoni bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal‑Finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal‑Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Is-servizzi tekniċi u amministrattivi li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għal bank bl-użu ta’ distributur awtomatiku ta’ biljetti u għall-ħlasijiet fi flus kontanti minn dan il-bank permezz tad-distributur awtomatiku huma eżentati [mill-VAT] skont il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) [tas-Sitt Direttiva] minkejja li, skont is-sentenza [Bookit], skont id-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija, is-servizzi tekniċi u amministrattivi simili li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għall-ħlasijiet b’karta bankarja fil-kuntest tal-bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema ma humiex?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistieden, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi jekk l-attivitajiet ta’ Cardpoint, li jikkonsistu f’li jsiru u jinżammu operazzjonali d-distributuri awtomatiċi ta’ flus, il-provvista tal-flus fihom, l‑installazzjoni ta’ ħardwer u softwer informatiku fihom, it-trażmissjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ ġbid ta’ flus lill-bank li ħareġ il-karta bankarja użata, il-proċess tal-għoti tal-flus u r-reġistrazzjoni tat‑tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus, jaqgħux fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>tranżazzjoni li tikkonċerna l-pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> eżentata mill-VAT skont il-punt 3 tal‑Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Mill-kliem tad-domanda preliminari u tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-qorti adita mill-kawża prinċipali tistaqsi dwar l‑applikabbiltà f’dan il-każ tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal‑Ġustizzja fis-sentenza Bookit, li fiha hija qieset li l-eżenzjoni għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti u t-trasferimenti ma tapplikax għal servizz imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>proċessar tal-ħlas bil-karta ta’ debitu jew bil-karta ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, mogħti minn persuna taxxabbli, fornitur ta’ dan is-servizz, meta persuna tixtri, permezz ta’ dan il-fornitur, biljett taċ-ċinema li jbigħ għan-nom u f’isem entità oħra, li din il-persuna tħallas permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi stabbilit jekk is-soluzzjoni mogħtija fis-sentenza Bookit hijiex transponibbli għall-provvista ta’ servizzi mogħtija minn Cardpoint lill-banek li joperaw distributuri awtomatiċi ta’ flus, għandhom isiru diversi kunsiderazzjonijiet preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, nenfasizza li s-servizzi li jippermettu l-ġbid ta’ flus minn kont bankarju huma servizzi ta’ pagament fis-sens tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Skont id-definizzjonijiet mogħtija mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Anness 1 tad‑Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 337, p. 35</REF.DOC.OJ>). Ma nara l-ebda raġuni li tiġġustifika li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>servizz ta’ pagament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandu jinftiehem b’mod differenti fil-qasam tal-VAT u, probabbilment, il-Gvern Ġermaniż jaqbel ma’ din il-pożizzjoni għaliex iqis li t-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-pagamenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>huma kkaratterizzati mit-trasferiment ta’ modi ta’ pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE> u li għalhekk, ġbid ta’ flus minn distributur awtomatiku ta’ flus huwa pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-tieni nett, infakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-kunsiderazzjonijiet applikabbli għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tranżazzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> huma applikabbli wkoll għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il‑pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970605">5 ta’ Ġunju 1997</DATE>, <NAME.CASE>SDC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑2/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:278">EU:C:1997:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’tali mod li huma ttrattati bl-istess mod għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista fil-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tielet nett, nirrileva li, skont ġurisprudenza stabbilita ferm, l‑eżenzjonijiet mill-VAT previsti fl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom l‑għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u li t-termini użati sabiex jiġu spjegati dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress li huma eżenzjonijiet mill-prinċipju ġenerali li l-VAT għandha tinġabar fuq kull servizz mogħti bi ħlas minn persuna taxxabbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-transponibbiltà tad-deċiżjoni mogħtija fis‑sentenza Bookit għall-attivitajiet ta’ Cardpoint inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi enfasizzat il-kriterju applikat mill-Qorti tal‑Ġustizzja f’din is-sentenza sabiex issir distinzjoni bejn is-servizzi eżentati mill-VAT u s-servizzi mhux eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis, bħal Cardpoint, li, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma warrbitx il-ġurisprudenza preċedenti tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li s-servizz ta’ pproċessar tal‑pagament bil-karta bankarja inkwistjoni f’din il-kawża ma setax jiġi eżentat, peress li s-servizzi mogħtija ma setgħux, meħuda waħidhom jew flimkien, jitqiesu bħala li jwettqu funzjoni speċifika u essenzjali ta’ tranżazzjoni ta’ pagament jew ta’ trasferiment fis-sens tad-dritt tal‑Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza Bookit (punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, irrilevat li l-fornitur ta’ dan is-servizz, la jiddebita u lanqas jikkredita huwa stess direttament il-kontijiet ikkonċernati, lanqas ma jintervjeni f’dawn il-kontijiet billi jidħol fihom, u lanqas ma jordna tali debitu jew kreditu. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll li l-fornitur ta’ dan is-servizz ma kienx assuma responsabbiltajiet fir-rigward tat‑twettiq tal-bidliet legali u finanzjarji li jikkaratterizzaw l-eżistenza ta’ tranżazzjoni ta’ trasferiment jew ta’ ħlas eżentata<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza Bookit (punti 44 sa 51).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ninnota wkoll li, fil-ġurisprudenza l-iktar reċenti tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat dan l-approċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-aspetti funzjonali huma deċiżivi sabiex jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni taqax fl-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti jew il-pagamenti. B’hekk, provvista ta’ servizzi tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tranżazzjoni li tikkonċerna t-trasferimenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tranżazzjoni li tikkonċerna l‑pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> biss jekk tissodisfa l-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali ta’ tali trasferimenti jew pagamenti inkwantu jkollha l-effett li tittrasferixxi fondi u li tagħti lok għal bidliet legali u finanzjarji li jimmaterjalizzaw dan it-trasferiment. Konsegwentement, sabiex tkun eżentata, provvista ta’ servizzi għandu jkollha l-effett li twettaq bidliet legali u finanzjarji li jikkaratterizzaw it-trasferiment ta’ somma flus<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, sabiex issir distinzjoni bejn is-servizzi eżentati fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT u l‑provvista ta’ sempliċi servizzi materjali, tekniċi jew amministrattivi, hemm lok li tiġi eżaminata, b’mod partikolari, il-portata tar‑responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi inkwistjoni u, b’mod partikolari, jekk din ir-responsabbiltà hijiex limitata għall-aspetti tekniċi jew jekk testendix għall-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali li jikkaratterizzaw it-tranżazzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>B’mod konkret, sabiex is-servizzi eżentati mill-VAT jiġu kklassifikati bħala tranżazzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti jew il-pagamenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi, qabel kull ħaġa oħra, għan‑natura tas-servizz ipprovdut, fis-sens li servizz għandu jaqa’ fis‑settur ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex jiġi eżentat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma titlobx li s‑servizzi jingħataw minn ċertu tip ta’ stabbilimenti jew persuni ġuridiċi.