|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6792 |
13.11.2024 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali fid-Direttiva 2013/34/UE (id-Direttiva dwar il-Kontabilità), id-Direttiva 2006/43/KE (id-Direttiva dwar l-Awditjar), ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 (ir-Regolament dwar l-Awditjar), id-Direttiva 2004/109/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza), ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2772 (l-ewwel sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà “l-ewwel att delegat tal-ESRS”), u r-Regolament (UE) 2019/2088 (ir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà Finanzjarja “SFDR”) fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
(C/2024/6792)
Dan is-sett ta’ Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) jiċċara l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà introdotti mid-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà “CSRD” (Corporate Sustainability Reporting Directive, id-Direttiva (UE) 2022/2464) fid-Direttiva dwar il-Kontabilità (id-Direttiva 2013/34/UE), id-Direttiva dwar l-Awditjar (id-Direttiva 2006/43/KE), ir-Regolament dwar l-Awditjar (ir-Regolament (UE) Nru 537/2014), u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (id-Direttiva 2004/109/KE) bl-għan li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom mill-impriżi. Jiċċara wkoll ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà Finanzjarja “SFDR” (Sustainable Finance Disclosures Regulation, ir-Regolament (UE) 2019/2088).
Dan is-sett ta’ FAQs jinkludi wkoll għadd ta’ kjarifiki dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-ewwel sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà “ESRS” (European Sustainability Reporting Standards, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772), fejn l-interpretazzjoni legali mill-Kummissjoni tqieset meħtieġa. L-impriżi u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jkunu jixtiequ wkoll jikkonsultaw il-gwida dwar l-implimentazzjoni dwar l-ESRS ippubblikata mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG, European Financial Reporting Advisory Group), il-korp konsultattiv b’diversi partijiet ikkonċernati inkarigat li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-ESRS (1).
Permezz ta’ dan is-sett ta’ FAQs, il-Kummissjoni beħsiebha tiffaċilita l-konformità tal-partijiet ikkonċernati mar-rekwiżiti regolatorji b’mod kosteffettiv u tiżgura l-utilizzabbiltà u l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrapportata dwar is-sostenibbiltà. Billi jipprovdi aktar ċarezza u ċertezza lill-kumpaniji, dan is-sett ta’ FAQs se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-Kummissjoni li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq l-impriżi assoċjati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (2). Il-Kummissjoni, meta xieraq, tista’ taġġorna dawn l-FAQs.
It-tweġibiet għall-FAQs li jinsabu f’dan l-Avviż jiċċaraw id-dispożizzjonijiet li diġà jinsabu fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Dawn bl-ebda mod ma jestendu d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn tali leġiżlazzjoni u lanqas ma jintroduċu rekwiżiti addizzjonali. Dawn l-FAQs huma maħsuba biss biex jgħinu lill-impriżi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni quddiem il-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.
Werrej
|
Taqsima I – |
Glossarju tat-termini rilevanti u tal-leġiżlazzjoni applikabbli | 3 |
|
Taqsima II – |
Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà introdotti mis-CSRD | 4 |
| REKWIŻITI TA’ SOSTENIBBILTÀ GĦALL-IMPRIŻI LI JIRRAPPORTAW | 5 |
| REKWIŻITI GĦAL AWDITURI STATUTORJI U FORNITURI INDIPENDENTI TAS-SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS, Independent Assurance Services Providers) | 13 |
|
Taqsima III – |
FAQs dwar l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali u kkonsolidata) | 15 |
| KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DATI TA’ APPLIKAZZJONI | 15 |
| REGOLI TA’ EŻENZJONI | 19 |
| ESRS | 23 |
| KATINA TAL-VALUR | 24 |
| DIVULGAZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 8 TAR-REGOLAMENT DWAR IT-TASSONOMIJA | 27 |
| REKWIŻITI TAL-LINGWA | 27 |
| DIĠITALIZZAZZJONI (FORMAT U TIKKETTAR DIĠITALI) | 28 |
| PUBBLIKAZZJONI | 28 |
| SUPERVIŻJONI | 29 |
|
Taqsima IV – |
FAQs dwar l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà rrapportata skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità | 29 |
| KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DATA TAL-APPLIKAZZJONI | 29 |
| ESRS | 30 |
| DIVULGAZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 8 TAR-REGOLAMENT DWAR IT-TASSONOMIJA | 30 |
| REGOLI TA’ EŻENZJONI | 31 |
| LINGWA U FORMAT | 31 |
| PUBBLIKAZZJONI | 31 |
| SUPERVIŻJONI | 32 |
|
Taqsima V – |
FAQs dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà | 32 |
| APPROVAZZJONI TA’ AWDITURI STATUTORJI U DITTI TAL-AWDITJAR | 32 |
| AKKREDITAZZJONI U APPROVAZZJONI TA’ FORNITURI INDIPENDENTI TAS-SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS) | 34 |
| PARTI TERZA INDIPENDENTI AKKREDITATA | 35 |
| FORNITURI INDIPENDENTI TA’ SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS) | 35 |
| FORNITURI TAL-AĊĊERTAMENT TA’ PAJJIŻI TERZI | 36 |
| KUNFIDENZJALITÀ | 36 |
| SERVIZZI TA’ AĊĊERTAMENT | 36 |
| TARIFFI | 36 |
| AĊĊERTAMENT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ MĦEJJA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 19a U 29a TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABILITÀ | 37 |
| SERVIZZI MHUX TA’ AĊĊERTAMENT | 39 |
| AĊĊERTAMENT TAR-RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ MĦEJJI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 40a TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABBILTÀ | 39 |
|
Taqsima VI – |
FAQs dwar riżorsi intanġibbli ewlenin | 40 |
|
Taqsima VII – |
FAQs addizzjonali dwar ir-rekwiżiti għall-impriżi ta’ pajjiżi terzi | 41 |
|
Taqsima VIII – |
FAQ dwar l-SFDR | 42 |
TAQSIMA I
GLOSSARJU TAT-TERMINI RILEVANTI U TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI
|
Terminu |
Definizzjoni / Referenza ġuridika |
||||||
|
Direttiva dwar il-Kontabilità |
Direttiva 2013/34/UE (3). |
||||||
|
Direttiva dwar l-Awditjar |
Direttiva 2006/43/KE (4). |
||||||
|
Regolament dwar l-Awditjar |
Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 (5). |
||||||
|
Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji |
Id-Direttiva (UE) 2017/1132 (6). |
||||||
|
CSRD (Corporate Sustainability Reporting Directive) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2464 (Id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà) (7). |
||||||
|
Pakkett tal-ESAP (European Single Access Point) |
|
||||||
|
Ir-Regolament Delegat dwar l-ESEF (European Single Electronic Format) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 dwar il-Format Elettroniku Uniku Ewropew (ESEF) (11). |
||||||
|
LSME ESRS (European Sustainability Reporting Standards) |
L-Istandards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) li għandhom jintużaw minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) elenkati, bl-esklużjoni tal-mikroimpriżi, bħala alternattiva għall-ESRS għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Dawn l-ESRS għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 29c tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
||||||
|
ESRS dwar ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi |
L-Istandards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) li għandhom jintużaw minn impriżi ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fit-tħejjija tar-rapport dwar is-sostenibbiltà tagħhom. Dawn l-ESRS għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 40b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
||||||
|
ESRS |
L-Istandards Ewropej tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) li għandhom jintużaw mill-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Dawn l-ESRS jinkludu kemm l-ewwel sett ta’ ESRS anjostiċi għas-setturi (li ġew adottati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 (12)) kif ukoll l-ESRS speċifiċi għas-settur (li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2026). |
||||||
|
SMEs |
Impriżi żgħar u ta’ daqs medju, kif definiti fl-Artikolu 3(1), (2), u (3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
||||||
|
SFDR (Sustainable Finance Disclosures Regulation) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2088 (ir-Regolament dwar Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà Finanzjarja) (13). |
||||||
|
Rapport dwar is-sostenibbiltà li jikkonċerna ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi |
Informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
||||||
|
Dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
Informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 19a (dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà) u 29a (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
||||||
|
Ir-Regolament dwar it-Tassonomija |
Ir-Regolament (UE) 2020/852 (14). |
||||||
|
Id-Direttiva dwar it-Trasparenza |
Direttiva 2004/109/KE (15). |
TAQSIMA II
ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ INTRODOTTI MIS-CSRD
Is-CSRD (id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà - id-Direttiva (UE) 2022/2464) introduċiet rekwiżiti ġodda ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għal ċerti impriżi permezz ta’ emendi għad-Direttiva dwar il-Kontabilità (id-Direttiva 2013/34/UE), id-Direttiva dwar l-Awditjar (id-Direttiva 2006/43/KE), ir-Regolament dwar l-Awditjar (ir-Regolament (UE) Nru 537/2014), u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (id-Direttiva 2004/109/KE).
