|
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/81 |
DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2021/1544 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-28 ta’ April 2021
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0221/2020) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2019, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Artikolu 104(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0044/2021), |
|
A. |
billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2019 fl-24 ta' Ġunju 2020; |
|
B. |
billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti prinċipali b'delega, fis-17 ta' Ġunju 2020, iċċertifika b'aċċertament raġonevoli li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskopijiet previsti, f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri ta' kontroll stabbiliti joffru l-garanziji neċessarji ta' legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi; |
|
C. |
billi skont l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri ġie affermat li, fil-valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' nfiq ieħor fl-2019, ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rapporti eżaminati tal-attività annwali tal-istituzzjonijiet u tal-korpi li jitlob ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046; |
|
D. |
billi l-Artikolu 262(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tieħu azzjoni fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament; |
1.
Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 239, 20.7.2020, p. 1.
(4) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.