</P></NOTE>. B’hekk, is‑servizz għandu jiġi evalwat skont kriterju funzjonali sabiex jiġi stabbilit jekk jissodisfax il-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali ta’ tali trasferimenti jew pagamenti, inkwantu għandu l-effett li jittrasferixxi fondi u jwassal għal bidliet legali u finanzjarji li jikkaratterizzaw dan it-trasferiment. Fost l-elementi l-oħra kkunsidrati, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina wkoll il-portata tar-responsabbiltà li għandu l-fornitur tas-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza preċedenti, inqis li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja twarrab l‑approċċ użat fis-sentenza Bookit fir-rigward tas-servizzi mogħtija minn Cardpoint<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Jiena nindika, f’dan l-istadju, li anki jekk, kif innotat il-qorti tar-rinviju, fil-kawża li wasslet għas-sentenza Bookit, kien hemm kuntratt separat ta’ bejgħ ta’ biljetti taċ‑ċinema, il-fatt li ma kienx hemm tali kuntratt separat f’dan il-każ ma huwiex rilevanti, peress li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx dan il‑fatt fl-evalwazzjoni tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju funzjonali, qabelxejn nirrileva li Cardpoint stess irrikonoxxiet fl-osservazzjonijiet tagħha li, b’mod konformi mas-sentenza Bookit, il-ġbir tad-data tal-karta bankarja tal‑utenti tad-distributur awtomatiku ta’ flus, it-trażmissjoni u l-verifika tagħha u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni mitluba mid-detentur tal-karta bankarja wara li tasal l‑awtorizzazzjoni mill-bank li ħareġ il-karta bankarja ma jistgħux jaqgħu fil-portata tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jiena naqbel ma’ din il-perspettiva. Fil-fatt, bħat-trasport tal-flus, l-attivitajiet ta’ provvista tal-flus fid-distributur awtomatiku ta’ flus, l-installazzjoni u l‑manutenzjoni tas-softwer neċessarju għad-distributuri u l-pariri mogħtija minn Cardpoint fir-rigward tal-operat ta’ dawn id-distributuri ma għandhomx l-effett li jittrasferixxu somma ta’ flus u jwasslu għal bidliet legali u finanzjarji li jikkostitwixxu jew jikkaratterizzaw dan it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>B’mod iktar wiesa’, inqis li tali analiżi tapplika fir-rigward tal-attivitajiet kollha ta’ Cardpoint, meħuda waħidhom jew flimkien, fil‑kuntest tal-operat ta’ distributur awtomatiku ta’ flus, peress li għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>servizzi materjali, tekniċi jew amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’hekk, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju mfakkra fil-punti 8 sa 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li, kif enfasizza l-Gvern Ġermaniż, is-servizz ipprovdut minn Cardpoint ma jinkludix b’mod dirett att li bih hija stess tiddebita jew tikkredita kont, jew inkella li tintervjeni fil-kontijiet tad-detentur tal-karta bankarja użata biex jinġibdu l-flus billi tidħol fihom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Huwa veru li, fil-punt 42 tas-sentenza Bookit, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li tali fatt ma jistax jeskludi qabel kollox li jista’ jaqa’ taħt l-eżenzjoni inkwistjoni. Madankollu, minn dan il-punt tas-sentenza Bookit jirriżulta wkoll li l-fatt li l‑fornitur tas-servizz ikkonċernat, direttament jiddebita u/jew jikkredita huwa stess kont, jew inkella jintervjeni permezz ta’ dħul fil-kontijiet tal-istess proprjetarju, jippermetti, bħala prinċipju, li jitqies li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta u li tiġi stabbilita n-natura ta’ eżenzjoni tas-servizz ikkunsidrat.</P></NOTE>. Fil-fatt, Cardpoint tittrażmetti d-data tal-karta bankarja tal-utent u t-talba għal awtorizzazzjoni tal-ġbid mixtieq minnu, iżda teżegwixxi t-tranżazzjoni, fis-sens li fiżikament tipproċedi bir-rilaxx fiżiku tal-flus, biss f’każ li t‑talba tiġi approvata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa biss il-bank li jopera d-distributur awtomatiku ta’ flus li jittrażmetti l-fajls tad-data lis-sistema tal-BBK. Il‑fajl tad-data ta’ kuljum, li ma jistax jinbidel u li jinkludi fih it‑tranżazzjonijiet kollha ġġenerati f’dak il-jum minn Cardpoint u li jintbagħat lill-BKK, għandu l-għan li jinforma lill-BBK bit‑tranżazzjonijiet awtorizzati mwettqa u, għalhekk, ma jistax jitqies li jissodisfa l-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, naħseb illi s-servizz ipprovdut minn Cardpoint ma jikkostitwixxix tranżazzjoni li għandha l‑effett li tittrasferixxi fondi u li twassal għal bidliet legali u finanzjarji, iżda huwa servizz materjali, tekniku u amministrattiv, peress li dan is‑servizz ma għandux l-effett li jittrasferixxi, b’mod effettiv jew potenzjali, il-proprjetà tal-fondi inkwistjoni, jew jissodisfa l-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali ta’ tali trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-argumenti bbażati fuq il-partikolarità tal-attivitajiet ta’ Cardpoint ma jikkontestawx din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-argument ibbażat fuq il-fatt li Cardpoint effettivament tqassam fiżikament il-flus u tpoġġihom għad‑dispożizzjoni tal-utent tad-distributur awtomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jenfasizza l-Gvern Ġermaniż, il-proprjetà tal-flus tiġi ttrasferita mill-bank, u mhux minn Cardpoint, lill-utent tad-distributur awtomatiku ta’ flus.