B’mod ġenerali (16), dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jobbligaw lil ċerti impriżi jippubblikaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, li trid titħejja f’konformità mal-istandards speċifiċi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u, fejn applikabbli, jikkonformaw ma’ format diġitali. Din l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà hija soġġetta għal rekwiżit ta’ aċċertament u trid tiġi ppubblikata flimkien mar-rapport ta’ aċċertament relatat.
B’mod ġenerali, dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà japplikaw għal impriżi rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru (17) li huma:
|
— |
impriżi kbar; |
|
— |
l-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE; u |
|
— |
l-impriżi omm ta’ gruppi kbar. |
Japplikaw ukoll għal impriżi rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz li jew għandhom titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (esklużi l-mikroimpriżi) jew li għandhom negozju fit-territorju tal-Unjoni ’l fuq minn ċerti limiti (18).
Ir-regoli biex jiġi ddeterminat id-daqs ta’ impriża u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni għall-finijiet ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jiddependu fuq ir-regoli eżistenti għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju, li huma stabbiliti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Kontabilità preeżistenti. Il-limitu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għad-determinazzjoni tad-daqs ta’ kull kategorija ta’ impriża huma indikati fil-kaxxa fil-“ Flowchart biex jiġu identifikati r-rekwiżiti applikabbli tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u d-data tal-applikazzjoni ” ta’ hawn taħt.
Id-data tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà tvarja skont ir-rekwiżit ta’ rapportar speċifiku u skont il-kategorija tal-impriża. Id-data tal-applikazzjoni speċifika għal kull rekwiżit hija indikata fil-paragrafu “ Rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-impriżi li jirraportaw ” hawn taħt.
Peress li dawn ir-rekwiżiti huma introdotti permezz ta’ Direttiva, ir-regoli speċifiċi li japplikaw għall-impriżi huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva dwar il-Kontabilità kif emendata mis-CSRD (19), kif ukoll bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 (20) li aġġustat il-kriterji tad-daqs applikabbli għad-definizzjoni ta’ impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar għall-effetti tal-inflazzjoni, u b’hekk tnaqqas l-għadd ta’ impriżi soġġetti għas-sostenibbiltà u, sa ċertu punt, għar-rekwiżiti ta’ rapportar finanzjarju.
Is-CSRD ma tirregolax id-divulgazzjoni volontarja ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà minn impriżi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD (pereżempju, l-SMEs mingħajr titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE), li mhijiex soġġetta għal rekwiżiti obbligatorji fil-livell tal-Unjoni.
REKWIŻITI TA’ SOSTENIBBILTÀ GĦALL-IMPRIŻI LI JIRRAPPORTAW
1. It-tħejjija, l-aċċertament u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà)
1.1. Informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata fil-livell individwali skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà)
Abbażi tal-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, impriżi rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru li huma:
|
— |
impriżi kbar (21); jew |
|
— |
SMEs (22), esklużi l-mikroimpriżi (23), b’titoli trasferibbli (24) ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE; jeħtiġilhom jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali (dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà) dwar l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u dwar kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. |
Id-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà individwali trid tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(i) |
trid tiġi inkluża f’taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża; |
|
(ii) |
trid tiġi mħejjija f’konformità mal-Istandards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) adottati permezz ta’ atti delegati tal-Kummissjoni (25). L-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE jistgħu alternattivament iħejju d-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà individwali tagħhom f’konformità ma’ sett iddedikat ta’ ESRS proporzjonati (26) adottat permezz ta’ atti delegati tal-Kummissjoni (LSME ESRS) (27); |
|
(iii) |
trid tiġi mmarkata f’konformità ma’ tassonomija diġitali (28) adottata permezz ta’ emenda għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-Format Elettroniku Uniku Ewropew (ESEF) (29), u r-rapport ta’ ġestjoni li jinkludi d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandu jitħejja fil-format XHTML (30); |
|
(iv) |
trid tkun soġġetta għal aċċertament (31), li għandu jitwettaq minn awdituri statutorji, jew Fornituri Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament “IASPs” (Independent Assurance Services Providers) fejn huma permessi minn Stat Membru, abbażi ta’ standards ta’ aċċertament limitati (32); |
|
(v) |
ir-rapport ta’ ġestjoni li jinkludi d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandu jiġi ppubblikat f’konformità mar-regoli ta’ pubblikazzjoni eżistenti għar-rapport ta’ ġestjoni (33), flimkien mal-opinjoni ta’ aċċertament dwar id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà (34). |
Dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu rrispettati abbażi tal-approċċ gradwali li ġej (35):
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2025): impriżi kbar li huma entitajiet ta’ interess pubbliku (36) li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom jaqbżu l-għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja; |
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2026): l-impriżi l-kbar l-oħra (jiġifieri l-impriżi kbar li mhumiex “ entitajiet ta’ interess pubbliku li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu l-għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja ”); |
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2027):
|
l-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE jistgħu ma jipparteċipawx f’dawn ir-rekwiżiti sas-snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2028, dment li fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom jiddikjaraw fil-qosor għaliex ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma ġiex ipprovdut (40).
L-impriża hija eżentata mill-obbligu li tippubblika dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà meta l-informazzjoni tkun inkluża fid-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża omm, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża eżentata u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-impriża omm (41). Impriżi kbar b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE – inklużi istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi u inklużi impriżi ta’ pajjiżi terzi – ma jistgħux jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni (42).
1.2. Informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata fil-livell konsolidat skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà)
Abbażi tal-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, impriża rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun impriża omm ta’ grupp kbir (43) jeħtiġilha tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell konsolidat (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) dwar l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u dwar kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża.
Id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà trid tikkonforma mal-istess rekwiżiti speċifikati għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali (il-paragrafu 1.1 hawn fuq, il-punti (i) sa (v)) (44).
Dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu rrispettati abbażi tal-approċċ gradwali li ġej (45):
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara (jiġifieri għall-pubblikazzjoni fl-2025): l-entitajiet ta’ interess pubbliku li huma impriżi omm ta’ grupp kbir li fid-dati tal-karta bilanċjali tiegħu jaqbżu, fuq bażi kkonsolidata, għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja; |
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2026): l-impriżi omm l-oħra ta’ grupp kbir (jiġifieri impriżi omm ta’ grupp kbir li mhumiex “ entitajiet ta’ interess pubbliku u/jew li l-grupp tagħhom ma jaqbiżx fid-dati tal-karta bilanċjali tiegħu, fuq bażi kkonsolidata, għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja ”). |
Impriża omm li tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà hija eżentata mill-obbligu li tippubblika d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali tagħha (46). Impriża omm li tkun ukoll impriża sussidjarja hija eżentata milli tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà meta l-informazzjoni tkun inkluża fid-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża omm oħra, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża eżentata u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-impriża omm (47). Impriżi kbar b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE – inklużi istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi u inklużi impriżi ta’ pajjiżi terzi – ma jistgħux jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni (48).
1.3. Informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata fil-livell individwali (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà) jew - għall-impriżi omm ta’ gruppi kbar - fil-livell konsolidat (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza minn emittenti ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE)
Abbażi tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, li jagħmel kontroreferenza għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-emittenti ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (49) (irrispettivament minn jekk humiex irregolati mil-liġi ta’ Stat Membru jew mil-liġi ta’ pajjiż terz), esklużi l-mikroimpriżi, jeħtiġilhom jinkludu fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom rapport ta’ ġestjoni li jinkludi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà) jew - għall-impriżi omm ta’ gruppi kbar - fil-livell konsolidat (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) f’konformità mal-istess rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 1.1 hawn fuq, il-punti (i) sa (v). Ir-regoli ta’ pubblikazzjoni huma dawk stabbiliti għar-rapport finanzjarju annwali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (50).
