<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑149/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0149</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:840">EU:C:2016:840</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20161109">9.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑149/15</P><P>WATHELET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/44/KE</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Intermedjarju</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi eċċezzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑149/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Liège (qorti tal-appell ta’ Liège, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150316">16 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sabrina Wathelet</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Garage Bietheres &amp; Fils SPRL,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President ta’ Awla, M. Berger (Relatur), A. Borg Barthet, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J. Van Holm u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Roussanov u G. Goddin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(c) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti [għal]l-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Sabrina Wathelet u garage Bietheres &amp; Fils SPRL (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>garaxx Bietheres<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-bejgħ ta’ vettura użata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tad-Direttiva 1999/44 tipprevedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[…] l-bejjiegħ għandu jkun responsabbli direttament lill-konsumatur għall-konformità ta’ l-oġġetti mal-kuntratt; billi din hija s-soluzzjoni tradizzjonali minquxa fl-ordnijiet legali ta’ l-Istati Membri; billi madankollu l-bejjiegħ għandu jkun ħieles, kif hemm provdut għalih fil-liġi nazzjonali, li jsegwi rimedji kontra l-produttur, bejjiegħ minn qabel fl-istess katina ta’ kuntratti jew kull intermedjarju ieħor, sakemm-il darba ma jkunx irrinunzja dak l-intitolament; billi din id-Direttiva ma taffettwax il-prinċipju ta’ ħelsien tal-kuntratt bejn il-bejjiegħ, il-produttur, bejjiegħ ta’ qabel jew kull intermedjarju ieħor; billi r-regoli li jirregolaw kontra min u kif il-bejjiegħ għandu jsegwi dawn ir-rimedji għandhom ikun determinati fil-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 1999/44 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hija l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsumatur u garanziji assoċjati magħhom sabiex tiżgura livell uniformi minimu ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-kuntest tas-suq intern.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> ifisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>għandu jfisser kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratt, ibiegħ oġġetti tal-konsum waqt l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 1999/44 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-bejjiegħ għandu jwassal sa għand il-konsumatur oġġetti li huma f’konformità mal-kuntratt ta’ bejgħ.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dritt ta’ rimedju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>‘Fejn il-bejjiegħ finali huwa responsabbli lill-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformità li tirriżulta minn att jew ommissjoni mill-produttur, bejjiegħ ta’ qabel fl-istess katina ta’ kuntratti jew kull intermedjarju ieħor, il-bejjiegħ finali għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew persuni responsabbli fil-katina kontrattwali. Il-persuna jew persuni responsabbli kontra min il-bejjiegħ finali jista’ jfittex ir-rimedji, flimkien ma’ l-azzonijiet rilevanti u kondizzjonijiet ta’ eżerċizzju għandhom ikunu determinati skond il-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/44, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi nazzjonali u protezzjoni minima<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva għandhom jiġu eserċitati mingħajr preġudizzju għal drittijiet oħra li l-konsumatur jista’ jinvoka skond ir-regoli nazzjonali li jirregolaw responsabbiltà kontrattwali jew mhux kontrattwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew imantnu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar iebsa, kompatibbli mat-Trattat fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1649a tal-Kodiċi Ċivili jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1. Din is-sezzjoni hija applikabbli għall-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum minn bejjiegħ għall-konsumatur.</ALINEA><ALINEA><P>2. għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni:</P><P>[…]</P><P>(2) <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> għandu jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li jbigħ jew li joffri għall-bejgħ prodotti li huma fl-ambitu ta’ attività kummerċjali jew professjonali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ April 2012, S. Wathelet, bħala konsumatur, xtrat vettura użata mingħand il-garaxx Bietheres. Is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT>, li jikkorrispondi għall-prezz ta’ bejgħ, tħallset minn S. Wathelet lill-imsemmi garaxx. Dan tal-aħħar ma kkonsenjax lil S. Wathelet la riċevuta, la prova tal-pagament u lanqas fattura ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-garaxx Bietheres ressaq, għas-spejjeż tiegħu, l-imsemmija vettura mill-kontroll tekniku. Huwa ressaq ukoll talba għar-reġistrazzjoni lill-awtorità Belġjana kompetenti, li l-ispejjeż tagħha kienu tħallsu minn S. Wathelet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Lulju 2012, filwaqt li S. Wathelet baqgħet ma rċevitx il-fattura, il-vettura inkwistjoni waqfet u ttieħdet għand il-garaxx Bietheres bil-għan li tissewwa. Il-garaxx kien sab ħsara fil-magna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Meta S. Wathelet iddeċidiet li tirkupra l-vettura tagħha msewwija, ġiet ippreżentata lilha fattura relatata mal-ispejjeż tat-tiswija fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>. Hija rrifjutat li tħallas minħabba li l-imsemmija spejjeż kellhom jiġu mħallsa mill-garaxx Bietheres bħala l-bejjiegħ ta’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni S. Wathelet ġiet informata li l-vettura tagħha qatt ma kienet proprjetà tal-imsemmi garaxx li ma biegħhiex f’ismu stess, iżda f’isem Donckels, li hija sempliċiment individwu. Il-garaxx Bietheres żvolġa biss ir-rwol ta’ intermedjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkonstatat li Donckels ma kinitx irċeviet l-ammont li jikkorrispondi għall-prezz tal-bejgħ sħiħ, peress li l-garaxx Bietheres żamm is-somma ta’ EUR 800 għat-tiswijiet imwettqa bil-għan li jqiegħed il-vettura għall-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20121117">17 ta’ Novembru 2012</DATE>, indirizzata lil S. Wathelet, il-garaxx Bietheres ikkonferma r-rwol tiegħu ta’ intermedjarju fil-bejgħ inkwistjoni. Barra minn hekk, huwa kkonferma li l-ħsara fil-magna kienet tikkostitwixxi riskju normali fil-kuntest tax-xiri ta’ vettura użata bejn individwi.<?PAGE NO="4"?> Għaldaqstant, huwa ppersista fir-rifjut tiegħu li jagħti lura l-vettura lil S. Wathelet sa meta titħallas kompletament il-fattura ta’ tiswija. Il-garaxx Bietheres hemeż mal-ittra tiegħu riċevuta tas-somma EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT>, miktuba bl-idejn, bl-isem u l-kunjom tal-proprjetarju mhux professjonista u tax-xerrej, S. Wathelet, madankollu, dan id-dokument fih biss il-firma ta’ Donckels.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2012, il-garaxx Bietheres ħarrek lil S. Wathelet quddiem it-tribunal de première instance de Verviers (qorti tal-ewwel istanza ta’ Verviers, il-Belġju) għall-ħlas tal-fattura ta’ tiswija ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, flimkien mal-interessi legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tat-tribunal de première instance de Verviers (qorti tal-ewwel istanza ta’ Verviers), S. Wathelet ressqet kontrotalba fejn talbet ir-rexxissjoni tal-bejgħ tal-vettura flimkien mar-restituzzjoni tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> imħallsa minnha, flimkien mal-interessi u l-ħlas ta’ danni fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">2147.46</FT>. Barra minn hekk, S. Wathelet ikkontestat il-fondatezza tat-talbiet ifformulati mill-garaxx Bietheres.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>It-tribunal de première instance de Verviers (qorti tal-ewwel istanza ta’ Verviers) ikkundannat lil S. Wathelet għall-ħlas tal-fattura ta’ tiswija, flimkien mal-interessi, filwaqt li ċaħdet il-kontrotalba ta’ S. Wathelet. Hija appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti kkonstatat li S. Wathelet kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-kodiċi ċivili u li l-vettura kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>oġġett ta’ konsum<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, hija kkonstatat li l-garaxx Bietheres kien ibiegħ oġġetti tal-konsum fil-kuntest tal-attività professjonali jew kummerċjali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għal-kuntrarju, il-garaxx Bietheres ikkontesta, li huwa jifforma parti mill-kuntratt ta’ bejgħ ikkontestat, filwaqt li enfasizza li l-proprjetarju tal-vettura inkwistjoni Donckels, kienet qiegħditha f’depożitu fl-istabbiliment tiegħu li għaldaqstant dan huwa bejgħ minn individwu lil individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li jeżistu preżunzjonijiet gravi, preċiżi u konkordanti li S. Wathelet ma kinitx ġiet li dan kien bejgħ minn individwu lil individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Liège (qorti tal-appell ta’ Liège, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda bl-istess mod professjonist li jaġixxi bħala intermedjarju f’isem individwu li ma jkunx debitament informa lill-konsumatur bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa individwu, dan il-fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. L-interpretazzjoni preċedenti ma tiddependix fuq il-punt ta’ jekk l-intermedjarju huwa rremunerat jew ma huwiex irremunerat għall-intervent tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-fajl tal-proprjetarja tal-vettura użata inkwistjoni jirriżulta li kienet Donckels u mhux il-garaxx Bietheres u li, konsegwentement, dan huwa bejgħ bejn individwu lil individwu, u li l-garaxx Bietheres serva biss bħala intermedjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġie kkonstatat mill-qorti tar-rinviju li l-prezz tal-bejgħ, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ tiswija għat-tqegħid