19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10350 — MONDELEZ / CHIPITA INDUSTRIAL AND COMMERCIAL COMPANY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/08)

1.   

Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mondelēz International, Inc. (“Mondelēz”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Chipita Industrial and Commercial Company S.A. (“Chipita”, il-Greċja).

Mondelēz takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Chipita kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Mondelēz: kumpanija globali ta’ snacks bi prodott li joffri gallettini, ċikkulata, chewing gum u ħelu, ġobon u trab tax-xorb. Mondelēz timmanifattura u tikkummerċjalizza l-prodotti tagħha fuq livell internazzjonali,

—

Chipita: mnifattur multinazzjonali ta’ croissants ippakkjati tad-ditta u prodotti oħra, fil-biċċa l-kbira bbażati fuq ħobż moħmi, ikliet ħfief.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10350 — MONDELEZ / CHIPITA INDUSTRIAL AND COMMERCIAL COMPANY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).