L-emittenti ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE li huma impriżi kbar jew SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) jew impriżi omm ta’ gruppi kbar kif definiti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità, għandhom jippubblikaw ukoll ir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità u speċifikati fil-paragrafi 1.1 u 1.2 hawn fuq. Japplikaw ukoll ir-regoli ta’ eżenzjoni skont l-Artikoli 19a(8) u 19a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
Dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu rrispettati abbażi tal-approċċ gradwali li ġej (51):
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2025): l-emittenti li huma impriżi kbar li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom jaqbżu għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja, kif ukoll emittenti li huma impriżi omm ta’ grupp kbir li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom jaqbżu, fuq bażi kkonsolidata, għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja; |
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2026): l-emittenti oħrajn li huma impriżi kbar, kif ukoll emittenti oħrajn li huma impriżi omm ta’ grupp kbir; |
|
— |
għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara (jiġifieri bil-pubblikazzjoni fl-2027):
|
2. It-tħejjija, l-aċċertament u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (rapport dwar is-sostenibbiltà għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi)
Abbażi tal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, meta impriża ta’ pajjiż terz li tiġġenera fatturat nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun fl-Unjoni (għal kull waħda mill-aħħar sentejn finanzjarji konsekuttivi) ikollha sussidjarja fl-Unjoni li tkun soġġetta għall-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, jew, fin-nuqqas ta’ tali sussidjarja, fergħa fl-Unjoni li ġġenerat fatturat nett ta’ aktar minn EUR 40 miljun (fis-sena finanzjarja preċedenti), is-sussidjarja jew il-fergħa għandhom jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp tal-impriża omm tal-pajjiż terz.
Dan ir-rapport dwar is-sostenibbiltà li għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandu kontenut limitat meta mqabbel mad-“dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà” li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Ċerta informazzjoni li hija meħtieġa fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mhijiex meħtieġa fir-rapport dwar is-sostenibbiltà, b’mod partikolari informazzjoni dwar ir-reżiljenza, l-opportunitajiet, u r-riskji, peress li l-intenzjoni fuq kollox hija dik li r-rapport dwar is-sostenibbiltà jiġi ffukat fuq l-impatti fuq is-sostenibbiltà (52).
Ir-rapport dwar is-sostenibbiltà jrid jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
— |
irid jitħejja f’konformità mal-ESRS għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi adottati permezz ta’ atti delegati tal-Kummissjoni (53); |
|
— |
irid ikun soġġett għal aċċertament (54); |
|
— |
irid jiġi ppubblikat mis-sussidjarji jew mill-fergħat rilevanti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni flimkien mal-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapport dwar is-sostenibbiltà (55). |
Jekk l-impriża omm ta’ pajjiż terz tħejji r-rapport dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS (minflok mal-ESRS għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi), is-sussidjarja jew il-fergħa ma jkollhomx il-ħtieġa li jħejju r-rapport dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi. F’dan il-każ, japplikaw l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 19a(9) u l-Artikolu 29a(8).
Dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu osservati għal kull sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2028 jew wara (56).
Flowchart sabiex jiġu identifikati r-rekwiżiti applikabbli ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għal kull tip ta’ impriża u d-data tal-applikazzjoni speċifika
Id-dijagramma sekwenzjali ta’ hawn taħt turi l-proċess biex jiġi ddeterminat jekk entità hijiex soġġetta għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà u minn liema sena finanzjarja.
Skeda ta’ żmien għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà
It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dati ta’ applikazzjoni differenti għat-tipi differenti ta’ impriżi soġġetti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
|
|
Sena finanzjarja 2024 (rapportar fl-2025) |
Sena finanzjarja 2025 (rapportar fl-2026) |
Sena finanzjarja 2026 (rapportar fl-2027) |
Sena finanzjarja 2027 (rapportar fl-2028) |
Sena finanzjarja 2028 (rapportar fl-2029) |
|
Impriżi kbar li huma Entitajiet ta’ Interess Pubbliku (inklużi emittenti ta’ pajjiżi terzi) > medja ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
|
Entitajiet ta’ Interess Pubbliku (inklużi l-emittenti ta’ pajjiżi terzi) li huma impriżi omm ta’ grupp kbir > 500 impjegat bħala medja fuq bażi kkonsolidata matul is-sena finanzjarja |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
|
Impriżi kbar (inklużi l-emittenti ta’ pajjiżi terzi) li mhumiex “Entitajiet ta’ Interess Pubbliku > 500 impjegat bħala medja matul is-sena finanzjarja” |
M/A |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
|
Impriżi omm ta’ grupp kbir (inklużi l-emittenti ta’ pajjiżi terzi) li mhumiex “Entitajiet ta’ Interess Pubbliku > 500 impjegati bħala medja fuq bażi kkonsolidata matul is-sena finanzjarja” |
M/A |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
Dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà (ESRS) |
|
SMEs elenkati, SNCIs, impriżi ta’ (ri)assigurazzjoni kaptivi (inklużi l-emittenti ta’ pajjiżi terzi) |
M/A |
M/A |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS jew LSME ESRS) (*1) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS jew LSME ESRS) (*1) |
Dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (ESRS jew LSME ESRS) |
|
Sussidjarji tas-CSRD (jew, fin-nuqqas, fergħat tal-UE b’fatturat nett fl-Unjoni > EUR 40 miljun) ta’ impriżi mhux elenkati ta’ pajjiżi terzi b’fatturat nett fl-Unjoni > EUR 150 miljun |
M/A |
M/A |
M/A |
M/A |
Rapport dwar is-sostenibbiltà (ESRS għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi jew l-ESRS) |
REKWIŻITI GĦAL AWDITURI STATUTORJI U FORNITURI INDIPENDENTI TAS-SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS, INDEPENDENT ASSURANCE SERVICES PROVIDERS)
1. Aċċertament tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà)
Skont l-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kwalunkwe impriża soġġetta għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilha tikseb opinjoni ta’ aċċertament dwar id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha (57).
Mill-ewwel sena tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, din l-opinjoni ta’ aċċertament trid tkun ibbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti li ġejjin (58):
|
— |
ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà previsti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità (inkluża l-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mal-ESRS adottati skont l-Artikoli 29b/29c tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, il-proċess imwettaq mill-impriża biex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont dawk l-ESRS, u l-konformità mar-rekwiżit ta’ markatura tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità); u |
|
— |
ir-rekwiżiti ta’ rapportar previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. |
Abbażi tal-Artikolu 26a tad-Direttiva dwar l-Awditjar, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta standards tal-aċċertament tas-sostenibbiltà għal aċċertament limitat sal-1 ta’ Ottubru 2026 (59).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta standards tal-aċċertament tas-sostenibbiltà għal aċċertament raġonevoli sal-1 ta’ Ottubru 2028, wara valutazzjoni sabiex tiddetermina jekk aċċertament raġonevoli huwiex fattibbli għall-awdituri u għall-impriżi (60).
Sakemm il-Kummissjoni tadotta standards ta’ aċċertament dwar dan is-suġġett, l-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali ta’ aċċertament li jkopru dak is-suġġett (61).
Abbażi tal-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-opinjoni dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tista’ tiġi espressa mill-kategoriji li ġejjin ta’ fornituri tal-aċċertament:
|
— |
l-awditur statutorju li jawditja r-rapporti finanzjarji tal-impriża rilevanti (62); |
|
— |
awditur statutorju għajr dak li jawditja r-rapporti finanzjarji (meta permess minn Stat Membru) (63); |
|
— |
Fornitur ta’ Servizzi tal-Aċċertament “IASP” (meta permess minn Stat Membru) (64). |
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jippermetti li IASP jesprimi l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, huwa għandu jippermetti wkoll li awditur statutorju għajr dak/dawk li jwettaq/jwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jagħmel/jagħmlu dan (65).
2. Aċċertament tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (rapport dwar is-sostenibbiltà għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi)
Skont l-Artikolu 40a(3), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, is-sussidjarji jew il-fergħat soġġetti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilhom jiksbu opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapport dwar is-sostenibbiltà (66). L-impriża omm ta’ pajjiż terz hija responsabbli biex tipprovdi l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapport dwar is-sostenibbiltà lis-sussidjarja jew lill-fergħa rilevanti (67).
Din l-opinjoni ta’ aċċertament trid tikkonċerna l-konformità ta’ dan ir-rapport dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità, inkluża l-konformità tar-rapport dwar is-sostenibbiltà mal-ESRS adottati skont l-Artikolu 40b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
Din l-opinjoni ta’ aċċertament trid tiġi espressa minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati biex jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali tal-impriża ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru (68).
3. Fornituri tal-aċċertament: kundizzjonijiet biex jiġi pprovdut aċċertament tas-sostenibbiltà
Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar approvata biex twettaq l-awditu tar-rapporti finanzjarji fi ħdan Stat Membru jkunu jixtiequ li jiġu approvati biex jipprovdu aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, hija għandha tikkonforma mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Awditjar fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
Dawn ir-rekwiżiti jkopru b’mod partikolari l-kwalifiki edukattivi, l-eżamijiet ta’ kompetenza professjonali, it-testijiet tal-għarfien teoretiku, it-taħriġ prattiku u l-edukazzjoni kontinwa. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti mhijiex obbligatorja meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ma tipprovdix aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
L-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 – li jew ġew approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 jew li fl-1 ta’ Jannar 2024 kienu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni – li jridu wkoll iwettqu aċċertament tas-sostenibbiltà, ma għandhomx għalfejn jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti, iżda xorta jeħtieġu li jiksbu l-għarfien meħtieġ permezz ta’ edukazzjoni kontinwa (69).
