|
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 48/2009
tal-24 ta’ April 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftheim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema ‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja tranż-Ewropea b’veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37af (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/735/KE): “, kif emendat minn:
|
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37ag (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/284/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/262/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ghandu jiġi ppublikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta’ April 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 130, 28.5.2009, p. 29.
(2) ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali