<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-831/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0831</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1143">EU:C:2019:1143</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>25</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑565/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs RQ</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: L-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑831/18 P</HT></P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>RQ</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 11(a) u 17 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90(2) tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA)</KEYWORD><KEYWORD>Direttur Ġenerali tal-OLAF</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-immunità ta’ uffiċjal</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan l-appell, li permezz tiegħu l-Kummissjoni Ewropea tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza RQ vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE> (<NO.CASE>T‑29/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:717">EU:T:2018:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>, iqajjem numru ta’ kwistjonijiet importanti dwar id-dritt fundamentali ta’ uffiċjal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jinstema’ fid-difiża tiegħu stess. Fl-ewwel lok, deċiżjoni biex titneħħa l-immunità ta’ uffiċjal tal-Unjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali nazzjonali hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>att li jikkawża preġudizzju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal?<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jiddefinixxi r-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="045" PAGE.FIRST="1385" DATE.PUB="1962">ĠU 1962, 45, p. 1385</REF.DOC.OJ>), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="129" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 129, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> Fit-tieni lok, liema fatturi għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi evalwat jekk l-immunità ta’ uffiċjal għandhiex titneħħa skont il-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Protokoll Nru 7<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)? Fit-tielet lok, kif għandu jiġi interpretat id-dritt għal smigħ għal dak li jirrigwarda d-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>il-Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)?</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Leġiżlazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tal-Karta jiggarantixxi lil kull persuna d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Artikolu 41(2)(a) jgħid li d-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma intiżi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u għall-Istati Membri biss meta jkunu qegħdin jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. Huma għandhom jirrispettaw id-drittijiet, josservaw il-prinċipji u jippromwovu l-applikazzjoni tal-Karta, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(1), il-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet, bħad-dritt għal amministrazzjoni tajba, għandhom ikunu previsti mil-liġi u jirrispettaw il-parti l-kbira ta’ dawn id-drittijiet. Bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw lill-uffiċjali (u impjegati oħra) tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Protokoll Nru 7. F’dan il-kapitolu, l-Artikolu 11(a) jiddikjara li l-uffiċjali tal-Unjoni jgawdu minn immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-Kapitolu VII, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi li l-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet għandhom jingħataw, b’mod partikolari, lill-uffiċjali tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17, kull istituzzjoni tal-Unjoni hija meħtieġa tirrinunzja għal dik l-immunità kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 jimponi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 7.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolamenti tal-Persunal</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li l-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-uffiċjali jingħataw biss fl-interessi tal-Unjoni. Bla ħsara għall-Protokoll Nru 7, l-uffiċjali ma għandhomx ikunu eżenti milli jwettqu l-obbligi privati tagħhom jew milli josservaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-pulizija li jkunu fis-seħħ. Fil-każ ta’ kontestazzjoni tal-privileġġi u tal-immunitajiet, l-uffiċjal ikkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 jipprovdi li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti l-għajnuna lill-uffiċjali, b’mod partikolari fi proċeduri kontra kull persuna li għalihom dik il-persuna hija suġġetta minħabba l-kwalità u l-funzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 90(2) jagħmel parti mit-Titolu VII (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Appelli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) u jipprovdi li uffiċjal jista’ jressaq ilment kontra att li jikkawżalu preġudizzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 91(1), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni f’kull tilwima bejn uffiċjal u l-Unjoni Ewropea dwar il-legalità ta’ att li jaffettwa ħażin lil uffiċjal fis-sens tal-Artikolu 90(2).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (EU, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 248, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistabbilixxi regoli għall-iżvolġiment ta’ investigazzjonijiet bil-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Premessi 1 sa 4.</P></NOTE>. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-OLAF igawdi minn indipendenza sħiħa mill-Kummissjoni sabiex jeżerċita l-funzjonijiet investigattivi tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Artikolu 1; ara wkoll il-premessa 3.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni għandha taħtar id-Direttur Ġenerali ta’ OLAF. Skont l-Artikolu 17(3), id-Direttur Ġenerali għandu jwettaq l-obbligi ta’ investigazzjoni u ta’ dikjarazzjoni tiegħu, b’mod indipendenti għalkollox minn, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kull gvern jew istituzzjoni. Jekk id-Direttur Ġenerali jqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni tqiegħed fid-dubju l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-kompitu tal-Kumitat ta’ Sorveljanza huwa li jissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ investigazzjoni tal-OLAF sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tiegħu fl-eżerċizzju korrett tal-funzjonijiet tiegħu skont ir-Regolament Nru 883/2013 (Artikolu 15).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest fattwali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-kuntest fattwali huwa mqassar fil-punti wieħed sa sitta tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-fatti joriġinaw mill-istess ċirkustanzi li wasslu għall-iskandlu magħruf fit-taħdit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dalligate<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>John Dalli nħatar bħala membru Malti tal-Kummissjoni għall-perijodu mill‑<DATE ISO="20100210">10 ta’ Frar 2010</DATE> sal‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>. Huwa serva fil-Kummissjoni, li s-Sur José Manuel Durão Barroso kien il-president tagħha (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>President Barroso<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Fl‑<DATE ISO="20121224">24 ta’ Diċembru 2012</DATE>, J. Dalli ressaq quddiem il-Qorti Ġenerali talba għall-annullament tad-deċiżjoni verbali allegatament meħuda mill-President Barroso, fis‑<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE>, sabiex jintemmu l-funzjonijiet ta’ J. Dalli bħala membru tal-Kummissjoni. Din il-proċedura wasslet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Dalli vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑562/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:270">EU:T:2015:270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Iċ-ċirkustanzi tal-isfond ta’ allegat tixħim fir-rigward ta’ proposta tal-Kummissjoni intiża sabiex tirregola l-industrija tat-tabakk irriżultaw mill-istess sorsi li wasslu għall-investigazzjoni li tat lok għall-proċeduri preżenti.</P></NOTE>. F’Mejju 2012, Swedish Match (manifattur ta’ prodott tat-tabakk magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>snus<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Swedish Match għamlet allegazzjonijiet serji ta’ attentat ta’ korruzzjoni li jinvolvi negozjant Malti, is-Sur Zammit, li hija allegat li kellu konverżazzjoni telefonika mas-Segretarju Ġenerali tal-European Smokeless Tobacco Council (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ESTOC<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Swedish Match sostniet li, matul din il-konverżazzjoni telefonika, is-Sur Zammit kien talab il-ħlas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>somma kbira ta’ flus<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bi skambju għall-organizzazzjoni ta’ laqgħa ma’ John Dalli, membru tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumaturi (li kien jafu personalment), u b’hekk uża l-influwenza tiegħu mal-Kummissarju sabiex potenzjalment jinfluwenza l-leġiżlazzjoni proposta għall-vantaġġ tal-industrija tat-tabakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, l-OLAF fetaħ l-investigazzjoni amministrattiva OF/2012/0617 fuq dan l-ilment. L-OLAF iddeċieda li jkompli bl-investigazzjonijiet tiegħu billi talab lis-Segretarju Ġenerali tal-ESTOC sabiex ikollha konverżazzjoni telefonika ulterjuri mas-Sur Zammit bil-għan li jiġbor provi addizzjonali fir-rapport ta’ attentat ta’ tixħim. Is-Segretarju Ġenerali tal-ESTOC ikkonfermat li kienet disponibbli biex tikkoopera mal-OLAF f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-ESTOC ċemplet lis-Sur Zammit mill-bini tal-OLAF u saret it-tieni konverżazzjoni bejniethom. Din it-telefonata saret bil-kunsens u fil-preżenza ta’ RQ, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF. L-OLAF irreġistra wkoll il-konverżazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, l-OLAF adotta r-rapport finali tiegħu dwar l-investigazzjoni. F’dan ir-rapport, huwa rrefera għall-konverżazzjoni telefonika tat‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE> bejn is-Segretarju Ġenerali tal-ESTOC u s-Sur Zammit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, J. Dalli ressaq ilment kriminali, flimkien ma’ talba biex jingħaqad fi kwalunkwe proċedura sussegwenti bħala parti li titlob danni ċivili, quddiem il-qrati Belġjani. J. Dalli qajjem, fl-ilment tiegħu, il-kwistjoni tal-allegata reġistrazzjoni illegali mill-OLAF tal-konverżazzjoni telefonika tas-Sur Zammit tat‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>, l-awtoritajiet Belġjani talbu lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi aċċess għad-dokumenti relatati mal-atti suġġetti għal investigazzjoni u biex jeħilsu lill-uffiċjali li pparteċipaw f’din l-investigazzjoni tal-OLAF mill-obbligu ta’ kunfidenzjalità tagħhom. Fil‑<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, RQ, bħala Direttur Ġenerali tal-OLAF, aċċetta li jeħles lill-membri tat-tim investigattiv u lill-kap tad-diviżjoni tiegħu minn dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tal‑<DATE ISO="20141121">21 ta’ Novembru 2014</DATE> u tas‑<DATE ISO="20150206">6 ta’ Frar 2015</DATE>, rispettivament, l-awtoritajiet Belġjani talbu lill-Kummissjoni sabiex tneħħi l-immunità tal-membri tal-persunal tal-OLAF inkwistjoni (inkluż RQ), għaliex kienu qegħdin jippruvaw jiddeterminaw jekk kienx hemm effettivament reġistrazzjoni illegali tal-konverżazzjoni telefonika tas-Sur Zammit tat‑<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>. L-awtoritajiet Belġjani xtaqu jinterrogaw lill-aġenti tal-OLAF bħala konvenuti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> u tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni talbet iktar dettalji fir-rigward ta’ din it-talba, sabiex tkun tista’ tieħu deċiżjoni b’għarfien sħiħ tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-data meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Belġjan ħa l-każ f’idejh, it-talba biex titneħħa l-immunità kienet ristretta għal RQ. Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ittra tat‑<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku stabbilixxa ċerti fatti li fil-fehma tiegħu indikaw li kienet saret reġistrazzjoni ta’ konverżazzjoni telefonika b’mod illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2016) 1449 final dwar talba għat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja ta’ RQ (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni neħħiet parzjalment l-immunità ġudizzjarja ta’ RQ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punt 6 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. It-tneħħija kienet limitata għal allegazzjonijiet ta’ fatt relatati mal-monitoraġġ ta’ konverżazzjoni telefonika msemmija fl-ittra tat‑<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>. Il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tal-awtoritajiet Belġjani biex titneħħa l-immunità ta’ RQ fir-rigward tal-allegazzjonijiet l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’Marzu u f’April 2016, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjonijiet pubbliċi fejn affermat mill-ġdid li RQ baqa’ jgawdi l-fiduċja tagħha u li kompla jibbenefika mill-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-Kummissjoni affermat ukoll li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ta’ natura li taffettwa l-operat tal-OLAF u lanqas l-awtorità ta’ RQ fil-kwalità tiegħu ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF. Fl‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>, il-Kummissjoni laqgħet it-talba ta’ RQ intiża għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ avukat skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>, l-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Belġjan talab lill-Kummissjoni sabiex teħles lil RQ mid-dmir ta’ kunfidenzjalità tiegħu sabiex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti sabiex jinterrogawh u jippermettulu li jinstema’ bħala konvenut fil-kuntest tal-proċedura nazzjonali. Il-Kummissjoni laqgħet din it-talba permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160610">10 ta’ Ġunju 2016</DATE>, RQ ressaq ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil‑<DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, dan l-ilment ġie miċħud mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni Ares (2016) 5814495.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 8 tad-deċiżjoni kkontestata jsemmu l-kuntest fattwali tat-talba tal-awtoritajiet Belġjani biex titneħħa l-immunità ta’ RQ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punti 13 sa 24 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Niġbor fil-qosor hawn taħt il-motivi invokati mill-Kummissjoni fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Kien neċessarju li jiġi żgurat skont l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 li t-tneħħija tal-immunità ma tippreġudikax l-interessi tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-indipendenza u l-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi u aġenziji tal-Unjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan huwa l-uniku kriterju sostantiv li jippermetti li tiġi rrifjutata t-tneħħija tal-immunità. Fil-każ kuntrarju, l-immunità għandha titneħħa b’mod sistematiku, peress li l-Protokoll Nru 7 ma jippermettix lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jivverifikaw jekk il-proċedura ġudizzjarja nazzjonali sottostanti għat-talba hijiex fondata jew ekwa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Premessa 9.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Sabiex tasal għal deċiżjoni, kien xieraq li jittieħed inkunsiderazzjoni l-qafas legali speċifiku ħafna li jirregola l-investigazzjonijiet tal-OLAF skont ir-Regolament Nru 883/2013. Il-leġiżlatur tal-Unjoni attribwixxa setgħat ta’ investigazzjoni lill-OLAF li dan tal-aħħar (anki jekk huwa marbut mal-Kummissjoni) jeżerċita b’indipendenza sħiħa fil-konfront tal-Kummissjoni stess. Dan il-qafas regolatorju speċifiku jimponi fuq il-Kummissjoni li hija stess tiżgura li, permezz tal-ilqugħ ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità, din ma tostakolax l-indipendenza u l-funzjonament tal-OLAF bħala l-uffiċċju ta’ investigazzjoni kontra l-frodi tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Premessa 10.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>L-immunità tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tista’ titneħħa biss jekk il-Kummissjoni tkun informata, b’ċarezza u preċiżjoni suffiċjenti, bir-raġunijiet li għalihom l-awtoritajiet Belġjani qiesu li l-allegazzjonijiet kontrih setgħu, jekk ikun il-każ, jiġġustifikaw li jinstema’ bħala konvenut fi proċeduri kriminali. Kieku dan ma kienx il-każ, kwalunkwe persuna kkonċernata minn investigazzjoni tal-OLAF tista’, permezz ta’ allegazzjonijiet manifestament infondati fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tiegħu, tipparalizza l-funzjonament ta’ dan l-uffiċċju, li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Premessa 11.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Fil-każ preżenti, fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni illegali ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, wara l-ittra tat‑<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Kummissjoni kellha indikazzjonijiet ċari u speċifiċi ħafna li kienu juru li l-awtoritajiet Belġjani setgħu, b’mod raġonevoli — u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma jaġixxu b’mod arbitrarju jew abbużiv — iqisu li l-allegazzjonijiet kontra RQ kienu jiġġustifikaw li jkompli jiġi investigat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, imur kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali mal-awtoritajiet nazzjonali jekk wieħed jirrifjuta li jneħħi l-immunità ta’ RQ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, fl-opinjoni tagħha, kienet meħtieġa li taċċetta t-talba għat-tneħħija tal-immunità għal dawn l-allegazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Premessa 13.</P></NOTE>.</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>Madankollu, RQ kompla jibbenefika minn preżunzjoni ta’ innoċenza u d-deċiżjoni għat-tneħħija tal-immunità tiegħu ma kienet bl-ebda mod ġudizzju dwar jekk l-allegazzjonijiet kontrih kinux fondati jew jekk il-proċedura nazzjonali kinitx ġusta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Premessa 14.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-aħħar nett, RQ kellu d-dritt li jitlob għajnuna legali mill-Kummissjoni abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jkopri l-ispejjeż legali u tal-avukat, fil-każ li l-investigazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet Belġjani fil-konfront tiegħu twassal li jittieħdu passi li jwassluh biex iġarrab spejjeż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Premessa 15.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170117">17 ta’ Jannar 2017</DATE>, RQ ippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali biex jitlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20160520">20 ta’ Mejju 2016</DATE>, RQ ippreżenta rikors parallel kontra d-deċiżjoni kkontestata skont il-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 883/2013, fil-kwalità tiegħu ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF. Il-motivi ta’ dan ir-rikors huma bbażati fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, peress li hija tikkontesta l-indipendenza tiegħu. Din il-kawża (T‑251/16) ġiet sospiża sakemm tintemm din il-proċedura. Barra minn hekk, RQ ressaq talba għal miżuri provviżorji (Kawża T‑251/16 R) fejn talab is-sospensjoni tad-deċiżjoni kkontestata inkwantu tirrifjuta l-immunità tiegħu. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>.</P></NOTE>. Insostenn tar-rikors tiegħu, RQ qajjem tliet motivi. Huwa sostna ksur ta’: (i) l-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 17(2) tal-Protokoll Nru 7, flimkien ma’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja, (ii) l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura, (iii) l-obbligu ta’ motivazzjoni, (iv) il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u (v) id-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni inizjalment qajmet żewġ eċċezzjonijiet kontra l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ RQ. L-ewwel nett, hija sostniet li r-rikors il-ġdid ma setax jiġi ppreżentat għar-raġuni li proċedura dwar l-istess kwistjoni kienet diġà pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T‑251/16<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. It-tieni nett, il-Kummissjoni argumentat li d-deċiżjoni kkontestata ma kkostitwixxietx att li jikkawża preġudizzju lil RQ. Fis-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni rtirat l-ewwel eċċezzjoni tagħha ta’ inammissibbiltà kontra r-rikors ta’ RQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont is-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata u kkundannat lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura. Il-Kummissjoni tikkontesta din is-sentenza fl-appell tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-appell u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-talba ta’ RQ intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u tiddeċiedi definittivament il-kawża jew, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża definittivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil RQ għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza u fl-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tissottometti li s-sentenza appellata hija vvizzjata mill-iżbalji ta’ liġi li ġejjin. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata tat lok għal att li kkawża preġudizzju lil RQ. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta tat interpretazzjoni wiesgħa ħafna tad-dritt għal smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tal-aġir tal-Kummissjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel aggravju: żball ta’ liġi li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u s-sinjifikat tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>att li jaffettwaha ħażin<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (fil-punti 36 sa 45 tas-sentenza appellata) li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju lil RQ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali bdiet billi tfakkar li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[…] l-atti li jikkawżaw preġudizzju lil uffiċjal huma dawk il-miżuri li jipproduċu effetti legali vinkolanti tali li jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi tal-persuna kkonċernata, billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Punt 36 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Il-Protokoll Nru 7 jagħti lill-persuni kkonċernati dritt individwali, li l-osservanza tiegħu hija ggarantita mis-sistema tar-rimedji ġudizzjarji stabbilita mit-Trattat. L-immunità ġudizzjarja prevista mill-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 tipproteġi lill-uffiċjali u lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kontra l-proċeduri tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għal atti mwettqa fil-kapaċità uffiċjali tagħhom. Għaldaqstant, deċiżjoni biex titneħħa l-immunità ta’ uffiċjal tibdel is-sitwazzjoni legali tiegħu. Billi tneħħi din il-protezzjoni, hija terġa’ tistabbilixxi l-kwalità tiegħu ta’ persuna li hija suġġetta għad-dritt komuni tal-Istati Membri u b’hekk tesponih, mingħajr ma tkun neċessarja ebda regola intermedjarja, għal miżuri bħal dawk li jordnaw id-detenzjoni u li jinġiebu proċeduri legali kontrih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Punti 36 sa 38 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali, wara t-tneħħija tal-immunità, fir-rigward tat-tkomplija jew tat-twaqqif tal-proċeduri mibdija kontra uffiċjal jew membru tal-persunal, ma għandhiex effett fuq il-fatt li s-sitwazzjoni legali tiegħu hija affettwata direttament. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-immunità ta’ RQ kienet tikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Punti 39 u 40 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti kollha tal-Kummissjoni intiżi sabiex jikkontestaw din il-konklużjoni. L-ewwel nett, hija ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, dwar l-eżenzjoni ta’ kull taxxa nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti (imħallsa minn dik li, dak iż-żmien, kienet l-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>KEFA<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>)) ta’ uffiċjali tal-Unjoni, ma kkonfermatx li uffiċjal jista’ jressaq azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tneħħi l-immunità tiegħu. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma kien hemm l-ebda bażi legali għall-argument tal-Kummissjoni li jgħid li s-sentenza mogħtija preċedentement mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Mote vs Il‑Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ma setgħetx tiġi applikata b’analoġija, peress li din il-kawża kienet tirrigwarda<?PAGE NO="8"?> l-privileġġi u l-immunitajiet ta’ Membru tal-Parlament Ewropew iktar milli ta’ uffiċjal. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni tal-ex Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża A u G vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għandha tiġi injorata minħabba l-fatt li din is-sentenza ma ġietx ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali jew mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punti 42 sa 44 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-Kummissjoni bbażata fuq dawn il-motivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Punt 45 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti li ġejjin. Fil-fatt, ma hemmx linja ta’ ġurisprudenza stabbilita dwar jekk deċiżjoni biex titneħħa l-immunità ta’ uffiċjal skont il-Protokoll Nru 7 tikkostitwixxix att li jikkawżalu preġudizzju. Ma jistax jiġi preżunt li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tapplika l-motivazzjoni ta’ kawża preċedenti, bħal dik ta’ Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li hija distinta mill-każ ta’ RQ, meta tinterpreta l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 li japplikaw għall-Membri tal-Parlament Ewropew essenzjalment jipprovdu protezzjoni li hija ta’ natura iktar b’saħħitha u iktar personali minn dik irrikonoxxuta lill-uffiċjali bħal RQ. Għalhekk, is-sentenzi ċċitati fis-sentenza appellata li jirrigwardaw il-Membri tal-Parlament Ewropew ma humiex rilevanti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta bbażat ruħha fuq sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ma hijiex deċiżiva peress li ma ġietx ikkonfermata minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt għall-immunità inkwantu hija suġġettiva u fuq interpretazzjoni żbaljata tat-test tal-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7. Il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jindika li l-immunità ma hijiex dritt suġġettiv tal-uffiċjal ikkonċernat. Is-sitwazzjoni tal-uffiċjal hija affettwata biss indirettament meta l-immunità titneħħa skont l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7: hija biss kundanna li għandha impatt reali fuq is-sitwazzjoni legali tal-uffiċjal. L-għan tal-immunità huwa li tipprevjeni l-ostakoli għall-funzjonament tajjeb u għall-indipendenza tal-Unjoni Ewropea. Att li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jikkawża preġudizzju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għas-sitwazzjoni ta’ uffiċjal huwa dak li jipproduċi effetti legalment vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw direttament u immedjatament l-interessi tal-persuna kkonċernata billi jibdel is-sitwazzjoni legali tagħha. Il-prassi normali tal-Kummissjoni hija sistematikament it-tneħħija tal-immunità sabiex ma jiġux imfixkla l-proċeduri nazzjonali. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tfittex li tosserva l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali. Il-garanziji normali, bħall-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-drittijiet tad-difiża u l-garanziji proċedurali abitwali japplikaw sabiex l-uffiċjal ikkonċernat jiġi protett. Fil-każ li jkun neċessarju li dan l-uffiċjal ikollu aċċess għal rimedju, huwa għandu jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kuntest tal-proċedura nazzjonali u hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>RQ jargumenta li l-ewwel aggravju tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli jew infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-iskop ta’ appell ma huwiex li jirriproduċi l-istess motivi u argumenti identiċi bħal dawk li ġew mismugħa fl-ewwel istanza. Madankollu, fl-appell tagħha, il-Kummissjoni sempliċement tirrepeti l-argumenti li hija kienet qajmet fl-ewwel istanza. Għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni tiddikjara b’mod żbaljat li t-tneħħija tal-immunità ma tbiddilx is-sitwazzjoni legali tal-uffiċjal. Qabel din it-tneħħija, huwa protett fid-dritt u fil-fatt minn kull proċedura nazzjonali. Wara li titneħħa l-immunità, din il-protezzjoni tisparixxi. Il-fatt li s-sentenza Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ngħatat fil-kuntest tal-protokoll tat-Trattat KEFA ma jfissirx li ma tapplikax għal dan il-każ. Bl-istess mod, ma jsegwix li s-sentenza Mote vs Il Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ma tistax tiġi applikata b’analoġija. Is-sentenza A u G vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> toħloq preċedent utli. Il-Kummissjoni ma appellatx minn dik id-deċiżjoni, li għaldaqstant saret definittiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali kemm tal-Artikolu 90(2) kif ukoll tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari t-tifsira tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[…] att li jaffettwah ħażin<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, u għaldaqstant billi kkonkludiet li t-talba ta’ RQ kienet ammissibbli?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Kemm l-Artikolu 90(2) kif ukoll l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jużaw l-istess espressjoni. Mhux ser neżamina din l-aħħar dispożizzjoni b’mod separat: il-konklużjoni tiegħi fir-rigward tal-Artikolu 90(2) għandha tinqara bħala li tapplika wkoll għall-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ser nibda billi neżamina l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn RQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>RQ ġustament jiddikjara li l-għan ta’ appell kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma huwiex sempliċement li jirriproduċi u jirrepeti l-istess motivi li jkunu tressqu fl-ewwel istanza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi eżaminati fl-ewwel istanza jistgħu jiġu diskussi mill-ġdid fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipji li din il-qorti nisslet mill-ġurisprudenza tagħha stess u minn dik tal-ex Tribunal għas-Servizz Pubbliku preċedenti. Il-Kummissjoni tikkontesta wkoll l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikoli 11(a) u 17 tal-Protokoll Nru 7. Għalhekk il-Kummissjoni qiegħda tikkontesta b’mod ċar il-motivazzjoni tas-sentenza appellata, li għandha tiġi eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għalhekk, niċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn RQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dwar il-mertu, jidhirli li huwa paċifiku li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>att<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għall-finijiet tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-effetti legali ta’ din id-deċiżjoni kienu li jneħħu parzjalment l-immunità ta’ RQ minn prosekuzzjoni għal allegati reati kriminali mill-awtoritajiet nazzjonali fil-qrati Belġjani li altrimenti kienet tingħata lilu permezz tal-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7. Id-deċiżjoni kkontestata kienet għalhekk tikkostitwixxi att li kellu effetti legali fuq terzi (jiġifieri l-awtoritajiet Belġjani), peress li permezz tagħha huma setgħu jipproċedu kontra RQ. L-effetti tagħha għalhekk estendew lil hinn mill-ħidmiet interni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni essenzjali tat-tilwima bejn il-partijiet hija dwar jekk id-deċiżjoni kkontestata affettwatx ħażin lil RQ fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-punt tat-tluq tal-analiżi huwa ddettat minn ġurisprudenza konsistenti sa fejn huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-formulazzjoni, l-għanijiet, il-kuntest u l-istruttura tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Probst</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑119/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:748">EU:C:2012:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. It-tifsira ordinarja u komuni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jaffettwah ħażin<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> hija li għandu jkun possibbli li jintwera li l-att ikkontestat biddel is-sitwazzjoni legali tal-uffiċjal ikkonċernat b’mod dannuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk niċħad l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li għandu jsir riferiment biss għall-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjoni kkontestata kinitx tippreġudika l-funzjonament tal-Unjoni Ewropea stess. L-għan tal-Artikolu 90 huwa li jippermetti lill-uffiċjali jappellaw minn deċiżjonijiet motivati li jaffettwawhom. L-Artikolu 90(1) jipprevedi li uffiċjal jista’ jitlob lill-Awtorità tal-Ħatra rilevanti li tieħu deċiżjoni <HT TYPE="ITALIC">dwaru</HT>. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>dwaru<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tindika li huwa l-uffiċjal stess li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata. L-Artikolu 90(2) imbagħad jippermetti lil uffiċjal iressaq ilment kontra tali deċiżjoni, preċiżament għaliex il-persuna kkonċernata (l-uffiċjal) hija affettwata bil-konsegwenzi ġuridiċi tal-att. Nosserva wkoll li, skont l-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, nuqqas ta’ risposta min-naħa tal-Awtorità tal-Ħatra għal ilment fit-terminu mogħti huwa intiż li jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita li tiftaħ it-triq għall-uffiċjal ikkonċernat li jikkontesta n-<HT TYPE="ITALIC">nuqqas</HT> tal-Awtorità tal-Ħatra li tieħu deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata. Fi kwalunkwe każ, l-enfasi hija fuq li l-<HT TYPE="ITALIC">uffiċjal ikkonċernat</HT> mill-azzjoni (jew min-nuqqas ta’ azzjoni) tal-Awtorità tal-Ħatra jingħata l-possibbiltà li jippreżenta rikors. Għaldaqstant, l-interpretazzjoni mressqa mill-Kummissjoni ma tistax tkun korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jidhirli li teżisti rabta neċessarja bejn l-immunità mogħtija mill-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7 u l-funzjonijiet tal-persuna kkonċernata bħala uffiċjal tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni tirrigwarda espressament l-atti mwettqa mill-uffiċjali tal-Unjoni li jaġixxu fil-kwalità uffiċjali tagħhom. Dan peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-immunità ma huwiex daqshekk wiesa’ li jkopri lill-uffiċjali meta huma jaġixxu fil-kwalità purament personali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet nazzjonali li jfittxu li jwettqu investigazzjoni kriminali li tinvolvi uffiċjal tal-Unjoni jew li jieħdu iktar miżuri, wara tali investigazzjoni, għandhom jitolbu li titneħħa l-immunità ta’ dak l-uffiċjal u jiksbu deċiżjoni fuq din it-talba. Fl-assenza ta’ tali deċiżjoni, dawn l-awtoritajiet ma jistgħux jaġixxu kontra l-uffiċjal ikkonċernat. Il-konsegwenzi ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità għalhekk jibdlu s-sitwazzjoni tal-uffiċjal radikalment. Qabel it-tneħħija, ebda azzjoni ma setgħet tiġi eżerċitata kontra l-uffiċjal ikkonċernat fir-rigward ta’ reat kriminali allegat. Madankollu, wara li titneħħa l-immunità, l-uffiċjal jista’ jkun suġġett għal proċeduri kriminali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ikun estremament artifiċjali li kieku t-tneħħija kellha titqies li ma tipproduċi ebda modifika legali għas-sitwazzjoni tal-uffiċjal. Għall-kuntrarju, ikun hemm bidla sostanzjali li għandha konsegwenzi negattivi serji għal dan l-uffiċjal. Fi kwalunkwe każ, huwa ser ikun suġġett għal investigazzjoni kriminali li nkella huwa kien jevita. Potenzjalment, huwa jista’ jaffaċċja proċeduri kriminali u l-prospett ta’ detenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfittex li tibbaża ruħha fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 sabiex issostni li l-immunità minn prosekuzzjoni fi proċedura nazzjonali ma tingħatax lill-uffiċjali bħala dritt suġġettiv u tfakkar li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-protezzjoni tal-immunità mogħtija mill-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tikkonfondi żewġ punti distinti. Il-kwistjoni dwar jekk l-immunità għandhiex titneħħa hija kwistjoni separata u distinta minn dik dwar jekk id-deċiżjoni kkontestata tikkawżax preġudizzju lill-uffiċjal ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-Artikolu 90(2) jirrigwarda n-natura tal-att li l-uffiċjal ikollu l-intenzjoni li jikkontesta, u mhux l-evalwazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni nnifisha kinitx korretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dak li huwa importanti hawnhekk huwa li l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7 jipprevedi l-benefiċċju dirett tal-immunità għall-uffiċjali tal-Unjoni meta jaġixxu fil-kwalità ta’ uffiċjali. Id-deċiżjoni li jitneħħa jew li jiġi mrażżan dan il-benefiċċju għandu konsegwenzi negattivi gravi għall-uffiċjal ikkonċernat u, għaldaqstant, tista’ tiġi kkontestata skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk id-deċiżjoni kkontestata tipproduċix effetti legalment vinkolanti, huwa neċessarju li tiġi eżaminata s-sustanza tagħha u li jiġu evalwati l-effetti tagħha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħall-kontenut, wara li jitqies, kif xieraq, il-kuntest li fih ġiet adottata u s-setgħat tal-istituzzjoni li adottat l-att<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:79">EU:C:2018:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni f’din il-kawża tipproduċi effetti legalment vinkolanti kemm għal RQ kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali. L-effetti għal RQ huma ċari. L-immunità li kien jibbenefika minnha skont l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7 hija mrażżna. L-effetti legali fir-rigward tal-awtoritajiet Belġjani huma wkoll evidenti. Fin-nuqqas tad-deċiżjoni kkontestata, ma setgħux jieħdu proċeduri kriminali kontra RQ. Wara li ġiet adottata dik id-deċiżjoni, il-proċeduri nazzjonali ma baqgħux iktar imblukkati mill-immunità ta’ RQ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 56 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, niċħad l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li att bħad-deċiżjoni kkontestata huwa sempliċi att preparatorju li ma jibdilx is-sitwazzjoni legali tal-uffiċjal ikkonċernat. Peress li RQ ma bbenefikax iktar minn immunità (totali) skont il-Protokoll Nru 7, il-konsegwenzi li rriżultaw minn dik id-deċiżjoni kellhom ukoll effetti diretti u immedjati fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-analiżi tal-ġurisprudenza magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 42 sa 44 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-Qorti Ġenerali eżaminat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tas‑<DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (6/60‑IMM, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. J.‑E. Humblet kien ċittadin Belġjan impjegat fil-Lussemburgu bħala uffiċjal tal-KEFA. Huwa tqies li għandu d-domiċilju tiegħu għall-finijiet tat-taxxa fil-Belġju (fejn huwa żamm ukoll residenza) u fejn il-mara tiegħu rċeviet dħul. Id-dħul tas-Sinjura Humblet ġie ddikjarat fil-Belġju fejn kien suġġett għat-taxxa f’isem ir-raġel tagħha, bħala kap tal-familja, skont id-dritt nazzjonali. Sussegwentement, l-awtoritajiet Belġjani biddlu l-prassi preċedenti u obbligaw lil J.‑E. Humblet li jiddikjara wkoll l-ammont tas-salarju tiegħu bħala uffiċjal tal-KEFA, li kien eżenti mit-tassazzjoni skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tat-Trattat KEFA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Protokoll KEFA<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). L-awtoritajiet nazzjonali ħarġu valutazzjonijiet stmati kontra J.‑E. Humblet għas-snin fiskali inkwistjoni li sussegwentement huwa kkontesta. Fid-dawl tal-Artikolu 16 tal-Protokoll KEFA, J.‑E. Humblet qies li huwa kellu d-dritt li jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li s-sentenza Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tas‑<DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (6/60‑IMM, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> ma tikkonfermax li uffiċjal tal-Unjoni jista’ jressaq proċeduri kontra d-deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tneħħi l-immunità tiegħu. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument u invokat dik is-sentenza bħala gwida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jidhirli li r-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjonijiet ta’ kompetenza u ta’ proċedura f’dik is-sentenza jipprovdi effettivament indikazzjonijiet utli fir-rigward tal-każ ta’ RQ. Il-Qorti tal-Ġustizzja hemmhekk iddeċidiet li, għalkemm ma kinitx kompetenti sabiex tannulla l-atti leġiżlattivi jew amministrattivi ta’ wieħed mill-Istati Membri, il-kwistjoni mqajma kienet taqa’ madankollu taħt il-kompetenza tagħha f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Protokoll KEFA, b’mod partikolari tal-Artikolu 11(b) tiegħu. Il-Qorti Ġenerali għamlet id-dikjarazzjonijiet li ġejjin fis-sentenza tagħha li huma partikolarment pertinenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Billi ngħataw dritt għal azzjoni legali bbażat fuq l-Artikolu 16 tal-Protokoll [KEFA], l-awturi tal-Protokoll [KEFA] fittxew b’mod ċar li jiżguraw l-osservanza tal-privileġġi u tal-immunitajiet previsti, fl-interessi mhux biss tal-Komunità u tal-istituzzjonijiet tagħha, <HT TYPE="ITALIC">iżda wkoll tal-persuni li lilhom ingħataw dawn il-privileġġi u l-immunitajiet</HT>, u, min-naħa l-oħra, fl-interess tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet amministrattivi tagħhom li għandhom bżonn ikunu protetti kontra interpretazzjoni wiesgħa wisq ta’ dawn il-privileġġi u immunitajiet.</ALINEA><ALINEA>Għalkemm il-privileġġi u l-immunitajiet ingħataw <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>biss fl-interess tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>, ma għandux jintesa li ngħataw espressament <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>lill-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/>.</ALINEA><ALINEA>Il-fatt li l-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet kienu ġew ipprovduti fl-interess pubbliku tal-Komunità ċertament jiġġustifika s-setgħa mogħtija lill-Awtorità Għolja sabiex tiddetermina l-kategoriji ta’ uffiċjali li għalihom dawn huma applikabbli (Artikolu 12) jew, jekk ikun il-każ, sabiex tneħħi l-immunità (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13), iżda <HT TYPE="ITALIC">ma jfissirx li dawn il-privileġġi jingħataw lill-Komunità u mhux direttament lill-uffiċjali tagħha</HT>. Din l-interpretazzjoni hija barra minn hekk sostnuta b’mod ċar mill-kliem tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tas‑<DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE>, Humblet vs État belge (6/60‑IMM, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 570, enfasi miżjuda minni).</P></NOTE>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa għalkollox minnu li l-kliem tal-Artikolu 16 tal-Protokoll KEFA ma huwiex rifless fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Qorti Ġenerali kienet korretta meta ddeċidiet li tapplika, b’analoġija għas-sitwazzjoni ta’ RQ, il-motivazzjoni tas-sentenza Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, kienet korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet mis-sentenza Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li, għalkemm l-uffiċjali jgawdu mill-benefiċċju tal-immunità meta jaġixxu fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom (li jitqies bħala sinonimu ma’ li wieħed jaġixxi fl-interess pubbliku tal-Unjoni Ewropea stess), ma jirriżultax neċessarjament li l-privileġġi u l-immunitajiet jingħataw lill-entità li hija l-Unjoni u mhux direttament lill-uffiċjal stess. Fuq din il-bażi, jirriżulta mbagħad neċessarju li jiġi ddeterminat jekk l-att inkwistjoni jikkawżax preġudizzju għall-uffiċjal ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni li jgħid li, billi ma ntużatx il-formulazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Protokoll KEFA fir-Regolamenti tal-Persunal, il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jeskludi l-possibbiltà li l-uffiċjali jagħmlu tali allegazzjonijiet ma huwiex konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>It-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Appelli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Taħt dan it-titolu, il-leġiżlatur stabbilixxa proċedura sħiħa u kompleta għal uffiċjal li jikkontesta d-deċiżjonijiet li jikkonċernawh. Peress li proċedura ta’ appell speċifika ġiet stabbilita, jidhirli li l-kontroargument għandu saħħa ikbar, jiġifieri li l-leġiżlatur ma kellux bżonn li jissellef il-formulazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Protokoll KEFA sabiex joħloq id-dritt għal azzjoni legali neċessarju. Minn dan nikkonkludi li l-argument tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni toġġezzjona għar-referenza tal-Qorti Ġenerali għas-sentenzi Mote vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Gollnisch vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE> (<NO.CASE>T‑346/11 u T‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:23">EU:T:2013:23</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali ċċitat din tal-aħħar sabiex issostni l-proposta li l-privileġġi u l-immunitajiet skont il-Protokoll Nru 7 jagħtu dritt individwali lill-persuna kkonċernata. Hija bbażat ruħha fuq is-sentenza preċedenti insostenn tal-motivazzjoni (ibbażata fuq is-sentenza Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>) li l-privileġġi u l-immunitajiet huma mogħtija direttament lill-uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Iż-żewġ kawżi kienu jikkonċernaw il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew, li huma rregolati mill-Artikoli 7 sa 9 fil-Kapitolu III tal-Protokoll Nru 7. Il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex l-istess bħal dik tal-Artikolu 11(a) li jistabbilixxi r-regoli għall-uffiċjali tal-Unjoni. Dan ma huwiex sorprendenti: ir-rwoli huma differenti ħafna. Madankollu, in-<HT TYPE="ITALIC">natura</HT> tal-immunità tal-persuna kkonċernata ma hijiex inkwistjoni hawnhekk. B’hekk, ma hemmx bżonn li jiġu pparagunati s-sitwazzjonijiet rispettivi tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-uffiċjali. Il-kwistjoni hija pjuttost dwar jekk ir-Regolamenti tal-Persunal jipprovdux lill-uffiċjal tal-Unjoni l-<HT TYPE="ITALIC">possibbiltà</HT> ta’ <HT TYPE="ITALIC">rimedju</HT> meta titneħħa l-immunità tiegħu. F’dan il-kuntest, fid-dawl tal-konklużjoni tiegħi li d-deċiżjoni kkontestata tabilħaqq toħloq konsegwenzi legali diretti u immedjati għal RQ, jidhirli li l-Qorti Ġenerali kienet korretta meta applikat b’analoġija l-motivazzjoni tas-sentenzi Mote vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Gollnisch vs Il‑Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE> (<NO.CASE>T‑346/11 u T‑347/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:23">EU:T:2013:23</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-fatt li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq dik li l-Kummissjoni tikkwalifika bħala deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>iżolata<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tal-ex Tribunal għas-Servizz Pubbliku, A u G vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dik is-sentenza kienet tirrigwarda waħda mid-diversi tilwimiet li qamu mill-iskandlu ta’ Edith Cresson, ex membru tal-Kummissjoni, jiġifieri żewġ rikorsi ppreżentati kontra l-Kummissjoni mill-ex Chef de cabinet ta’ Edith Cresson. Fid-dawl tal-importanza tal-kawża, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ltaqa’ bħala seduta plenarja. It-tentattiv tal-Kummissjoni li tiċħad is-sentenza mogħtija f’dik il-kawża bħala insinjifikattiva u nieqsa minn kull rilevanza b’hekk jidher mhux xieraq. Fil-punt 230 tas-sentenza A u G vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tenna d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kawża Humblet vs État belge<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19601216">16 ta’ Diċembru 1960</DATE> (<NO.CASE>6/60‑IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1960:48">EU:C:1960:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Mote vs Il-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081015">15 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<NO.CASE>T‑345/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:440">EU:T:2008:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li l-uffiċjali huma direttament ikkonċernati mid-deċiżjonijiet ta’ tneħħija tal-immunità previsti mill-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7. B’hekk, A u G vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tistabbilixxi r-raġunament li huwa manifestament rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tkun marbuta b’dik is-sentenza, peress li ma hijiex obbligata li tadotta interpretazzjoni partikolari tar-Regolamenti tal-Persunal. Bl-istess mod, madankollu, ma hemmx raġuni tajba għaliex il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja ma jistgħux japplikaw l-istess raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applikat fis-sentenza A u G vs Il-Kummissjoni f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE> (<NO.CASE>F‑124/05 u F‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:2">EU:F:2010:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tipprova targumenta li r-rotta prevista fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tintuża. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li r-rimedju xieraq għall-uffiċjal huwa li jikkontesta d-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali nazzjonali u biex imbagħad il-qorti nazzjonali tressaq domandi dwar il-validità tal-miżura inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Jidhirli li s-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni hawnhekk ma humiex plawżibbli u huma wkoll żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hija ġurisprudenza stabbilita li r-rinviji għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità jistgħu jikkonċernaw biss atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19871022">22 ta’ Ottubru 1987</DATE>, <NAME.CASE>Foto-Frost</NAME.CASE> (<NO.CASE>314/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:452">EU:C:1987:452</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni tqajjem żewġ argumenti li huma reċiprokament inkompatibbli. Minn naħa, hija ssostni li l-att ikkontestat <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> joħloqx effetti legalment vinkolanti li jaffettwaw direttament u immedjatament lill-uffiċjal ikkonċernat, b’mod li ma huwiex f’pożizzjoni li juża l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Min-naħa l-oħra, hija targumenta li l-istess att jista’ jkun is-suġġett ta’ proċeduri ta’ invalidità skont l-Artikolu 267 TFUE, fatt li jippreżupponi li l-att għandu effettivament effetti legalment vinkolanti li l-uffiċjal ikkonċernat jista’ jkun li jixtieq jikkontesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki li kieku kien possibbli li tiġi injorata l-kontradizzjoni inerenti fl-argumentazzjoni tal-Kummissjoni, il-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari mhux dejjem tipprovdi rimedju sħiħ, għaliex il-kwistjoni dwar jekk għandhiex issir referenza jew tabilħaqq tistax issir tvarja skont il-proċedura nazzjonali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:197">EU:C:2002:197</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Infakkar ukoll li, għalkemm parti tista’ titlob lil qorti nazzjonali biex tagħmel rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, ma tistax tobbliga lill-qorti nazzjonali tagħmel hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari hija intiża esklużivament sabiex tgħin lill-qrati nazzjonali meta deċiżjoni ta’ awtorità fuq l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni hija neċessarja sabiex tiġi deċiża l-kwistjoni li tkun tressqet quddiemhom. Madankollu, fil-mument meta deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità tipproduċi l-effetti tagħha (billi tippermetti li tibda investigazzjoni kriminali li tinvolvi uffiċjal tal-Unjoni inkwistjoni), jidhirli li x’aktarx ma hemmx proċedura quddiem qorti nazzjonali li tipprovdi l-kuntest li fih jista’ jsir rinviju kif xieraq. Huwa biss fi stadju ulterjuri, jekk jew meta qorti jew tribunal jintervjenu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra dan l-uffiċjal bħala konvenut, li l-uffiċjal ikkonċernat ikollu l-possibbiltà li jitlob li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-deċiżjoni dwar it-tneħħija tal-immunità tiegħu. Ma jidhirlix li huwa fittizju, fil-fehma tiegħi, li wieħed jaħseb li, f’dan l-istadju, ir-reazzjoni tal-qorti nazzjonali tista’ tkun li tali riferiment ma jkunx <HT TYPE="ITALIC">iktar neċessarju</HT> għaliha sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-proċeduri kriminali li sa dakinhar hija tkun qiegħda tippresjedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, inqis li l-ewwel aggravju tal-Kummissjoni huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(3) TUE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, ifformulat sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li, billi ma bbilanċjatx l-interessi ta’ RQ mar-rieda tal-awtoritajiet nazzjonali li jippreżervaw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tagħhom qabel ma ddeċidiet li tneħħi parzjalment l-immunità ta’ dak l-uffiċjal, il-Kummissjoni ma osservatx id-dritt ta’ RQ li jinstema’.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Is-siltiet rilevanti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[…] bħala regola ġenerali, il-fatt li l-persuna kkonċernata ma tinstemax qabel titneħħa l-immunità tagħha jista’ jiżgura s-sigriet istruttorju.</P><P>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, jekk, f’każijiet debitament iġġustifikati, awtorità nazzjonali tipprekludi l-komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata ta’ motivi preċiżi u kompleti li jikkostitwixxu l-bażi tat-talba għat-tneħħija tal-immunità, billi tinvoka raġunijiet koperti bis-sigriet istruttorju, il-Kummissjoni għandha, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, timplimenta miżuri għar-rikonċiljazzjoni, minn naħa, tal-kunsiderazzjonijiet leġittimi tas-sigriet istruttorju u, min-naħa l-oħra, tan-neċessità li jiġi ggarantit b’mod suffiċjenti lill-individwu r-rispett tad-drittijiet fundamentali tiegħu, bħad-dritt għal smigħ […]</P><P>Fil-fatt, peress li l-Kummissjoni hija marbuta li tosserva d-dritt għal smigħ meta tadotta att li jikkawża preġudizzju, hija għandha tqis bl-ikbar attenzjoni kif tista’ tirrikonċilja r-rispett tal-imsemmi dritt tal-persuna interessata u l-kunsiderazzjonijiet leġittimi invokati mill-awtoritajiet nazzjonali. Dan l-ibbilanċjar jippermetti li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet li l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jagħti lill-uffiċjali u lill-aġenti tal-Unjoni u, għaldaqstant, tal-interessi tal-Unjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7, u tal-iżvolġiment effiċjenti u mingħajr xkiel tal-proċeduri kriminali nazzjonali, b’rispett tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara rispettivament il-punti 65 sa 67 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li huwa neċessarju li twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar sabiex tiżgura l-proporzjonalità ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tneħħi l-immunità ta’ uffiċjal. Huwa għalhekk b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet naqset milli tibbilanċja l-interessi ta’ RQ fil-kuntest ta’ tali eżerċizzju. Il-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq tali eżerċizzju tikser il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE. Il-prattika ġenerali tal-Kummissjoni hija li tosserva r-regoli nazzjonali li jimponu kundizzjoni ta’ kunfidenzjalità stretta marbuta mas-sigriet istruttorju u għalhekk li titneħħa l-immunità mingħajr is-smigħ minn qabel tal-uffiċjal ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>RQ isostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli, peress li l-Kummissjoni sempliċement tirrepeti l-argumenti li hija kienet ippreżentat fl-ewwel istanza. Sussidjarjament, RQ isostni li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-motiv ta’ inammissibbiltà mqajjem minn RQ fir-rigward tal-ewwel aggravju japplikaw ukoll għat-tieni aggravju. Minn dan nikkonkludi li t-tieni aggravju tal-Kummissjoni huwa ammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punti 44 sa 49 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Konsegwentement, nikkonkludi li t-tieni aggravju tal-Kummissjoni huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, tar-relazzjoni bejn id-dritt għal smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE. Ser nibda bl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega relatata mal-imsemmi Artikolu 41<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>In-noti ta’ spjega tal-Karta huma stabbiliti fl-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tikkonferma li dan l-artikolu huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bbażat fuq l-eżistenza ta’ l-Unjoni bħala komunità bbażata fuq l-istat tad-dritt li l-karatteristiċi tiegħu kienu ġew żviluppati fil-każistika li għamlet, b’mod partikolari, l-amministrazzjoni tajba bħala prinċipju ġenerali tal-liġi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>In-nota ta’ spjega tiċċita, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891018">18 ta’ Ottubru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Orkem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>374/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:387">EU:C:1989:387</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (ara, fir-rigward tad-dritt għal smigħ, il-punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fir-rigward tal-portata ġenerali tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920331">31 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Burban vs Il-Parlament,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑255/90 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:153">EU:C:1992:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. B’hekk, il-prinċipji ġenerali, bħad-dritt għal smigħ u d-drittijiet tad-difiża, jikkostitwixxu l-bażi tal-Artikolu 41(1) u (2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dritt għal smigħ, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża hija prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni. Dan id-dritt issa huwa stabbilit fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta li jiżguraw ir-rispett kemm tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tad-dritt għal smigħ xieraq fil-proċeduri ġudizzjarji kollha. Il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem iddikjarat l-importanza tad-dritt għal smigħ u l-ambitu wiesa’ tiegħu fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni: għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan id-dritt għandu japplika fil-proċeduri <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> li jistgħu jwasslu għal att li jikkawża preġudizzju lill-persuna kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>M.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(2) tal-Karta jidentifika (mhux b’mod eżawrjenti) tliet partijiet tad-dritt għal amministrazzjoni tajba: (a) id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament; (b) id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju; (ċ) l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. Għalhekk, it-tliet partijiet identifikati huma kjarament interkonnessi. Jekk deċiżjoni tkun ser tikkawża preġudizzju lill-persuna, hija għandha tingħata l-opportunità li tressaq l-argumenti tagħha. Sabiex isir dan, hija għandha bżonn aċċess għall-fajl kollu, ħlief għal dawk l-elementi li għalihom il-kunfidenzjalità jew is-segretezza jistgħu <HT TYPE="ITALIC">leġittimament</HT> jiġu invokati. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni għandha tgħarraf ir-raġunijiet għad-deċiżjoni li hija mbagħad tieħu, b’tali mod li l-persuna li lilha d-deċiżjoni tikkawża preġudizzju tkun tista’ tevalwa l-adegwatezza tar-raġunament tal-amministrazzjoni u tiddeċiedi jekk għandhiex tippreżenta jew le rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Id-dritt għal smigħ għandu jiġi osservat anki meta l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprevedix espliċitament tali formalità. Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja f’kuntest differenti, dan id-dritt jiggarantixxi lil kull persuna l-possibbiltà li tesponi, b’mod utli u effettiv, il-fehma tagħha matul il-proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod sfavorevoli l-interessi tagħha. Huwa jobbliga wkoll lill-awtoritajiet li jieħdu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet hekk ippreżentati mill-persuna kkonċernata, jeżaminaw bir-reqqa u b’mod imparzjali l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali u jagħtu motivazzjoni ddettaljata għad-deċiżjoni tagħhom. L-obbligu li jagħtu r-raġunijiet għal deċiżjoni li huma speċifiċi u konkreti biżżejjed li jippermettu lill-persuna tifhem għaliex it-talba tagħha qiegħda tiġi miċħuda huwa għalhekk il-korollarju tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>M.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tispjega li l-prassi attwali tagħha hija bbażata fuq il-premessa li deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità ta’ uffiċjal ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju. Il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ tali deċiżjoni hija apparentement kif ġej. Id-deċiżjoni tittieħed minn membru tal-Kummissjoni bi qbil mal-President. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet kollha. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ma hemm l-ebda dispożizzjoni sistematika li tippermetti li l-uffiċjal ikkonċernat jinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità tiegħu. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinvokaw is-sigriet istruttorju u jitolbu<?PAGE NO="17"?> lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tinforma lill-uffiċjal ikkonċernat li huma jkunu qegħdin jitolbu t-tneħħija tal-immunità, il-Kummissjoni ser taderixxi sistematikament għal din it-talba. Fin-nuqqas ta’ tali talba, il-Kummissjoni tinforma lill-uffiċjal dwar it-tneħħija tal-immunità tiegħu, iżda ma tisimgħux dwar jekk għandux iżomm l-immunità tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel aggravju, ikkonkludejt li d-deċiżjoni kkontestata <HT TYPE="ITALIC">hija</HT> miżura li taffettwa b’mod sfavorevoli lil RQ. Minn dan isegwi li nqis li l-premessa tal-prassi tal-Kummissjoni hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tal-Karta jagħti lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[k]ull persuna<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> id-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet […] ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Bħal kull persuna oħra, l-uffiċjali li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu għalhekk jinvokaw id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Fil-każ ta’ RQ, dan id-dritt fundamentali kien neċessarjament jimplika dritt għal smigħ, skont l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, qabel ma l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk inqis li l-Qorti Ġenerali kienet korretta meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet obbligata tirrispetta d-drittijiet tad-difiża ta’ RQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni bbilanċjat il-ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ RQ mat-talba għas-sigriet istruttorju? Fi kliem ieħor, għamlet evalwazzjoni tal-proporzjonalità kif meħtieġ mill-Artikolu 52(1) tal-Karta?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, jista’ jkun hemm limitazzjonijiet fuq id-drittijiet u l-libertajiet irrikonoxxuti mill-Karta jekk dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, josservaw l-essenza ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet u, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, huma neċessarji u jilħqu ġenwinament l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ ħaddieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-mibki ħabib u kollega tiegħi l-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ZZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:563">EU:C:2012:563</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>L-għan ta’ interess pubbliku jew ġenerali hawnhekk jinsab fl-investigazzjoni kriminali mmexxija mill-awtoritajiet Belġjani. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dawn il-proċeduri huma previsti mil-liġi nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Il-Qorti Ġenerali tiddeskrivi l-kuntest ġuridiku nazzjonali rilevanti fil-punti 61 sa 62 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Bħala tali, huma jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali u ma jaqgħux manifestament fl-ambitu tal-kompetenza tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-limitazzjoni f’dan il-każ hija li l-uffiċjal ġie mċaħħad mid-dritt għal smigħ. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk il-Kummissjoni wettqitx evalwazzjoni tal-proporzjonalità, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, qabel ma neħħiet l-immunità ta’ RQ. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma evalwatx l-impatt fuq RQ tal-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu fir-rigward ta’ xi vantaġġi eventwali li jistgħu jirriżultaw mill-fatt li t-talba għas-sigriet istruttorju tal-awtoritajiet nazzjonali tiġi milqugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali kienet manifestament korretta. Fil-fatt, id-deskrizzjoni tal-Kummissjoni stess dwar il-prattika tagħha fir-rigward ta’ talbiet għat-tneħħija tal-immunità turi biċ-ċar li din l-istituzzjoni tonqos <HT TYPE="ITALIC">sistematikament</HT> milli tagħti lill-uffiċjal ikkonċernat l-opportunità li jinstema’ qabel ma tadotta deċiżjoni dwar tali talba. Fil-fatt, meta l-awtoritajiet nazzjonali jinvokaw is-sigriet istruttorju, jista’ jkun li l-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet informata li tali talba tkun ġiet magħmula (bħalma kien il-każ hawnhekk).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, hija obbligata biss li tikkunsidra jekk l-interessi tal-Unjoni Ewropea jistgħux jiġu ppreġudikati. Għaldaqstant, ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-uffiċjal. Il-konsegwenza loġika hija li l-Kummissjoni ma twettaqx evalwazzjoni ta’ proporzjonalità f’każijiet bħal dak ta’ RQ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ jidhirli li jmur kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Evalwazzjoni xierqa ta’ proporzjonalità teħtieġ neċessarjament evalwazzjoni tal-interessi involuti. Hawnhekk, it-tliet protagonisti huma l-uffiċjal ikkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Unjoni Ewropea li l-interessi tagħha (b’mod partikolari l-interessi finanzjarji tagħha) għandhom jiġu mħarsa. Il-punt tat-tluq tal-Kummissjoni sabiex teżamina t-talbiet għat-tneħħija tal-immunità jinjora totalment l-ewwel wieħed minn dawn il-protagonisti. Madankollu, il-premessa tal-eżerċizzju tal-ibbilanċjar li għandu jsir skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta huwa li l-uffiċjal għandu d-dritt li jinstema’. L-għan tal-eżerċizzju li għandu jitwettaq skont l-Artikolu 52(1) huwa li jiġi evalwat jekk il-<HT TYPE="ITALIC">limitazzjoni</HT> mitluba għal dan id-dritt (li tirriżulta mit-talba għas-sigriet istruttorju invokata mill-awtoritajiet nazzjonali) hijiex iġġustifikata u proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Dan l-eżerċizzju jinvolvi l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7, u għandu jitwettaq mill-istituzzjoni inkwistjoni. Hija ma tistax turi li d-deċiżjoni tagħha ta’ tneħħija tal-immunità kienet proporzjonata meta tali evalwazzjoni ma titwettaqx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Minn dan nikkonkludi li l-prassi attwali tal-Kummissjoni, hekk kif ġiet spjegata lill-Qorti tal-Ġustizzja, tinjora d-drittijiet proċedurali importanti ggarantiti mill-Karta u hija inkonsistenti mal-obbligi ta’ din l-istituzzjoni skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta li tirrispetta d-drittijiet, tosserva l-prinċipji u tippromwovi l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għal din il-konklużjoni u tikkonferma s-sentenza appellata, tali deċiżjoni jkollha konsegwenzi sinjifikattivi għall-amministrazzjoni tal-Unjoni. Konkretament, il-Kummissjoni jkollha temenda l-prassi stabbilita tagħha, li kienet tikkonsisti fit-tneħħija tal-immunità u f’li tikkonforma ruħha mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-osservanza stretta tas-sigriet istruttorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jeħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>f’rispett reċiproku sħiħ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati. L-Istati Membri għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Għalhekk, dan il-prinċipju jiġġenera obbligi reċiproċi bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri nnifishom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, kieku hija kellha tkun obbligata tevalwa l-interessi tal-Istat Membru kkonċernat fid-dawl ta’ dawk tal-uffiċjal, hija tkun meħtieġa tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-proċeduri kriminali nazzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali b’dik magħmula minnha stess, u b’hekk tikser l-Artikolu 4(3) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Jiena niċħad dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali indikat, fil-punti 66 u 67 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom <HT TYPE="ITALIC">jikkooperaw</HT> sabiex isibu soluzzjoni li tirrispetta d-drittijiet tal-uffiċjal iggarantiti mill-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta. Tali kooperazzjoni ma tobbligax lill-Kummissjoni tidħol fil-qasam tal-awtoritajiet nazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni hija marbuta tosserva l-obbligu tagħha li tiżgura r-rispett tad-dritt għal smigħ tal-uffiċjal. It-tielet nett, il-Kummissjoni għandha wkoll l-obbligu li tevalwa l-interessi tal-Unjoni skont l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom obbligu reċiproku, skont l-Artikolu 4(3) TUE, biex jgħinu lill-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni tat-talbiet tagħhom għat-tneħħija tal-immunità b’mod li tosserva l-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, meta l-awtoritajiet nazzjonali jopponu żvelar preċiż u sħiħ lill-uffiċjal ikkonċernat, huma għandhom jikkollaboraw mal-Kummissjoni sabiex jistabbilixxu l-mod kif it-tħassib leġittimu dwar is-sigriet istruttorju jista’ jiġi adattat sabiex jakkomoda l-obbligi tal-Kummissjoni dwar ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tal-uffiċjal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>ZZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:363">EU:C:2013:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-proċedura għat-tneħħija tal-immunità għandha l-għeruq tagħha f’allegat ksur tad-dritt nazzjonali. Tali każijiet huma għalhekk differenti minn każijiet li fihom il-Kummissjoni tkun bdiet proċedura amministrattiva kontra uffiċjal, fejn id-drittijiet tad-difiża tal-uffiċjal ma jistgħux jiġu attivati minn tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Ma nistax naqbel ma’ dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija dwar jekk id-drittijiet tad-difiża ta’ RQ ġewx irrispettati meta l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata li neħħiet l-immunità li kien igawdi minnha skont l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7. L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-protokoll, u tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprevedu dritt għal azzjoni legali kontra l-Kummissjoni, huma kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. L-azzjoni kriminali sottostanti hija kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt nazzjonali. Madankollu, din il-proċedura nazzjonali tal-aħħar ma hijiex bħali tali inkwistjoni hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li t-twettiq tal-eżerċizzju ta’ bbilanċjar imsemmi mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata jimplika djalogu ddettaljat mal-awtoritajiet nazzjonali u li dan idewwem il-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Billi ma ġewx prodotti provi f’dan is-sens quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din hija sempliċement affermazzjoni mingħajr bażi. Anki li kieku kien veru li d-djalogu meħtieġ kellu neċessarjament jieħu ż-żmien sabiex jitwettaq, l-inkonvenjenzi amministrattivi ma jikkostitwixxux raġuni leġittima għalfejn għandhom jitpoġġew limitazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Nikkonkludi, għalhekk, li t-tieni aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tielet aggravju: żball ta’ liġi sa fejn hija ma ddeskrivietx b’mod korrett l-aġir tal-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha (li tqajjem ukoll sussidjarjament), il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod adegwat l-interessi ta’ RQ fl-evalwazzjoni tagħha tal-każ tiegħu. B’hekk, hija tikkontesta r-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali fil-punti 69 sa 72 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għamlet erba’ dikjarazzjonijiet essenzjali fis-sentenza tagħha. Fl-ewwel lok, hija nnotat li l-proċess tal-qorti nazzjonali ma kien jinkludi <HT TYPE="ITALIC">ebda</HT> element li jindika li l-Kummissjoni kienet effettivament ibbilanċjat l-interessi konkorrenti. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkonstatat bħala fatt li l-Kummissjoni ma talbitx lill-awtoritajiet nazzjonali, qabel ma adottat id-deċiżjoni tagħha, x’setgħu kienu r-riskji għaż-żamma tas-sigriet istruttorju u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-iżvolġiment xieraq tal-proċeduri kriminali li kieku RQ instema’. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali qieset li ma kienx hemm prova ta’ riskju reali li ż-żamma tas-sigriet istruttorju tkun jew tista’ tkun effettivament kompromessa billi jinstema’ RQ (pereżempju, peress li huwa jista’ jaħrab jew jeqred il-provi jew minħabba li s-sorpriża kienet element neċessarju għal din l-investigazzjoni partikolari). Hija nnotat li ċerta informazzjoni relatata mal-investigazzjoni kienet, barra minn hekk, diġà disponibbli għall-pubbliku.<?PAGE NO="20"?> Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-fatt li l-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Belġjani jekk huwiex possibbli li jisimgħu lil RQ fir-rigward tat-talbiet tagħhom għat-tneħħija tal-immunità tiegħu (li ġie kkonfermat permezz tal-korrispondenza annessa mad-difiża) ma kienx biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-Kummissjoni kienet effettivament ibbilanċjat l-interessi ta’ RQ li jinstema’ ġustament maż-żamma tas-sigriet istruttorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Punti 69 sa 72 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx validament tikkonkludi fuq il-bażi tal-provi prodotti quddiemha li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-interessi ta’ RQ qabel ma ddeċidiet li tneħħi l-immunità tiegħu. Fit-tieni parti ta’ dan l-aggravju, il-Kummissjoni ssostni li RQ naqas milli juri li, kieku kien instema’, id-deċiżjoni kienet tkun differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Fil-punti 135 sa 147 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>RQ jirrispondi li t-tielet aggravju (jew tal-inqas l-ewwel parti ta’ dan l-aggravju) huwa manifestament inammissibbli, peress li l-Kummissjoni qiegħda fir-realtà tipprova tikseb eżami mill-ġdid tal-fatti. Sussidjarjament, huwa jsostni li l-Kummissjoni qrat b’mod żbaljat is-sentenza appellata u li t-tielet aggravju tagħha huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Jiena nqis li t-tielet aggravju huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat l-aġir tal-Kummissjoni fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata bħala nuqqas ta’ bbilanċjar tat-talba tal-awtoritajiet Belġjani għas-sigriet istruttorju mad-dritt għal smigħ ta’ RQ. Il-Kummissjoni ssostni li hija bagħtet diversi ittri lill-awtoritajiet Belġjani fejn talbet għal iktar dettalji fir-rigward tas-sigriet istruttorju u li l-immunità tneħħiet parzjalment biss wara li l-awtoritajiet nazzjonali wieġbu għal dawn it-talbiet. Dan, hija ssostni, huwa suffiċjenti fid-dritt biex turi li hija wettqet l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar meħtieġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Kummissjoni ma hijiex tipprova tikkontesta l-konstatazzjonijiet ta’ fatt tal-Qorti Ġenerali. Pjuttost, hija tikkontesta jekk il-Qorti Ġenerali setgħetx tikkonkludi b’mod xieraq skont il-liġi minn dawn il-fatti li l-Kummissjoni naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar. Din il-kwistjoni hija tabilħaqq kwistjoni ta’ dritt li hija suġġetta għall-istħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>SKW Stahl-Metallurgie u SKW Stahl-Metallurgie Holding vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑154/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:445">EU:C:2016:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk ser neżamina l-argumenti sostantivi magħmula b’rabta ma’ dan l-aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Fil-punt 5 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Kummissjoni talbet informazzjoni iktar iddettaljata mingħand l-awtoritajiet Belġjani qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, fil-punt 10 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali tirreferi għall-premessa 11 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn il-Kummissjoni indikat li hija setgħet biss tneħħi l-immunità ta’ RQ jekk hija tiġi informata b’mod suffiċjentement ċar u preċiż għal liema raġunijiet l-awtoritajiet Belġjani kienu għamlu t-talba għat-tneħħija tal-immunità u rrilevat li, fil-każ kuntrarju, kwalunkwe persuna kkonċernata minn investigazzjoni tal-OLAF tista’, billi tagħmel allegazzjonijiet manifestament infondati fil-konfront tad-Direttur Ġenerali tiegħu, tipparalizza l-funzjonament ta’ dan l-uffiċju, li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Kummissjoni kompliet billi indikat li,<?PAGE NO="21"?> wara l-ittra tat‑<DATE ISO="20150623">23 ta’ Ġunju 2015</DATE>, hija kienet kisbet indikazzjonijiet ċari u preċiżi ħafna li juru li l-awtoritajiet Belġjani setgħu raġonevolment — u, fi kwalunkwe każ, mingħajr ma jaġixxu b’mod arbitrarju jew abbużiv — iqisu li l-allegazzjonijiet li saru kontra RQ jiġġustifikaw li jkun is-suġġett ta’ investigazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Id-deċiżjoni kkontestata ġiet ippreżentata lill-Qorti Ġenerali bħala Anness A.1 mar-rikors ta’ RQ. Il-premessa 4 ta’ din id-deċiżjoni tindika li, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-qorti istruttorja li hija kienet teżiġi iktar dettalji dwar l-allegazzjonijiet magħmula kontra RQ. F’din l-ittra, il-Kummissjoni indikat li, wara li rċeviet l-informazzjoni mitluba, hija kienet ser tadotta deċiżjoni intiża sabiex tilħaq bilanċ bejn l-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni leali mal-awtoritajiet Belġjani u n-neċessità li jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni Ewropea. Ara ulterjorment il-punt 128 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni inkludiet mal-Anness A.1 tal-appell tagħha d-dokumenti li kienu annessi mad-difiża tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali. Dawn id-dokumenti jinkludu l-ittra tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni lill-qorti istruttorja sabiex jinkisbu iktar dettalji dwar l-investigazzjoni nazzjonali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ittra tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>). Fil-fatt, fil-punt 2 (fil-paġna 2) ta’ din l-ittra, is-Segretarju Ġenerali indikat li, fid-dawl tal-istatus speċjali ta’ indipendenza tal-OLAF, il-Kummissjoni xtaqet tisma’ lid-Direttur Ġenerali tal-OLAF (RQ) qabel ma jiġi ddeterminat jekk hemmx lok li titneħħa l-immunità, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa b’għarfien sħiħ l-implikazzjonijiet li tali tneħħija tal-immunità jista’ jkollha fuq l-indipendenza u l-funzjonament tal-OLAF u għalhekk fuq l-interessi tal-Unjoni Ewropea. Sussegwentement, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani sabiex jippreċiżaw jekk kienx neċessarju li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-uffiċjali kollha kkonċernati mit-talbiet tagħhom u jekk id-Direttur Ġenerali tal-OLAF setax jiġi informat bl-investigazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani wieġbu permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20150206">6 ta’ Frar 2015</DATE>. Bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Kummissjoni dwar jekk RQ setax jiġi informat bit-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu, huma qalu li, minħabba li l-fatti tal-każ juru li huwa jista’ jkun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali, il-bżonn li jiġi osservat il-prinċipju tas-sigriet istruttorju kien jipprekludi li l-opinjoni tiegħu tiġi mfittxija fir-rigward tat-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu. Sa fejn nista’ niġġudika, din tidher li hija tweġiba standard għad-domanda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>nistgħu ngħidu lis-suspettat li huwa s-suġġett ta’ investigazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> iktar milli tweġiba speċifika għall-mistoqsija (differenti) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>huwa imperattiv li jiġi osservat il-prinċipju ta’ sigriet istruttorju fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra oħra tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tenniet it-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali. Hija kkonfermat ukoll li l-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ser tirrispetta<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> t-talba tal-awtoritajiet Belġjani li jinżamm is-sigriet istruttorju (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ittra tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>L-affermazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 69 sa 72 tas-sentenza appellata għandhom jinqraw fil-kuntest ta’ din l-espożizzjoni iktar wiesgħa tal-fatti u tal-atti tal-proċess ta’ dik il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, inqis li l-Qorti Ġenerali setgħet tikkonkludi b’mod validu li l-Kummissjoni kienet tassew ippruvat tikseb kjarifiki mingħand l-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tan-natura tal-allegazzjonijiet kontra RQ, b’mod partikolari minħabba l-istatus speċjali tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-OLAF fiż-żmien meta seħħew il-fatti. Madankollu, u b’mod kruċjali, il-fatt li tintalab din l-informazzjoni ma huwiex l-istess bħallikieku ġie żgurat ir-rispett tad-dritt għal smigħ ta’ RQ. Mit-talbiet għal informazzjoni li hija għamlet, il-Kummissjoni lanqas ma ppruvat tikseb l-informazzjoni neċessarja sabiex tkun tista’ tiddetermina l-mod kif tista’ <HT TYPE="ITALIC">tibbilanċja l-interessi involuti</HT>. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali sabet li – fil-fehma tiegħi, ġustament – permezz ta’ dawn it-talbiet għal informazzjoni, il-Kummissjoni ma ppruvatx issir taf jekk kienx hemm riskji (impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali ta’ RQ) marbuta ma’ deċiżjoni li RQ ma jiġix informat dwar l-allegazzjonijiet kontrih u li jippermettulu jippreżenta osservazzjonijiet qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità tiegħu jew, bil-kontra, riskju għat-tmexxija tal-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet Belġjani<?PAGE NO="22"?> li kieku RQ kellu jiġi informat b’dan u jiġi permess jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Punti 69 u 70 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Minflok, il-Kummissjoni sempliċement ikkonfermat, fl-ittra tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>, li <HT TYPE="ITALIC">hija kienet ser tirrispetta</HT> t-talba standard ta’ sigriet istruttorju tal-awtoritajiet Belġjani. Il-kumplament tal-proċess ta’ kontroll kien jikkonċerna biss il-kwistjoni dwar jekk l-awtoritajiet Belġjani setgħux raġonevolment iqisu li l-allegazzjonijiet kontra RQ jiġġustifikaw li jiġi investigat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Huwa n-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħmel evalwazzjoni ta’ dawn ir-riskji eventwali u li tibbilanċja l-interessi tas-sigriet istruttorju mad-dritt fundamentali għal smigħ ta’ RQ li jinsab fil-qalba tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ġustament aċċettat (fil-punt 71 tas-sentenza appellata) li, f’ċerti każijiet, ikun perfettament leġittimu li t-talba għat-tneħħija tal-immunità ma tiġix ikkomunikata lill-persuna kkonċernata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar tali talba. Dan inkluż meta jkun hemm riskju reali li din il-persuna tista’ tostakola l-proċeduri nazzjonali billi taħrab jew teqred il-provi, jew fejn is-sorpriża hija element neċessarju għall-investigazzjoni. Madankollu, ma kien hemm xejn fil-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jindika li l-awtoritajiet Belġjani kienu sostnew tali argumenti f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali nnotat ukoll li ċerta informazzjoni relatata mal-investigazzjoni pendenti kienet diġà disponibbli għall-pubbliku. Ma nistax ħlief naqbel. Jirriżulta b’mod ċar mill-preżentazzjoni tal-kuntest fattwali li tinsab fil-punti 1 sa 6 tas-sentenza appellata, li l-iskandlu tal-ex membru tal-Kummissjoni John Dalli (li kien il-punt tat-tluq tal-katina ta’ ġrajjiet li wasslu għall-każ ta’ RQ), kien diġà s-suġġett ta’ attenzjoni partikolari tal-istampa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat (fil-punt 72 tas-sentenza appellata) li l-fatt li l-Kummissjoni kienet talbet lill-awtoritajiet Belġjani jekk huma setgħux jisimgħu lir-rikorrent fir-rigward tat-talbiet għat-tneħħija tal-immunità (li kien ikkonfermat mill-korrispondenza mehmuża mar-risposta tal-Kummissjoni) ma kienx biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ibbilanċjat l-interessi ta’ RQ sabiex jeżerċita d-dritt għal smigħ tiegħu mat-talba għaż-żamma tas-sigriet istruttorju tal-awtoritajiet Belġjani. Għal darba oħra, jiena naqbel mal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali u mal-loġika li fuqha din hija bbażata. Mistoqsija dwar jekk il-Kummissjoni tistax tirċievi l-osservazzjonijiet ta’ RQ bħala parti mill-proċess sabiex tintlaħaq deċiżjoni (fl-ittra tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>) segwita minn konferma li l-Kummissjoni kienet ser tosserva r-rieda tal-awtoritajiet Belġjani li jżommu s-sigriet istruttorju (fl-ittra tat‑<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>) <HT TYPE="ITALIC">ma</HT> jikkostitwixxux, meta jittieħdu flimkien, evalwazzjoni dwar jekk, f’dan il-każ partikolari, is-sigriet istruttorju għandux jiġi bbilanċjat mad-dritt fundamentali għal smigħ ta’ RQ u jekk għandux jipprevali fuq dan tal-aħħar. Ser niġi lura għal dan il-punt iktar ’il quddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara l-punt 145 iktar ’l isfel.