Il-Fornituri Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASPs) jistgħu jipprovdu aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà meta dan ikun permess minn Stat Membru (70) u skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
L-IASP ikun akkreditat għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (71) (72); u |
|
— |
l-IASP jikkonforma mar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Awditjar għall-awdituri statutorji fl-Unjoni biex iwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (73). Dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw b’mod partikolari: (a) it-taħriġ u l-eżami; (b) l-edukazzjoni kontinwa; (c) is-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità; (d) l-etika professjonali, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali; (e) il-ħatra u t-tneħħija; (f) l-investigazzjonijiet u s-sanzjonijiet; (g) l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi u persunal suffiċjenti u ż-żamma ta’ rekords u fajls tal-kontijiet tal-klijenti; u (h) ir-rapportar tal-irregolaritajiet. |
Mis-6 ta’ Jannar 2027, Stat Membru li jippermetti lill-IASPs iwettqu servizzi ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju tiegħu għandu jippermetti lill-IASPs stabbiliti fi Stati Membri oħra jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju tiegħu (74).
L-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu aċċertament tas-sostenibbiltà għal impriżi stabbiliti f’pajjiż terz b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’xi suq regolat tal-UE ta’ Stat Membru jeħtiġilhom ikunu rreġistrati f’dak l-Istat Membru (75).
TAQSIMA III
FAQS DWAR L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA SKONT L-ARTIKOLI 19A/29A TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABILITÀ (DIKJARAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ INDIVIDWALI U KKONSOLIDATA)
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DATI TA’ APPLIKAZZJONI
|
1) |
Liema sena finanzjarja tiddetermina meta impriża taqa’ f’ċerta kategorija ta’ daqs ta’ impriżi: is-sena finanzjarja tas-sena ta’ rapportar jew is-sena finanzjarja ta’ qabel is-sena ta’ rapportar?
Ir-regoli biex jiġi ddeterminat id-daqs ta’ impriża għall-finijiet ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jiddependu fuq ir-regoli eżistenti għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju li japplikaw għall-impriża abbażi tal-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha (76). Dawn ir-regoli huma stabbiliti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Kontabilità preeżistenti. |
|
2) |
Jekk impriża tevolvi matul sena finanzjarja partikolari b’tali mod li tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni f’kategorija differenti ta’ impriża, hija meħtieġa li tibda tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont ir-regoli li japplikaw għal dik il-kategorija l-ġdida għal dik l-istess sena finanzjarja jew biss wara li l-kriterji jkunu ġew issodisfati għal sentejn finanzjarji konsekuttivi?
Ir-regoli sabiex tiġi ddeterminata l-kategorija tad-daqs ta’ impriża għall-finijiet ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, meta dik l-impriża tkun qed tevolvi matul sena finanzjarja partikolari, jiddependu fuq ir-regoli eżistenti għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju (ara wkoll FAQ 1). Dawn ir-regoli huma stabbiliti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Kontabilità preeżistenti. |
|
3) |
Kif jiġi kkalkulat l-għadd medju ta’ impjegati għall-finijiet tal-kategorizzazzjoni tal-impriża skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tirregolax il-kalkolu tal-għadd medju ta’ impjegati għall-fini tal-kategorizzazzjoni tal-impriża skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità. Madankollu, l-Istati Membri setgħu adottaw regoli nazzjonali jew ipprovdew gwida dwar din il-kwistjoni. Fin-nuqqas ta’ regoli jew gwida nazzjonali, l-impriżi jistgħu jużaw l-Artikolu 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (77) bħala gwida rigward il-kejl tal-għadd ta’ persunal, bħala indikatur ta’ għadd medju ta’ impjegati: “[...] L-għadd ta’ persunal jikkorrispondi mal-għadd ta’ unitajiet annwali tax-xogħol (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena kollha ta’ referenza li tkun qed titqies. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AW. Il-persunal jikkonsisti minn dawn li ġejjin:. (a) l-impjegati; (b) persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa’ taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali; (c) is-sidien maniġers; (d) msieħba li jkunu involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża. L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. . It-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.” |
|
4) |
L-SMEs mingħajr titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
L-SMEs mingħajr titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE mhumiex meħtieġa jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà). Madankollu, huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell konsolidat skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) jekk ikunu impriżi omm ta’ grupp kbir (78). L-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità japplika irrispettivament mid-daqs tal-impriża omm. |
|
5) |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi tal-aċċertament huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom?
Iva. Skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (79) u l-impriżi tal-assigurazzjoni (80), inklużi l-kooperattivi u l-impriżi mutwi, huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà) irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom jekk ikunu impriżi kbar jew SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE. Huma inklużi wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà) irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom fejn ikunu l-impriża omm ta’ grupp kbir. Skont l-Artikolu 1(3) il-punt (b), it-tieni sentenza tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx, kompletament jew parzjalment, ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għal istituzzjonijiet ta’ kreditu speċifiċi (81). |
|
6) |
L-istituzzjonijiet finanzjarji – għajr l-impriżi tal-aċċertament u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu – huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Iva. L-istituzzjonijiet finanzjarji – għajr l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu – huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità meta jissodisfaw iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:
|
|
7) |
Jekk Istituzzjoni Żgħira u Mhux Kumplessa (SNCI) hija bħalissa meħtieġa li tirrapporta informazzjoni mhux finanzjarja skont id-Direttiva 2014/95/UE (NFRD), għandha tkompli tirrapporta informazzjoni mhux finanzjarja f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-NFRD sakemm ir-reġim tas-CSRD jibda japplika għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (jiġifieri mis-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2026 jew wara)?
Iva. Abbażi tal-Artikolu 5(2) tas-CSRD, istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa li tkun impriża kbira jew SME (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE se tkun meħtieġa li tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS (jew, alternattivament, mal-LSME ESRS) mis-sena finanzjarja 2026. Għalhekk, istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa li bħalissa hija meħtieġa li tirrapporta informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità kif introdotta mid-Direttiva 2014/95/UE (NFRD, Non-Financial Reporting Directive) (83) (jiġifieri minħabba li, minbarra li hija istituzzjoni ta’ kreditu, hija wkoll impriża kbira li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħha taqbeż il-kriterju ta’ għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja) jeħtiġilha tkompli tirrapporta skont ir-reġim tal-NFRD sakemm ir-reġim tas-CSRD isir applikabbli għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (jiġifieri mis-sena finanzjarja 2026). |
|
8) |
Jekk Istituzzjoni Żgħira u Mhux Kumplessa (SNCI, Small and Non-Complex Institution) hija kumpanija omm ta’ grupp kbir, dik l-SNCI tista’ tibbenefika mid-deroga skont l-Artikolu 19a(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u tħejji rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-LSME ESRS?
Jekk impriża (irrispettivament mid-daqs jew it-tip speċifiku, eż. inklużi l-SNCIs) tkun impriża omm ta’ grupp kbir, din trid tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità mħejjija f’konformità mal-ESRS. Il-possibbiltà li jintużaw il-LSME ESRS f’konformità mal-Artikolu 19a(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tapplika biss għall-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli elenkati f’suq regolat tal-UE u għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi (dment li jkunu jew impriżi kbar jew SMEs - esklużi l-mikroimpriżi - b’titoli elenkati f’suq regolat tal-UE għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni individwali tagħhom dwar is-sostenibbiltà. Ara wkoll il-FAQ 10). |
|
9) |
Jekk Istituzzjoni Żgħira u Mhux Kumplessa (SNCI) hija kumpanija omm ta’ grupp kbir, meta għandha tibda tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
Jekk SNCI tkun impriża omm ta’ grupp kbir, din jeħtiġilha tippubblika rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà bl-użu tal-ESRS jew mis-sena finanzjarja 2024 (jekk l-SNCI tkun Entità ta’ Interess Pubbliku li fid-data tal-karta bilanċjali tagħha taqbeż, fuq bażi kkonsolidata, għadd medju ta’ 500 impjegat matul is-sena finanzjarja) jew mis-sena finanzjarja 2025 (fil-każijiet l-oħra kollha). |
|
10) |
Jekk SNCI hija impriża omm ta’ grupp kbir iżda mhijiex meħtieġa li toħroġ rapporti finanzjarji konsolidati minħabba li s-sussidjarji kollha tagħha huma immaterjali, din l-SNCI xorta waħda hija meħtieġa li tħejji u tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà?
