Official Journal L 029 , 03/02/1999 P. 0055 - 0059
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 1999 dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (notifikati skond id-dokument K (1999) 118) (Test b'rilevanza għaż-Żona EE) (1999/94/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tad-29 ta' April 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13(4) li jinstab fiha, Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri skond Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE sabiex tafferma l-konformità ta' prodott, "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal-prodott jew grupp ta' prodotti tali, hiex meħtieġa sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ta' fabbrika fuq ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u hiex kondizzjoni biżżejjed għal attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), jeħtieġ l-intervent ta' korp approvat ta' attestazzjoni; Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita trid tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew gruppi ta' prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; Billi ż-żewġ proċeduri provvduti f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati biċ-ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri jridu jiġu implimentati, b'riferenza għal Anness III, dwar kull prodott jew grupp ta' prodotti, ladarba Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi; Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistema dikjarata fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u mat-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema dikjarata fil-punt (i) tat-taqsima 2 ta' Anness III u fl-ewwel possibbilità, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta' Anness III; Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodotti u l-gruppi ta' prodotti dikjarati f’Anness I għandu jkollhom il-konformità affermata mill-proċedura li biha l-fabbrikant ikollu fir-responsabbiltà tiegħu biss is-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni ġewwa l-fabbrika li tiżgura illi l-prodott jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti. Artikolu 2 Il-prodotti dikjarati f'Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata minn proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll tal-produzzjoni ġewwa l-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, jiġi ivolut korp approvat ta' attestazzjoni fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 3 Il-proċedura biex tafferma l-konformità dikjarata f'Anness II għandha tiġi indikata fil-mandati għall-linji-gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tat-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja [1]: - Maħsuba għall-użu f'xogħol ħafif fil-bini [2] jew mhux fil-bini (partikolarment, stekkar tal-konfini, kaxxi fejn jingħaqdu l-fili għat-telekomunikazzjonijiet, kanali b'kaxxi żgħar, elementi li ma jistgħux jerfgħu toqol ta' ħitan u elementi għall-kisi fuq barra). [1] Minbarra kanen u tankijiet. [2] Użu ħafif fil-bini jirreferi għall-applikazzjonijiet li fil-każ li ma jifilħux mhux suppost li jikkawżaw il-kollass tal-istrutturi jew ta' parti minnhom, deformazzjonijiet li ma jistgħux jiġu ammessi jew ikorru lin-nies (iridu jiġu definiti mill-Istati Membri). -------------------------------------------------- ANNESS II Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja: - Maħsuba għall-użu fil-bini (partikolarment elementi vojta minn ġewwa u mogħtija t-tensjoni minn qabel għall-art, pilastri u arbli [1], puntali tas-sisien, elementi għall-gradi tal-kannizzati, unitajiet u elementi ta' travi/blokki għall-art, ċangaturi ta' l-art rinfurzati, elementi lineari tal-bini (travi u kolonni), elementi li jistgħu jerfgħu t-toqol għall-ħitan, elementi biex jirfdu l-ħitan, elementi għas-soqfa, silos [2], turġien, elementi għall-art tal-pontijiet, kanali b'kaxxi kbar). [1] Minbarra arbli tad-dawl fuq toroq prinċipali. [2] Minbarra l-ħażna ta' l-likwidi. -------------------------------------------------- ANNESS III GRUPP TA' PRODOTTI PRODOTTI TAL-KONKRIT MOGĦTIJA L-FORMA MINN QABEL NORMALI/ĦFIEF/LI JINQASMU WAĦEDHOM U MOGĦTIJA L-ARJA (1/1) 1 Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità Għall-prodott/i u l-użu/i maħsub/a mniżżel/mniżżla fil-lista ta' hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità fl-istandard(s) stabbilit/i rilevanti: Is-Sistema 2+ : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), L-ewwel possibbilità, inkluża ċ-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' spezzjoni tal-bidu tal-fabbrika u tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll l-assessjar kontinwu tas-sorveljanza u l-approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika. Is-Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), It-tielet possibbilità. Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Standard/s tal-klassi/jiet | Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità | Prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/jinqasmu minnhom infushom u mogħtija l-arja: | għall-użu strutturali | — | 2 + | mhux għall-użu strutturali jew għall-użu ta' strutturi ħfief. | — | 4 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tiġi implimentata anke fejn ix-xogħol ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex mill-inqas wieħed mill-Istati Membri ma jkollu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, il-punt 1.2.3 tad-Dokumenti ta' Interpretazzjoni). F'dawn il-każi l-verifika ta' karatatterstika minn din ma tridx tiġi imposta fuq il-fabbrikant jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-l-komportament tal-prodott f'dan ir-rigward. --------------------------------------------------