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet (fil-punt 74 tas-sentenza appellata) li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ eżerċizzju ta’ bbilanċjar mill-Kummissjoni kien jikser il-kundizzjoni ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52(1) tal-Karta sa fejn hija marret lil hinn minn dak li kien neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan taż-żamma tas-sigriet istruttorju u ma osservatx l-essenza tad-dritt għal smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta. Jiena naqbel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkonkludi li l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>It-tieni parti tat-tielet aggravju tqajjem punt iktar diffiċli. L-uffiċjal li biħsiebu jinvoka d-dritt għal smigħ huwa obbligat li juri li d-deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità kienet tkun differenti li kieku huwa seta’ jeżerċita dan id-dritt?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet (fil-punt 76 tas-sentenza appellata) li ma jistax jiġi eskluż li l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata kien ikun differenti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kieku l-Kummissjoni ppermettiet [lil RQ] jesprimi b’mod utli l-opinjoni tiegħu dwar it-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja tiegħu u, b’mod partikolari, bħalma josserva [RQ] fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-opinjoni tiegħu dwar l-interess tal-Unjoni u l-iżgurar tal-indipendenza neċessarja tiegħu bħala uffiċjal fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat b’mod konsistenti li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża huwa ta’ importanza kruċjali fi proċeduri li jirriżultaw fl-adozzjoni ta’ att li jinvolvi konsegwenzi żvantaġġużi għall-persuna kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910627">27 ta’ Ġunju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Al‑Jubail Fertilizer v Council</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:276">EU:C:1991:276</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Foshan Shunde Yongjian Housewares &amp; Hardware vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:598">EU:C:2009:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Din il-persuna ma tistax tiġi meħtieġa turi li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet tkun differenti fil-kontenut, iżda sempliċement li tali possibbiltà ma hijiex eskluża totalment peress li kienet tkun tista’ tiddefendi ruħha aħjar li kieku ma kienx hemm żball proċedurali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Foshan Shunde Yongjian Housewares &amp; Hardware vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:598">EU:C:2009:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Deċiżjoni iktar reċenti tal-Qorti Ġenerali f’kuntest differenti ħafna tindika, madankollu, li ksur tad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, iwassal biss għall-annullament tal-att ikkontestat jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, il-proċedura twassal għal riżultat differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Makhlouf vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑458/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:441">EU:C:2018:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll il-punt 43). Dik is-sentenza ngħatat minn awla komposta minn tliet imħallfin, mingħajr il-benefiċċju tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, u ma ġietx ikkunsidrata mill-awla stess bħala li hija ta’ importanza suffiċjenti sabiex tiġġustifika traduzzjoni u pubblikazzjoni sħiħa.</P></NOTE>. Il-każ ta’ R. Makhlouf kien jirrigwarda l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi imposti fuqu. Fl-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huwa ma kienx indika, matul il-proċedura fl-ewwel istanza, liema kienu l-argumenti li huwa kien jippreżenta quddiem il-Kunsill sabiex jikkontesta r-rilevanza jew is-saħħa probatorja tad-dokumenti li dan tal-aħħar kien bagħatlu. Għaldaqstant, hija ċaħdet l-ilment tiegħu li ma kienx ġie mistieden jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar dawk id-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, dik il-kawża hija differenti b’mod ċar mill-kawża preżenti sa fejn f’dik il-kawża R. Makhlouf kien ġie informat bil-kawża kontrih u kien ingħata l-permess li jaċċedi għad-dokumenti li l-Kunsill kien ħa inkunsiderazzjoni sabiex jiddeċiedi li jadotta miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu. Madankollu, ma kien hemm l-ebda konstatazzjoni ta’ fatt fl-ebda livell f’dawn il-proċeduri li R. Makhlouf kien eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu fil-kontestazzjoni ta’ dawk id-dokumenti. Għall-kuntrarju, RQ ma ġiex informat dwar it-talba sabiex titneħħa l-immunità tiegħu qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li tneħħi l-immunità tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Ara l-punti 126 sa 128 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Għalhekk, huwa ma kellu l-ebda opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li wasslet għal dik id-deċiżjoni, la fil-kapaċità tiegħu bħala uffiċjal u lanqas bħala Direttur Ġenerali tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Infakkar li, fil-kwalità tiegħu ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF, RQ ippreżenta rikors kontra l-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 883/2013: Kawża T‑251/16 (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 iktar ’il fuq).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 52 tas-sentenza Makhlouf vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE> (<NO.CASE>C‑458/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:441">EU:C:2018:441</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi l-kriterju standard stabbilit fil-ġurisprudenza konsistenti tagħha li esponejt fil-punt 137 iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>L-awtorità ċċitata hija s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kamino International Logistics u Datema Hellmann Worldwide Logistics</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑129/13 u C‑130/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2041">EU:C:2014:2041</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tirreferi għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Foshan Shunde Yongjian Housewares &amp; Hardware vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:598">EU:C:2009:598</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kompliet biex tinterpreta d-dritt għal smigħ b’mod restrittiv ħafna fiċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dak il-każ. Ma nqisx li, fiċ-ċirkustanzi differenti ħafna ta’ din il-kawża, dik l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ħafna iktar stretti huma xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>X’għandu juri uffiċjal, bħal RQ, sabiex jikseb deċiżjoni li l-ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu jinvolvi l-annullament tal-att li jikkawżalu preġudizzju?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Jidhirli li ma jkunx xieraq li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun eċċessivament normattiva. Jidhirli li l-elementi rilevanti jvarjaw neċessarjament skont iċ-ċirkustanzi proprji tal-kawża inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Il-punt 76 tas-sentenza appellata jidhirli li jista’ jinftiehem b’żewġ modi. Minn naħa, jista’ jinqara bħala li jissuġġerixxi li kien neċessarju li tittieħed inkunsiderazzjoni l-perspettiva ta’ RQ dwar l-interessi tal-Unjoni Ewropea u ż-żamma tal-indipendenza neċessarja tiegħu bħala uffiċjal fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni kkontestata. Min-naħa l-oħra, huwa possibbli li d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali tinqara fis-sens li tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>[l-]ipoteżi ma tistax tiġi kompletament eskluża<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li, li kieku RQ kellu l-possibbiltà li jinstema’, il-Kummissjoni seta’ jkollha l-opportunità li tikseb l-opinjoni tiegħu dwar il-konsegwenzi għall-funzjonament tajjeb tal-OLAF dwar kull deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità. Tali informazzjoni setgħet tifforma parti mis-sottomissjonijiet spontanji ta’ RQ jew setgħet tingħata bħala tweġiba għal mistoqsijiet li l-Kummissjoni nnifisha setgħet għamlet lil RQ matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, RQ jafferma ġustament li, bħala uffiċjal fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-OLAF, huwa effettivament kellu opinjonijiet li xtaq iressaq kemm għall-interessi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għaż-żamma tal-indipendenza neċessarja tal-persuna li teżerċita dawn il-funzjonijiet speċifiċi. Jiena nqis li huwa kważi evidenti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[l-]ipoteżi ma tistax tiġi kompletament eskluża<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li l-osservazzjonijiet tiegħu (ibbażati neċessarjament fuq l-esperjenza effettiva tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-OLAF), <HT TYPE="ITALIC">seta</HT>’ kellhom effett fuq id-deċiżjoni li finalment ġiet adottata rigward it-tneħħija tal-immunità. Il-pożizzjoni kuntrarja teħtieġ li wieħed jassumi li dawk responsabbli għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienu sempliċement jibqgħu torox għal kwalunkwe u kull argument li jinvoka RQ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>Ma nixtieqx nagħmel suppożizzjoni daqstant negattiva dwar il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni. Fortunatament, f’din il-kawża ma hemmx bżonn li din issir. L-ittra tad‑<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> spjegat lill-awtoritajiet Belġjani li <HT TYPE="ITALIC">l-Kummissjoni xtaqet tisma’ lil RQ</HT>, mhux sabiex tirrispetta d-dritt fundamentali tiegħu biex jinstema’, iżda għaliex il-Kummissjoni xtaqet tkun f’pożizzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>tevalwa b’għarfien sħiħ l-implikazzjonijiet li tali tneħħija tal-immunità jista’ jkollha fuq l-indipendenza u l-funzjonament tal-OLAF u għalhekk fuq l-interessi tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Din l-ittra tissemma fil-punt 126 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Għalhekk, kien hemm evidenza ċara quddiem il-Qorti Ġenerali li <HT TYPE="ITALIC">l-Kummissjoni nnifisha qieset</HT> li l-opinjonijiet ta’ RQ kienu kemm pertinenti kif ukoll importanti sabiex tintlaħaq deċiżjoni xierqa dwar it-tneħħija tal-immunità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidhirli li huwa loġikament impossibbli li ma jiġix konkluż li huwa kompletament plawżibbli li r-rispett tad-dritt għal smigħ ta’ RQ seta’ kellu ċertu effett fuq l-eżitu tal-proċedura amministrattiva u, għaldaqstant, fuq id-deċiżjoni li finalment ġiet adottata fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità. Madankollu, ma jsegwix li l-persuna kkonċernata għandha turi li d-deċiżjoni kkontestata kienet tkun differenti li kieku d-dritt tagħha għal smigħ kien ġie rrispettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, il-prinċipju fundamentali li huwa l-bażi tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ huwa n-neċessità li tiġi żgurata l-ekwità proċedurali. Il-persuna kkonċernata ġiet imċaħħda mill-possibbiltà li tressaq informazzjoni rilevanti qabel ma ġiet adottata deċiżjoni li kkawżatilha preġudizzju? Jidhirli li l-kriterji essenzjali huma: (i) kienet tkun rilevanti l-informazzjoni li hija xtaqet tressaq u (ii) ser tinbidel is-sitwazzjoni legali tagħha jekk l-att jiġi adottat? Ma naħsibx li hija għandha jkollha l-obbligu li turi iktar minn hekk. Nosserva wkoll li d-dritt għal smigħ huwa strettament marbut mal-obbligu tal-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha, stabbilit fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta. Sakemm l-amministrazzjoni ma tikkunsidrax b’mod sħiħ l-elementi kollha rilevanti għad-deċiżjoni li hija tkun ser tadotta, x’aktarx li ma tissodisfax dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis li ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni parti tat-tielet aggravju u li t-tielet aggravju, konsegwentement, ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 138(1) u 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni, bħala l-parti li tilfet f’dan l-appell, għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tordna li l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>