Le. L-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità japplika għall-impriżi omm ta’ gruppi kbar. Madankollu, jekk impriża omm ta’ grupp kbir tkun eżentata milli tħejji u tippubblika rapporti finanzjarji konsolidati abbażi tal-Artikolu 23(10) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jiġifieri minħabba li jkollha biss impriżi sussidjarji li huma immaterjali, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, jew minħabba li l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jistgħu jiġu esklużi mill-konsolidazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 23(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità), dik l-impriża omm mhijiex meħtieġa li tħejji u tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà. Madankollu, sal-punt li tali impriża omm tkun hija stess impriża kbira kif definita fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u għalhekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, dik l-impriża trid tħejji u tippubblika dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Din id-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà trid tqis is-sussidjarji tagħha meta tirrapporta dwar il-katina tal-valur tagħha f’konformità mal-ESRS. |
|
11) |
L-Impriżi ta’ Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS, Undertakings for Collective Investments in Transferable Securities) u Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFs, Alternative Investment Funds) huma obbligati li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Le. Abbażi tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-UCITS u l-AIFs huma eżentati milli jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità anki jekk dawn il-prodotti finanzjarji jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (84). |
|
12) |
L-impriżi li jimmaniġġjaw l-Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) u l-Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFs) huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandu l-għan li jeskludi l-UCITS u l-AIFs mir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Madankollu, l-impriżi li jimmaniġġjaw l-UCITS u l-AIFs jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-forma ġuridika skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, u jekk jissodisfaw il-kriterji tad-daqs tal-kumpanija skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
13) |
Il-Fondi Negozjati bil-Borża (ETFs, Exchange-Traded Funds) u l-fondi immobiljari (REITs, Real Estate Investment Trusts) huma meħtieġa jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Fir-rigward tal-ETFs, peress li dawn il-prodotti finanzjarji huma stabbiliti bħala Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) jew Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFs), tapplika l-istess eżenzjoni applikabbli għall-UCITS u l-AIFs (ara l-FAQ 11). Fir-rigward tar-REITs elenkati, sal-punt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE (85) biex jikkwalifikaw bħala AIFs, tapplika l-istess eżenzjoni applikabbli għall-AIFs (ara l-FAQ 11). |
|
14) |
Il-fondi tal-pensjonijiet huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Jekk fond tal-pensjoni jkun inkorporat bħala tip ta’ impriża elenkata fl-Anness I jew II tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (86) u jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, dan għandu jinkludi fir-rapport ta’ ġestjoni tiegħu dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Għall-kuntrarju tal-Investimenti Kollettivi f’Titoli Trasferibbli (UCITS) jew f’Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFs), il-fondi tal-pensjonijiet mhumiex koperti mill-esklużjoni mir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
15) |
Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà ppubblikata fir-rapport ta’ ġestjoni minn emittent ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE għandha titqies bħala “informazzjoni regolata” skont l-Artikolu 2(1), il-punt (k) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza?
Iva. L-Artikolu 2(1), il-punt (k) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza jiddefinixxi l-informazzjoni regolata bħala, inter alia, “ tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kull persuna oħra li tkun applikat sabiex jiġu ammessi titoli għall-kummerċ f’suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent, hu meħtieġ jagħti taħt din id-Direttiva [jiġifieri d-Direttiva dwar it-Trasparenza] [...]”. L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza jirrikjedi li l-emittenti jiddivulgaw dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà, li għalhekk għandha titqies bħala “informazzjoni regolata”. |
|
16) |
Liema kumpaniji jistgħu jagħżlu li ma jipparteċipawx mill-obbligu li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għas-snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2028 skont l-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Abbażi tal-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jirrappurtawx informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għas-snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2028 (eż. għas-snin finanzjarji 2026 u 2027). F’każijiet bħal dawn, l-SME għandha, madankollu, tiddikjara fil-qosor fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha għaliex ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma ġiex ipprovdut. Din l-esklużjoni fakultattiva tapplika wkoll għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, kif ukoll għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kaptivi, dment li jkunu SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE. |
REGOLI TA’ EŻENZJONI
|
17) |
Jekk impriża omm tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell konsolidat skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà), għandha tirrapporta informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħha?
Le. L-Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (87), li jirregola r-rapport ta’ ġestjoni individwali, jirrikjedi d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fi ħdan ir-rapport ta’ ġestjoni individwali. L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (88), li jirregola r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat, jirrikjedi li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jistabbilixxi, bħala minimu, l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 19 u 20 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Peress li l-Artikolu 29a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (89) jeżenta lill-impriżi milli jiddivulgaw informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-kuntest tar-rapport ta’ ġestjoni individwali tagħhom (kif meħtieġ mill-Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità) meta jkunu kkonformaw mal-Artikolu 29a(1) sa (5), u peress li l-kontenut tar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat skont l-Artikolu 29(1) għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 19(1), l-eżenzjoni tapplika wkoll għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża skont l-Artikolu 29a. |
|
18) |
Jekk SME b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE tagħżel li tħejji u tippubblika b’mod volontarju dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, għandha tkun eżentata milli tħejji u tippubblika d-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà individwali tagħha skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Iva. SME b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE li tippubblika b’mod volontarju d-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandha tkun eżentata milli tħejji u tippubblika d-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, dment li d-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà titħejja f’konformità mal-ESRS. |
|
19) |
X’inhuma l-kundizzjonijiet biex impriża sussidjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tiġi eżentata milli tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà)?
Skont l-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, impriża li tkun impriża sussidjarja għandha tiġi eżentata mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 19a(1) sa (4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jew l-Artikolu 29a(1) sa (5) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jekk is-sussidjarja nnifisha tkun impriża omm intermedja ta’ grupp kbir) jekk tali impriża u l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat ta’ impriża omm imfassal f’konformità mal-Artikoli 29 u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża omm minn pajjiż terz imwettaq f’konformità mal-ESRS jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-ESRS). Din l-eżenzjoni hija soġġetta għall-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 19a(9), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jew l-Artikolu 29a(8), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jekk is-sussidjarja nnifisha tkun impriża omm intermedja ta’ grupp kbir). B’mod partikolari, ir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża eżentata jrid ikun fih: l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża omm li tirrapporta l-informazzjoni fil-livell tal-grupp; link(s) tal-web għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew għar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża omm; u l-informazzjoni li l-impriża hija eżentata mill-obbligu li tippubblika d-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (jew id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà, jekk is-sussidjarja nnifisha tkun impriża omm intermedja ta’ grupp kbir). Jekk l-impriża prinċipali tkun stabbilita f’pajjiż terz, ir-rapportar konsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-opinjoni dwar l-aċċertament iridu jiġu ppubblikati f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li biha tkun irregolata l-impriża sussidjarja, u d-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija (li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarja) iridu jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà mwettaq mill-impriża omm ta’ pajjiż terz. Jekk Stat Membru jirrikjedi li tiġi pprovduta traduzzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża omm, tali traduzzjoni għandha jew tiġi ċċertifikata (eż. mit-traduttur jew mill-awtorità inkarigata miċ-ċertifikazzjoni tat-traduzzjonijiet tal-Istat Membru rilevanti), jew tinkludi dikjarazzjoni li tispeċifika li ma kinitx iċċertifikata. Skont l-Artikoli 19a(10) u 29a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, impriżi kbar b’titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE – inkluż meta jkunu istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi u inkluż meta jkunu impriżi ta’ pajjiżi terzi – ma jistgħux jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni. |
|
20) |
Ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat/ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża omm għandu jkun ippubblikat diġà meta s-sussidjarja tagħha tippubblika r-rapport ta’ ġestjoni tagħha stess sabiex is-sussidjarja tkun eżentata milli tippubblika d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha stess?
Le. Sabiex l-impriża sussidjarja tiġi eżentata milli tippubblika d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha stess f’konformità mal-Artikoli 19a(9) jew 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, ir-rapport ta’ ġestjoni li l-impriża sussidjarja tippubblika jrid ikun fih link tal-web għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew għar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża omm (90). Meta dak ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ma jkunux għadhom disponibbli fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja, l-impriża sussidjarja li titlob l-eżenzjoni tista’ tagħmel referenza fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha għal link tal-web ġenerali li fih id-dokumenti rilevanti ser ikunu disponibbli fil-futur. Is-sussidjarja tal-Unjoni tista’ tqis, pereżempju, li tikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża omm li tiggarantixxi l-impenji li tkun daħlet għalihom l-impriża sussidjarja u tippubblika dik id-dikjarazzjoni flimkien mar-rapport ta’ ġestjoni tagħha sal-iskadenza stabbilita mill-Istat Membru tagħha stess. |
|
21) |
Ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali għandhom ikunu disponibbli b’lingwa aċċettata mill-Istat Membru li bil-liġi nazzjonali tiegħu l-impriża sussidjarja tkun irregolata sabiex is-sussidjarja tkun eżentata milli tippubblika d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha stess?
