12004V/AFI/DCL/09

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - A.Dikjarazzjonijiet dwar disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni - 9.Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli I-43 u III-329

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0423 - 0423


9. Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli I-43 u III-329

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati mill-Unjoni biex taqdi l-obbligu tagħha ta' solidarjetà ma' Stat Membru li jsofri attakk terroristiku jew li jisfa vittma ta' diżastru naturali jew li joriġina mill-bniedem, l-ebda waħda mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli I-43 u III-329 tal-Kostituzzjoni ma hija ntiża li tolqot id-dritt ta' Stat Membru ieħor li jagħżel il-mezzi l-aktar xierqa sabiex jikkonforma ma' l-obbligu tiegħu ta' solidarjetà fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.

--------------------------------------------------