Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti AO 10185, għas-servizzi informatiċi ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.