L-Istat Membru li bil-liġi nazzjonali tiegħu tkun irregolata l-impriża sussidjarja jista’ jirrikjedi li r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat (jew, fejn applikabbli, ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali) jiġi ppubblikat f’lingwa li tali Stat Membru jaċċetta, u li tiġi pprovduta kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa f’tali lingwa. F’dan il-każ, dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu ssodisfati sabiex l-impriża sussidjarja tkun eżentata milli tippubblika d-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà tagħha stess (91). |
|
22) |
Kif għandha is-sussidjarja eżentata tirrapporta l-fatt li hija eżentata?
Abbażi tal-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, is-sussidjarja eżentata trid tinkludi fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha l-informazzjoni li hija eżentata mill-obbligu li tippubblika dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà (jew dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà, jekk is-sussidjarja nnifisha tkun impriża omm intermedja ta’ grupp kbir) (92). |
|
23) |
Ir-rapport ta’ ġestjoni tas-sussidjarja eżentata għandu jkun f’format speċifiku ta’ pubblikazzjoni?
Meta sussidjarja tagħmel użu mill-eżenzjoni fl-Artikolu 19a(9) jew 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, japplikaw ir-regoli ġenerali dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni, inkluż l-obbligu li tissottometti r-rapport ta’ ġestjoni lir-Reġistru tan-Negozju nazzjonali skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità flimkien mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu III tat-Titolu I tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. Ir-rekwiżiti diġitali għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità ma japplikawx. Meta s-sussidjarja li tagħmel użu mill-eżenzjoni fl-Artikolu 19a(9) jew 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jkollha titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE, din għandha tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza għall-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni fir-rapport finanzjarju annwali (jiġifieri l-użu tal-Format Elettroniku Uniku Ewropew (ESEF) stabbilit mir-Regolament Delegat tal-ESEF u l-pubblikazzjoni tar-rapport finanzjarju annwali fi żmien erba’ xhur minn tmiem is-sena finanzjarja). |
|
24) |
Jistgħu impriżi kbar ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE jagħmlu użu mill-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Le. Skont l-Artikoli 19a(10) u 29a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, impriżi kbar b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE – inkluż meta jkunu istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi u inkluż meta jkunu impriżi ta’ pajjiżi terzi – ma jistgħux jiġu eżentati milli jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Għalhekk għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza u l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
25) |
Kif tista’ impriża tikkonforma mal-obbligu li tħejji u tippubblika dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali jew konsolidata meta ma tkunx meħtieġa li tħejji u tippubblika rapport ta’ ġestjoni individwali jew konsolidat?
Impriża li jeħtiġilha tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà u li ma tkunx meħtieġa li tħejji u tippubblika rapport ta’ ġestjoni individwali jew konsolidat tista’ tippubblika d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali jew konsolidata f’dokument separat. Dan il-prinċipju japplika wkoll għar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża omm ta’ pajjiż terz biex is-sussidjarji tagħha jiġu eżentati skont l-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Madankollu, dak id-dokument separat – li jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà individwali jew konsolidata – irid jikkonforma mal-format u mar-rekwiżiti ta’ markatura stabbiliti fl-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (93). |
|
26) |
Kif tista’ impriża tikkonforma mal-obbligu li tħejji u tippubblika dikjarazzjoni konsolidata dwar is-sostenibbiltà meta tkun eżentata milli tħejji rapporti finanzjarji konsolidati?
Impriża li jeħtiġilha tħejji u tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà mingħajr ma jkollha tħejji u tippubblika r-rapporti finanzjarji konsolidati korrispondenti se jkollha tinkludi fir-rapport kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa sabiex tifhem l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà u tifhem kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża (94). |
ESRS
|
27) |
Liema sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) għandhom jużaw għat-tħejjija tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
L-impriżi kollha li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandhom jużaw, b’mod awtomatiku, l-ESRS adottati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (ESRS). L-ewwel sett ta’ ESRS ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023. Għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-SMEs (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE, kif ukoll istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, impriżi tal-assigurazzjoni kaptivi u impriżi tar-riassigurazzjoni kaptivi, jistgħu alternattivament jużaw l-ESRS proporzjonati li se jiġu adottati skont l-Artikolu 29c tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (LSME ESRS). Ara wkoll il-FAQ 28. |
|
28) |
Liema impriżi jistgħu jużaw il-LSME ESRS biex iħejju d-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà tagħhom bħala alternattiva għall-ESRS adottati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
L-impriżi li jistgħu jużaw il-LSME ESRS biex iħejju d-dikjarazzjoni individwali dwar is-sostenibbiltà tagħhom huma:
|
KATINA TAL-VALUR
|
29) |
L-ESRS jirrikjedu li l-impriżi jużaw stimi jekk ma jkunux jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-katina tal-valur wara li jkunu għamlu sforzi raġonevoli biex jagħmlu dan (ESRS 1, Rekwiżiti ġenerali, il-paragrafu 69). X’jikkostitwixxi “sforz raġonevoli”?
Il-kunċett ta’ “sforz raġonevoli” jintuża biex jiġi ddeterminat meta impriża għandha tirrapporta stima tal-informazzjoni dwar il-katina tal-valur minflok ma tirrapporta l-informazzjoni miġbura minn atturi fil-katina tal-valur tagħha. Il-paragrafu 65 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jistabbilixxi l-iskop li tiġi inkluża informazzjoni dwar il-katina tal-valur fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Huwa jiddikjara li “ l-impriża għandha tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur materjali meta din tkun neċessarja sabiex: (a) tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża; u/jew (b) tipproduċi sett ta’ informazzjoni li jissodisfa l-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-Appendiċi B ta’ dan l-Istandard) ”. Il-paragrafu 68 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jiddikjara: “ Il-kapaċità tal-impriża li tikseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tista’ tvarja skont diversi fatturi, bħall-arranġamenti kuntrattwali tal-impriża, il-livell ta’ kontroll li teżerċita fuq l-operazzjonijiet barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni u s-setgħa tax-xiri tagħha. Meta l-impriża ma jkollhiex il-kapaċità li tikkontrolla l-attivitajiet tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, il-kisba ta’ informazzjoni dwar il-katina tal-valur tista’ tkun aktar diffiċli. ” Il-paragrafu 69 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jiddikjara: “ Ikun hemm ċirkostanzi fejn l-impriża ma tkunx tista’ tiġbor l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha kif meħtieġ mill-paragrafu 63 wara li tagħmel sforzi raġonevoli biex tagħmel dan. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impriża għandha tistma l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, billi tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostenibbli kollha, bħad-data medja tas-settur u indikaturi oħrajn. ” Il-paragrafu 70 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jirrikonoxxi li jista’ jkun diffiċli li tinkiseb informazzjoni dwar il-katina tal-valur meta l-attur rilevanti fil-katina tal-valur ikun SME jew impriża oħra li huma stess ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar tad-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà. Il-paragrafu 71 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jagħmel distinzjoni bejn ir-rapportar dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, u r-rapportar dwar il-metriċi. Fir-rigward tal-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, huwa jiddikjara li l-impriża għandha tirrapporta informazzjoni dwar il-katina tal-valur “ sal-punt li dawk il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri jinvolvu atturi fil-katina tal-valur ”. B’referenza għall-metriċi, huwa jiddikjara li “ f’ħafna każijiet, b’mod partikolari għal kwistjonijiet ambjentali li għalihom huma disponibbli indikaturi, l-impriża tista’ tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi ta’ rapportar mingħajr ma tiġbor data mingħand l-atturi fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, b’mod partikolari mill-SMEs, pereżempju, meta tikkalkola l-Emissjonijiet tal-Ambitu 3 ta’ gassijiet serra tal-impriża ”. Il-paragrafu 72 jiċċara li: “ L-inkorporazzjoni ta’ stimi magħmulin bl-użu ta’ data medja tas-settur jew ta’ indikaturi oħrajn ma għandhiex tirriżulta f’informazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-kapitolu 2 u t-taqsima 7.2 Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu ta’ dan l-Istandard). ” L-impriża jeħtiġilha tiddetermina sforz raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 69 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) filwaqt li tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ambjent estern li topera fih. Għalhekk, dak li jikkostitwixxi sforz raġonevoli jista’ jvarja minn impriża għal oħra. Huwa mistenni li l-impriżi se jirrikorru aktar ta’ spiss għall-użu tal-istimi fl-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar u li l-użu tal-istimi se jsir inqas komuni peress li l-kapaċità tal-impriżi u tal-atturi fil-ktajjen tal-valur tagħhom li jikkondividu l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà titjieb maż-żmien. Fil-każijiet kollha l-impriża għandha tqis jekk l-użu tal-istimi huwiex probabbli li jaffettwa l-kwalità tal-informazzjoni rrapportata. L-użu tal-istimi jista’, f’xi ċirkostanzi, itejjeb il-kwalità tal-informazzjoni rrapportata, pereżempju jekk jgħin biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tkun newtrali, jew jekk l-informazzjoni miġbura ma tkunx tal-affidabbiltà xierqa. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-użu tal-istimi jikkontribwixxi għal rappreżentazzjoni aktar leali tal-fenomeni li l-informazzjoni għandha l-għan li tirrappreżenta u l-impriża li tirrapporta hija għalhekk aktar probabbli li tuża stimi. F’ċirkostanzi oħra, l-użu tal-istimi jista’ jnaqqas il-kwalità tal-informazzjoni rrapportata, pereżempju jekk tirriżulta f’informazzjoni li tkun inqas preċiża u/jew inqas kompluta u għalhekk tirriżulta f’rappreżentazzjoni inqas leali tal-fenomeni li għandha l-għan li tirrappreżenta. Meta jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża u l-kundizzjonijiet tal-ambjent estern li fih topera sabiex jiġi ddeterminat sforz raġonevoli, il-kriterji li ġejjin jistgħu joffru gwida utli. Kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji jista’, waħdu, ikun biżżejjed biex jiddetermina li sar sforz raġonevoli, jew li l-kriterji jistgħu jiġu applikati flimkien.
|
|
30) |
X’għandha tistenna li tirċievi SME f’termini ta’ talbiet għal informazzjoni dwar is-sostenibbiltà bħala konsegwenza tas-CSRD u tal-ESRS?
Il-paragrafi 132 u 133 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jistabbilixxu dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jillimitaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur li l-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD għandhom jirrapportaw u/jew jiġbru mingħand l-atturi fil-katina tal-valur tagħhom matul l-ewwel 3 snin (98). Il-punt sa fejn l-SMEs jintalbu biex jipprovdu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-impriżi bħala konsegwenza tas-CSRD u l-ESRS, matul l-ewwel 3 snin ta’ implimentazzjoni, se jkun influwenzat ħafna minn jekk l-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD jagħmlux użu minn dawn id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward ir-rapportar tal-katina tal-valur. Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali msemmija hawn fuq, l-SMEs għandhom jistennew li l-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD japplikaw “sforz raġonevoli” biex jiġbru l-informazzjoni li jeħtieġu mingħand l-atturi fil-ktajjen tal-valur tagħhom sabiex jikkonformaw mal-ESRS. F’konformità mat-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti, id-daqs u r-riżorsi, l-istat ta’ tħejjija teknika u l-prossimità tal-attur fil-katina tal-valur huma fost il-kriterji li jistgħu jintużaw biex jiġi stabbilit x’jikkostitwixxi “sforz raġonevoli”. Għalhekk, SMEs iżgħar li qatt ma rrapportaw b’mod volontarju informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, li mhumiex konnessi ma’ impatti negattivi severi u li mhumiex fornituri jew klijenti tal-ewwel saff ta’ impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD jeħtiġilhom, mill-inqas matul l-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar, ikunu inqas esposti għall-aspettattivi li jkollhom u jikkondividu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. SMEs akbar li preċedentement ikunu rrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà (pereżempju minħabba li japplikaw l-EMAS jew skemi oħra ta’ ċertifikazzjoni jew rapportar ambjentali jew tas-sostenibbiltà) u SMEs li huma fornituri jew klijenti tal-ewwel saff ta’ impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD jistgħu jkunu esposti għal aspettattivi ogħla li jkollhom u jikkondividu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-EFRAG bħalissa qed jiżviluppa żewġ standards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs: waħda obbligatorja għall-SMEs elenkati (LSME ESRS) u waħda volontarja għall-SMEs mhux elenkati (VSME). LSME ESRS se jistabbilixxu l-livell massimu ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li l-ESRS jistgħu jirrikjedu lill-impriża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD tikseb mill-SMEs fil-katina tal-valur tagħha. Il-VSME se tkun imfassla biex issir punt ta’ referenza għall-atturi kollha fis-suq, biex tiżgura li l-isforz ta’ rapportar tal-impriżi tas-CSRD u mhux tas-CSRD ikun proporzjonat. |
|
31) |
Sa meta japplika l-perjodu ta’ tranżizzjoni għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fil-katina tal-valur? Id-data tal-bidu għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin għandha tkun differenti għal kull tip ta’ impriża?
Il-Kapitolu 10.2 tal-ESRS 1 jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati mal-Kapitolu 5 dwar il-ktajjen tal-valur. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-katina tal-valur japplika għall-ewwel 3 snin finanzjarji tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar, għal kull impriża. Pereżempju, jekk impriża taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità mis-sena finanzjarja 2024, allura tista’ tagħmel użu mill-perjodu ta’ tranżizzjoni għar-rapportar tal-katina tal-valur għas-snin finanzjarji 2024, 2025 u 2026. |
DIVULGAZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 8 TAR-REGOLAMENT DWAR IT-TASSONOMIJA
|
32) |
L-impriżi għandhom jinkludu divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom?
Iva, l-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilhom jinkludu divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fid-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
|
33) |
Jekk SME b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE tagħmel użu mill-esklużjoni fakultattiva ta’ sentejn mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà sal-2028, xorta għandha tinkludi divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tal-Artikolu 8 fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha?
Le. l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija japplika għall-impriżi kollha meħtieġa li jħejju u jippubblikaw dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Madankollu, jekk SME (esklużi l-mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE tiddeċiedi li ma tinkludix fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità – meta jkun meħtieġ li jiġu inklużi divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija – mhijiex meħtieġa li tiddivulga divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. |
|
34) |
L-impriżi huma meħtieġa li jinkludu fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija anki jekk ikunu eżentati milli jħejju u jippubblikaw id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom skont l-Artikoli 19a(9) u 29a (8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Iva, iżda biss jekk l-impriża omm tkun stabbilita f’pajjiż terz u d-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija ma jiġux inklużi fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża omm. Meta l-impriża tagħmel użu mill-eżenzjoni mill-obbligu li tiddivulga dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a(9) jew 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, jekk l-impriża omm tkun stabbilita f’pajjiż terz, id-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, li jkopru l-attivitajiet imwettqa mill-impriża sussidjarja eżentata stabbilita fl-Unjoni u l-impriżi sussidjarji tagħha, iridu jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża sussidjarja eżentata, jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà mwettaq mill-impriża omm stabbilita f’pajjiż terz (99). |
REKWIŻITI TAL-LINGWA
|
35) |
B’liema lingwa għandha tiġi abbozzata u ppubblikata d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
L-impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandhom jippubblikaw ir-rapport ta’ ġestjoni (inkluża d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà), flimkien mal-opinjoni u d-dikjarazzjoni ppreżentati mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, li jirreferi għal-liġijiet stabbiliti minn kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu III tat-Titolu 1 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji jiċċara li “ 1. Dokumenti u dettalji li għandhom jiġu żvelati skont l-Artikolu 14 għandhom jitfasslu u jiġu ppreżentati f’waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skont ir-regoli tal-lingwa awtorizzati fl-Istat Membru li fih jinfetaħ il-fajl imsemmi fl-Artikolu 16(1) ”. Għalhekk, il-lingwa li l-impriżi għandhom jużaw biex jippubblikaw id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni trid tkun lingwa speċifikata mil-liġijiet tal-Istat Membru rilevanti adottati f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. Jekk impriża soġġetta għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jkollha titoli elenkati f’suq regolat tal-UE, din għandha tikkonforma wkoll mal-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Trasparenza fir-rigward tar-rapport ta’ ġestjoni. Ir-reġim lingwistiku għal “informazzjoni regolata”, li jinkludi r-rapport ta’ ġestjoni bħala parti mir-rapport finanzjarju annwali, huwa stabbilit minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza. |
DIĠITALIZZAZZJONI (FORMAT U TIKKETTAR DIĠITALI)
|
36) |
X’inhuma r-rekwiżiti tal-format diġitali għar-rapport ta’ ġestjoni li jinkludi dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-impriżi għandhom iwettqu rapportar dwar is-sostenibbiltà biex iħejju r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom (fil-livell konsolidat, meta applikabbli) fil-format elettroniku għar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-ESEF (jiġifieri XHTML) u jimmarkaw id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom fir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mat-tassonomija diġitali li għandha tiġi speċifikata permezz ta’ emenda għar-Regolament Delegat tal-ESEF. |
|
37) |
L-impriżi għandhom jimmarkaw ukoll id-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija?
