|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1236 |
21.12.2023 |
P9_TA(2023)0213
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2023/000 TA 2023 – Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2023 dwar il proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-ħaddiema ssensjati – EGF/2023/000 TA 2023 – assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (COM(2023)0202 – C9-0138/2023 – 2023/0106(BUD))
(C/2023/1236)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0202 – C9-0138/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (3) (il-“Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 ”), u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0195/2023), |
|
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u mill-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, bħall-bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, it-tilwim kummerċjali, il-bidliet sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u l-kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni; |
|
B. |
billi l-assistenza tal-Unjoni lill-ħaddiema ssensjati għandha tkun primarjament diretta lejn miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li għandhom l-għan li jintegraw mill-ġdid malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali, filwaqt li jitqies kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG); |
|
C. |
billi l-Unjoni l-ewwel estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG biex tipprovdi appoġġ finanzjarju f’każ ta’ kwalunkwe avveniment ta’ ristrutturar kbir, u b’hekk tkopri l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19; |
|
D. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar il-FEG fl-2021 kompliet twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG għal avvenimenti ta’ ristrutturar kbar ikkawżati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew l-awtomatizzazzjoni, filwaqt li naqqset ukoll il-limitu meħtieġ għall-attivazzjoni tal-FEG minn 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja għal 200; |
|
E. |
billi l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 jistabbilixxi l-ammont annwali massimu għall-FEG għal EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal-2018) u billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jipprevedi li sa 0,5 % ta’ dak l-ammont jista’ jsir disponibbli għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; |
|
F. |
billi l-assistenza teknika tista’ tikkonsisti minn nefqa teknika u amministrattiva biex jiġi implimentat il-FEG, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll il-ġbir ta’ data, inklużi rigward sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u dawk li jsaħħu l-viżibbiltà tal-FEG bħala fond jew rigward proġetti speċifiċi u miżuri oħra ta’ assistenza teknika; |
|
G. |
billi l-ammont propost ta’ EUR 190 000 jikkorrispondi għal madwar 0,09 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2023; |
|
1. |
Jaqbel mal-mobilizzazzjoni ta’ EUR 190 000 u mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll skont l-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
2. |
Jilqa’ l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data (Sistema Komuni ta’ Ġestjoni Kondiviża tal-Fondi – SFC), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar; |
|
3. |
Jieħu nota li l-Kummissjoni se tuża l-baġit disponibbli fl-ambitu tal-appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Persuni ta’ Kuntatt tal-FEG (żewġ membri minn kull Stat Membru) u ta’ seminar wieħed bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta’ implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali sabiex jiġi promoss in-networking fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistieden b’mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-aħjar prattiki li ġew żviluppati matul iż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari miżuri li jistgħu jgħinu biex titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u diġitali inklużiva u jappoġġjaw il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; |
|
5. |
Jissottolinja l-ħtieġa li s-sensibilizzazzjoni ġenerali u l-viżibbiltà tal-FEG ikomplu jissaħħu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali għan jista’ jintlaħaq billi l-FEG ikun inkluż f’diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ sit web iddedikat għall-FEG u jistieden lill-Kummissjoni taġġornah u tespandih b’mod regolari, sabiex iżżid il-viżibbiltà tas-solidarjetà Ewropea murija mill-FEG lill-pubbliku ġenerali u żżid it-trasparenza tal-azzjoni tal-Unjoni; |
|
6. |
Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b’mod wiesa’ l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lis-sħab soċjali, lill-media u lill-pubbliku ġenerali fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG; |
|
7. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (EGF/2023/000 TA 2023 – Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni)
(It-test ta' dan l-anness mhuwiex riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2023/1548.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1236/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)