għall-bejgħ tal-vettura inkwistjoni, ġiet ittrasferita lill-proprjetarja tal-vettura. Barra dan, xejn fil-fajl ma jwassal għall-konklużjoni li l-garaxx Bietheres ma kienx ġie awtorizzat, mill-proprjetarja ta’ din il-vettura, sabiex ibigħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fil-kawża prinċipali, il-garaxx Bietheres intervjena bħala professjonist fil-bejgħ ta’ oġġett ta’ konsum, billi aġixxa f’isem il-proprjetarja tal-imsemmi oġġett, li min-naħa tagħha kienet sempliċi individwu li awtorizzat dan il-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-konsumatur li jkun xtara oġġett ta’ konsum jibbenefikax mill-protezzjoni ggarantita mid-Direttiva 1999/44 fis-sens li l-intermedjarju jista’ jitqies bħala bejjiegħ fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżit ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, jirriżulta li, sa fejn dispożizzjoni ta’ dan id-dritt ma tagħmilx riferiment għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward ta’ kunċett partikolari, dan il-kunċett għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi stabbilita fid-dawl tal-kuntest tad-dispożizzjoni u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111018">18 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brüstle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:669">EU:C:2011:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sa fejn l-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mingħajr ma jagħmel ebda riferiment għal-liġijiet nazzjonali f’dak li jirrigwarda t-tifsira ta’ dan il-kunċett, l-imsemmija dispożizzjoni għandha għaldaqstant tiġi kkunsidrata, għall-finijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, bħala li fiha kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi fit-territorju ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra dan, għalkemm il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tidher f’atti oħra tad-dritt tal-Unjoni, id-definizzjoni speċifika stabbilita bl-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 tinsab f’din id-direttiva biss. Għalhekk, kif rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-Konklużjonijiet tiegħu, dan huwa kunċett uniku li għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn din id-direttiva, kif ukoll fid-dawl tal-funzjoni partikolari tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fil-kuntest tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratt, ibiegħ oġġetti tal-konsum waqt l-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, hekk iddefinit, għandu karattru oġġettiv (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NO.CASE>C‑74/15</NO.CASE>, <NAME.CASE>Tarcâu,</NAME.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:772">EU:C:2015:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li huwa bbażat fuq elementi bħalma huma l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, il-bejgħ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>oġġett ta’ konsum<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u l-eżistenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sengħa, negozju jew professjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa minnu li dan il-kunċett ma jirreferix għal dik ta’ intermedjarju. B’mod iktar ġenerali, id-Direttiva 1999/44 ma fihiex definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>intermedjarju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> minkejja li din tidher fil-premessa 9 kif ukoll fl-Artikolu 4 ta’ din direttiva. Ukoll din tal-aħħar ma għandhiex, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ bejgħ, bħala suġġett ir-responsabbiltà tal-intermedjarju fir-rigward tal-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-Konklużjonijiet tiegħu, din il-konstatazzjoni ma teskludix <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jinkludi professjonist li qed jaġixxi f’isem individwu fejn hu, mill-perspettiva tal-konsumatur konsumatur bħala bejjiegħ ta’ oġġett tal-konsum skont kuntratt fil-kuntest tas-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu. Fil-fatt, dan il-professjonist jista’ joħloq konfużjoni f’moħħ il-konsumatur billi jwasslu lil dan tal-aħħar li jaħseb b’mod żbaljat li qed jaġixxi bħala bejjiegħ proprjetarju tal-oġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li ma hemm xejn fil-kliem tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44, li topponi din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, li għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44, fid-dawl tal-għan tagħha li tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi (is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Duarte Hueros</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:637">EU:C:2013:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tikkorrobora l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni msemmija fil-punt 34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikoli 2(1) u skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 1999/44, il-bejjiegħ huwa obbligat li jikkonsenja lill-konsumatur oġġett li jikkonforma mal-kuntratt ta’ bejgħ u, f’każ ta’ konformità, li jsewwieh jew jissostitwixxieh, konformement mal-paragrafu 3 ta’ din l-aħħar dispożizzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva tillimita ċ-ċirku ta’ persuni li kontra tagħhom il-konsumatur jista’ jaġixxi sabiex isostni d-drittijiet tiegħu li jirriżultaw minn din direttiva. Konsegwentement, l-għarfien mill-konsumatur tal-identità tal-bejjiegħ u b’mod partikolari tal-kwalità tiegħu ta’ individwu jew ta’ professjonist, huwa imperattiv sabiex jippermetti lil dan tal-aħħar li jibbenefika mill-protezzjoni li tagħti d-Direttiva 1999/44.