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Bħall-Gvern Ġermaniż, jiena tal-opinjoni li għandha tiġi kkunsidrata biss il-proprjetà legali, u mhux dik fiżika, tal-flus. Filwaqt li ma jistax jiġi kkontestat li s-servizz ipprovdut minn Cardpoint għandu l-effett li jittrasferixxi fiżikament il-flus, it-trasferiment tal‑proprjetà legali tal-flus huwa, madankollu, suġġett għall‑awtorizzazzjoni tal-bank li joħroġ il-karta bankarja, imbagħad għad-dħul ta’ din it-tranżazzjoni fil-kont. Dwar dan il-punt, għandu jiġi kkonstatat li s-servizz ta’ Cardpoint huwa limitat għat-trażmissjoni tat-talba tal-klijent għat-trasferiment tal-flus u l‑implimentazzjoni teknika tal-pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti jekk l-attivitajiet ta’ Cardpoint fil-kuntest tal-operat, għan-nom tal-banek, tad-distributuri awtomatiċi ta’ flus jiġux ikkunsidrati flimkien. Huwa veru li l-banek li joperaw id‑distributuri awtomatiċi ta’ flus wettqu esternalizzazzjoni sinjifikattiva u li Cardpoint tagħti servizz wiesa’ ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tal-punt 3 tal‑Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva ma jitlobx approċċ kwantitattiv, iżda approċċ funzjonali u kwalitattiv, ibbażat fuq in-natura tas-servizzi. Fi kliem ieħor, il-fatt li Cardpoint toffri s-servizzi tagħha fil-forma ta’ pakkett ma huwiex rilevanti jekk l-ebda attività mogħtija f’dan il‑pakkett ma għandha l-effett li tittrasferixxi l-flus u li twassal għal bidliet legali u finanzjarji li jikkostitwixxu jew jikkaratterizzaw dan it‑trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, filwaqt li naqbel ma’ Cardpoint li wħud mis‑servizzi tagħha huma indispensabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data minn Cardpoint, bħall-ħolqien tal-fajls tad-data, huma stadji preliminari u indispensabbli għas-servizz eżentat, għaliex iwasslu għal ġbid tal-flus minn kont ta’ pagament.</P></NOTE>, din il-karatteristika ma hijiex biżżejjed sabiex is-servizz li hija tipprovdi jkun eżentat mill‑VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tispjega li, fid-dawl tal-interpretazzjoni stretta tal-eżenzjonijiet mill-VAT, il-fatt waħdu li servizz ikun indispensabbli sabiex titwettaq tranżazzjoni eżentata ma jippermettix li jiġi konkluż li dan għandu jkun eżentat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li Cardpoint topera fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni, minn bank, tal‑operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus ma huwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’analoġija mal-ġurisprudenza relatata mal-Artikolu 148 tad-Direttiva dwar il-VAT, li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet favur il-possibbiltà li tapplika l-eżenzjoni prevista f’dan l-artikolu għas‑servizzi pprovduti permezz ta’ intermedjarji li jaġixxu għan-nom tagħhom jew minn subappaltaturi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fast Bunkering Klaipėda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑526/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:536">EU:C:2015:536</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑33/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:339">EU:C:2017:339</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-karatteristiċi partikolari u l-għanijiet ta’ kull eżenzjoni mill-VAT, fl-opinjoni tiegħi, ma jippermettux analoġija bbażata biss fuq il-fatt li Cardpoint tipprovdi servizz fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni tal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Lanqas ma jien konvint mill-argument ta’ Cardpoint ibbażat fuq il-fatt li hija kienet responsabbli mill-istat operazzjonali tad-distributuri awtomatiċi u li, għalhekk, kienet responsabbli għal kwalunkwe problema li tinqala’, bħal pagamenti nieqsa jew żejda, ħsarat ikkawżati minn attivitajiet kriminali ta’ terzi, installazzjoni difettuża tad-distributuri jew struzzjonijiet ta’ pagament żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li hemm lok li tiġi evalwata l-portata tar-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi u b’mod partikolari li jsir magħruf jekk din ir-responsabbiltà hijiex limitata għall-aspetti tekniċi jew jekk testendix għall-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali tat‑tranżazzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>DPAS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:592">EU:C:2018:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Issa, għalkemm l-informazzjoni pprovduta minn Cardpoint tikkonferma li hija responsabbli fil-konfront tal-bank li jopera d‑distributur awtomatiku ta’ flus jekk ma jkunx jaħdem tajjeb, hija turi fuq kollox li Cardpoint ma tassumi l-ebda responsabbiltà marbuta mal-bidliet legali u finanzjarji involuti fi tranżazzjoni ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, peress li l-għoti tal-flus lill-utent minn tali distributur ma huwiex funzjoni essenzjali u speċifika ta’ pagament, il-fatt li Cardpoint hija responsabbli fil-konfront tal-bank li jopera l-imsemmi distributur f’każ ta’ trasferiment insuffiċjenti jew żejjed ma għandux ikollu l-effett li jestendi r-responsabbiltà tagħha għall‑funzjonijiet speċifiċi u essenzjali tat-tranżazzjoni ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, peress li Cardpoint toffri sempliċement servizzi tekniċi u amministrattivi, dan is-servizz ma jistax jiġi eżentat mill-VAT skont il-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Finalment, nenfasizza l-punt li l-għanijiet tal-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri sabiex jiġu kkumpensati d‑diffikultajiet marbuta mal-istabbiliment tal-valur taxxabbli kif ukoll mal-ammont tal-VAT deduċibbli u sabiex tevita żieda fl-ispejjeż tal‑kreditu tal-konsum<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza Bookit (punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, ma jinvalidawx l-analiżi tiegħi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Peress li l-bażi taxxabbli tal-provvista ta’ servizzi pprovduti minn Cardpoint setgħet tiġi faċilment stabbilita fir-rigward, b’mod partikolari, tal-fatturazzjoni ta’ dan is-servizz, l-ewwel għan ma jistax jiġġustifika li din tiġi eżentata mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Peress li t-tieni għan ma huwiex rilevanti f’dan il-każ, lanqas dan ma jista’ jkun il-bażi ta’ eżenzjoni tal-provvista ta’ servizzi mogħtija minn Cardpoint. F’dan ir-rigward, din hija tal-opinjoni li, f’każ li detentur ta’ karta bankarja jiġbed flus żejda, dak il-ġbid immedjatament jiġġenera relazzjoni ta’ kreditu bejn dan tal-aħħar u l-bank li ħareġ il-karta bankarja, u dak il-kreditu tal-konsumatur ġustament ma jistax jiġi suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Huwa veru li, fil-każ fejn bank jawtorizza ġbid minkejja n‑nuqqas ta’ fondi suffiċjenti fil-kont bankarju kkonċernat, id-detentur ta’ dan il-kont ikollu, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, jagħti flus lill-bank. Madankollu, din is‑sitwazzjoni ma tikkostitwixxix kreditu għall-konsum iżda awtorizzazzjoni ta’ overdraft għal perijodu qasir<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>F’dan ir-rigward, nirrileva li, skont l-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 2008/48/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>), din id-direttiva ma tapplikax għal ftehim ta’ kreditu fil-forma tal‑faċilità ta’ overdraft fejn il-kreditu jrid jintradd lura fi żmien xahar.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, inqis li l‑eżenzjoni għat-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-pagamenti u t‑trasferimenti prevista fil-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva ma tapplikax għall-provvista ta’ servizzi bħal dawk ipprovduti minn Cardpoint fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni, mill-banek, tal-operat tad-distributuri awtomatiċi ta’ flus.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill‑Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) bil-mod segwenti:</TXT><P>Il-punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) tas-Sitt Direttiva tal‑Kunsill 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l‑Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fih għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti u<?PAGE NO="10"?> t‑trasferimenti ma tapplikax għall-provvisti ta’ servizzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-operazzjoni u l‑manutenzjoni ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus, il-provvista tal-flus fihom, l-installazzjoni ta’ ħardwer u softwer informatiku fihom, it-trażmissjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ ġbid ta’ flus lill-bank li ħareġ il-karta bankarja użata, il-proċess tal-għoti tal-flus u r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus, mogħtija minn fornitur ta’ servizzi lil bank li jopera distributur awtomatiku ta’ flus.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>