|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/330 |
13.1.2025 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2025/330)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
fil-paġna 374, fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-Kapitolu 87, “ Vetturi ħlief rolling-stock ta’ linji ferrovjarji jew tat-tramm, u parts u aċċessorji tagħhom ”, “ Ġenerali ” il-punti 1 u 2
huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“1. |
Tul il-Kapitolu 87 kollu tan-Nomenklatura Magħquda, ‘vetturi ġodda’ tfisser:
Ir-reġistrazzjoni temporanja tal-vetturi għall-finijiet tat-trasport lejn il-post fejn se jkunu se jiġu rreġistrati b’mod permanenti ma titqiesx bħala reġistrazzjoni permanenti. |
|
2. |
Tul il-Kapitolu 87 kollu tan-Nomenklatura Magħquda, ‘vetturi użati’ tfisser vetturi li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ vetturi ‘ġodda’ skont il-punt 1.”. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/330/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)