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, professjonist jintervjeni bħala intermedjarju għal individwu, in-nuqqas ta’ għarfien tal-konsumatur f’dak li jirrigwarda l-kwalità li permezz tagħha l-professjonist jintervjeni fil-bejgħ, iċaħħdu mid-drittijiet tiegħu ggarantiti mid-Direttiva 1999/44 li għandhom natura vinkolanti skont l-Artikolu 7(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex tiġi żgurata protezzjoni effikaċi tal-konsumatur fil-kuntest tad-Direttiva 1999/44, huwa imperattiv li dan il-konsumatur ikun infurmat li l-proprjetarju huwa individwu. Din l-interpretazzjoni tippermetti li tingħata effettività lill-imsemmija direttiva u hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li fil-fehma tagħha s-sistema ta’ protezzjoni implementata bid-direttivi tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur isib ruħu f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fir-rigward tal-professjonist f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ nnegozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Faber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeżisti nuqqas ta’ ekwilibriju sinjifikattiv, fil-qasam tal-informazzjoni, bejn il-konsumatur u l-intermedjarju professjonali, b’mod partikolari meta l-konsumatur ma jkunx infurmat bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa, fir-realtà, individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li fihom il-konsumatur jista’ jitwassal faċilment għal żball inkunsiderazzjoni tal-modalitajiet li fihom ikun seħħ il-bejgħ, hemm lok li tingħata protezzjoni msaħħa lil dan tal-aħħar. Għalhekk, ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ, skont id-Direttiva 1999/44, għandha tkun tista’ tiġi imposta fuq l-intermedjarju li, billi jippreżenta lilu nnifsu lill-konsumatur, joħloq riskju ta’ konfużjoni f’moħħu, billi jwasslu li jemmen fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju tal-oġġett mibjugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni opposta li teskludi fi kwalunkwe każ lill-professjonist li jkun qed jaġixxi bħala intermedjarju mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44 tippreġudika l-għan globali imfittex mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u stabbilit bl-Artikolu 169 TFUE, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u, konsegwentement, il-fiduċja tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-kwistjoni tar-remunerazzjoni tal-intermedjarju għall-intervent tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li din ir-remunerazzjoni, billi hija s-suġġett tar-relazzjoni kuntrattwali bejn il-proprjetarju mhux professjonist u l-intermedjarju, bħala prinċipju, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/44. Għalhekk, kif irrilevaw l-Gvern Awstrijaku u l-Kummissjoni Ewropea, il-fatt li l-professjonist li jkun qed jaġixxi bħala intermedjarju jiġi rremunerat jew ma jiġix irremunerat għall-intervent tiegħu ma huwiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan tal-aħħar għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li hija kompetenti li tivverifika jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-professjonist jista’ jitqies bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44, meta ma jkunx debitament informa lill-konsumatur ma huwiex il-proprjetarju tal-oġġett inkwistjoni, u dan jimplika, min-naħa ta’ din il-qorti, teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Faber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑497/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:357">EU:C:2015:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Jistgħu jkunu rilevanti f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, il-grad ta’ parteċipazzjoni u l-intensità tal-isforzi mill-intermedjarju fil-bejgħ, iċ-ċirkustanzi li fihom l-oġġett ikun ġie ppreżentat lill-konsumatur konsumatur kif ukoll l-aġir ta’ dan tal-aħħar, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan setax jifhem li l-intermedjarju kienx qed jaġixxi f’isem l-individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirrigwarda bl-istess mod professjonist li jaġixxi bħala intermedjarju f’isem individwu li ma jkunx debitament informa lill-konsumatur xerrej bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa individwu, dan il-fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. L-interpretazzjoni preċedenti ma tiddependix fuq il-punt ta’ jekk l-intermedjarju huwa rremunerat jew ma huwiex irremunerat għall-intervent tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda bl-istess mod professjonist li jaġixxi bħala intermedjarju f’isem individwu li ma jkunx debitament informa lill-konsumatur bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa individwu, dan il-fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. L-interpretazzjoni preċedenti ma tiddependix fuq il-punt ta’ jekk l-intermedjarju huwa rremunerat jew ma huwiex irremunerat għall-intervent tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>