Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU IV - Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni - Artikolu 64
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0068 - 0068
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0059 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0203 - Consolidated version
Artikolu 64 1. Dan it-Titolu m’għandux jaffetwa l-eżerċizzju tar-responsabiltajiet li jkunu fid-dmir ta’ Stati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-manteniment tal-liġi u ta' l-ordni u mal-ħarsien tas-sigurtà nterna. 2. Fil-każ li xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri jkun ikkonfrontat b’sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratteriżżata b’influss għall-għarrieda ta’ persuni ta’ ċittadinanza ta' pajjiżi terzi u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kunsill jista', billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta miżuri proviżżorji ta’ tul ta’ żmien li ma jeċċedix sitt xhur għall-benefiċċju ta' l-Istati Membri kkonċernati. --------------------------------------------------