|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2477 |
5.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/2477
tat-2 ta’ Diċembru 2025
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, huwa awtorizzat jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/3197 (2), li testendi l-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2025, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUCAP Somalia mill-1 ta’ Jannar 2026 sat-30 ta’ April 2026, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) huwa estiż mill-1 ta’ Jannar 2026 sat-30 ta’ April 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/389/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/3197 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2024) (ĠU L, 2024/3197, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3197/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2477/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)