Iva. L-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-impriżi li għandhom jippubblikaw dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom jimmarkaw id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom, inklużi d-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, f’konformità mat-tassonomija diġitali li għandha tiġi speċifikata permezz ta’ emenda għar-Regolament Delegat tal-ESEF. |
|
38) |
X’inhuma r-rekwiżiti tal-format li l-impriżi jeħtieġ li jikkonformaw magħhom sakemm il-Kummissjoni Ewropea tadotta tassonomija diġitali għall-immarkar tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-impriżi li għandhom jippubblikaw dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom biex iħejju r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom fil-format elettroniku għar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-ESEF (jiġifieri fl-XHTML) u li jimmarkaw id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni f’konformità mat-tassonomija diġitali speċifika li se tiġi adottata permezz ta’ emenda għar-Regolament Delegat tal-ESEF. Sal-adozzjoni ta’ din it-tassonomija diġitali, l-impriżi mhumiex meħtieġa li jimmarkaw id-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà tagħhom. Meta jitqies li d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà se ssir tinqara mill-magni biss ladarba tkun kemm inkluża f’dokument XHTML kif ukoll immarkata b’tassonomija diġitali, sakemm tiġi adottata t-tassonomija diġitali, l-impriżi lanqas ma huma meħtieġa li jħejju r-rapport ta’ ġestjoni f’XHTML. |
PUBBLIKAZZJONI
|
39) |
X’inhi l-iskadenza għall-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni li tinkludi d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jistabbilixxi r-regoli għall-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ ġestjoni (li jinkludi d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, fejn rilevanti), li jrid jiġi ppubblikat flimkien mal-opinjoni/ir-rapport tal-aċċertament u mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport, kif previst minn kull Stat Membru. L-impriżi li huma emittenti ta’ titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE huma meħtieġa wkoll jippubblikaw ir-rapport finanzjarju annwali tagħhom (li jinkludi r-rapport ta’ ġestjoni, għalhekk id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà) mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, abbażi tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, li jagħmel kontroreferenza għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
SUPERVIŻJONI
|
40) |
Liema awtoritajiet huma responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Is-CSRD ma tintroduċi l-ebda bidla fir-reġim superviżorju tal-UE preeżistenti, li jirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minn impriżi b’responsabbiltà limitata (l-Artikolu 51 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità), u li jistabbilixxu awtorità superviżorja nazzjonali b’setgħat biex tissorvelja l-konformità mill-emittenti tat-titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (l-Artikoli 28 u sussegwenti tad-Direttiva dwar it-Trasparenza). Dan ifisser li l-konformità tal-impriżi mar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà se tkun soġġetta għar-reġim nazzjonali ta’ sanzjonar fis-seħħ għar-rapport ta’ ġestjoni ta’ impriżi b’responsabbiltà limitata (soġġetti għad-Direttiva dwar il-Kontabilità) u ta’ emittenti ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (soġġett għad-Direttiva dwar it-Trasparenza). Fir-rigward tal-emittenti ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE, l-ESMA hija meħtieġa wkoll li toħroġ linji gwida dwar is-superviżjoni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont l-Artikolu 28d tad-Direttiva dwar it-Trasparenza. Fi kwalunkwe każ, id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni trid dejjem tkun soġġetta għal aċċertament minn awditur statutorju, jew minn Fornitur Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASP) meta permess minn Stat Membru, skont l-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
TAQSIMA IV
FAQS DWAR L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ RRAPPORTATA SKONT L-ARTIKOLU 40A TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABILITÀ
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DATA TAL-APPLIKAZZJONI
|
41) |
L-impriża omm apikali ta’ pajjiż terz għandu jkollha ċerta forma ġuridika sabiex taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Le. Il-forma ġuridika tal-impriża omm apikali ta’ pajjiż terz hija irrilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
42) |
X’inhuma l-obbligi għas-sussidjarja tal-UE jew għall-fergħa tal-UE skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità? Is-sussidjarja/il-fergħa tal-UE huma meħtieġa li tħejju r-rapport dwar is-sostenibbiltà jew sempliċiment jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà mħejji mill-impriża omm tagħhom?
Jekk impriża ta’ pajjiż terz taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, allura jew is-sussidjarja tal-UE jew il-fergħa tal-UE tagħha għandhom jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli rapport dwar is-sostenibbiltà f’isem l-impriża omm tagħhom minn pajjiż terz. L-obbligu li jitħejja r-rapport dwar is-sostenibbiltà ma jaqax b’mod espliċitu fuq is-sussidjarja jew il-fergħa tal-UE. Dan ifisser li l-kumpanija omm ta’ pajjiż terz tista’ tħejji r-rapport, li mbagħad jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli mis-sussidjarja jew mill-fergħa tal-UE, jew billi tippreżentah f’reġistru kummerċjali tal-UE jew billi tippubblikah fuq is-sit web tagħha. Alternattivament, is-sussidjarja jew il-fergħa tal-UE jistgħu jħejju, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli r-rapport f’isem l-impriża prinċipali tagħhom minn pajjiż terz. |
|
43) |
Kull sussidjarja tal-UE jew fergħa tal-UE għandhom jippubblikaw rapport dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità? Jew huwa biżżejjed li waħda biss mis-sussidjarji jew mill-fergħat tal-UE tippubblika r-rapport u l-oħra sempliċiment tipprovdi ħolqa għal dak ir-rapport dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li mill-inqas rapport wieħed dwar is-sostenibbiltà jiġi ddivulgat minn sussidjarja jew fergħa waħda f’kull Stat Membru (“Stat Membru għandu jirrikjedi li impriża sussidjarja stabbilita fit-territorju tiegħu [...]). Sabiex jiġi evitat rapportar doppju mis-sussidjarji u mill-fergħat tal-istess impriża ta’ pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li sussidjarja jew fergħa waħda stabbilita jew li tinsab fit-territorju tagħhom tikkonforma mal-obbligu fl-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità billi tipprovdi ħolqa għar-rapport dwar is-sostenibbiltà ppubblikat minn sussidjarja jew fergħa oħra tal-Unjoni tal-impriża ta’ pajjiż terz. |
ESRS
|
44) |
Liema ESRS għandhom jintużaw għat-tħejjija tar-rapport dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Ir-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jrid jitħejja f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 40b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. B’deroga, l-Artikolu 40a(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jippermetti li r-rapport dwar is-sostenibbiltà jitħejja f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jiġifieri l-ESRS) jew b’mod ekwivalenti għall-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kif iddeterminat minn deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li impriża omm ta’ pajjiż terz li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tista’ tagħżel li tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (imħejjija f’konformità mal-istandards adottati skont l-Artikolu 29b), minflok ma jkollha s-sussidjarja tal-UE jew il-fergħa tal-UE tagħha jippubblikaw rapport dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. F’dak il-każ, japplikaw l-eżenzjonijiet għas-sussidjarja tal-UE stabbiliti fl-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
45) |
X’jiġri jekk is-sussidjarja/il-fergħa tal-UE ma jirnexxilhomx jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport dwar is-sostenibbiltà?
F’każ li ma tiġix ipprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa għandhom ifasslu, jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli r-rapport dwar is-sostenibbiltà, li jkun fih l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom, miksuba jew akkwistata, u joħorġu dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma għamlitx l-informazzjoni meħtieġa disponibbli (l-Artikolu 40a(2), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità). |
DIVULGAZZJONIJIET TAL-ARTIKOLU 8 TAR-REGOLAMENT DWAR IT-TASSONOMIJA
|
46) |
L-impriżi għandhom jinkludu d-Divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tat-Tassonomija fir-rapport dwar is-sostenibbiltà mħejji skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Le. Ir-rapportar tal-impriżi f’konformità mal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità ma għandux għalfejn jinkludi d-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fir-rapport dwar is-sostenibbiltà. |
|
47) |
Jekk impriża omm ta’ pajjiż terz soġġetta għall-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tagħżel li tħejji u tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-ESRS minflok rapport dwar is-sostenibbiltà, dik l-impriża omm ta’ pajjiż terz hija meħtieġa li tirrapporta divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija?
Impriża omm ta’ pajjiż terz soġġetta għall-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità li tagħżel li tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-ESRS minflok rapport dwar is-sostenibbiltà mhijiex meħtieġa li tirrapporta skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. Madankollu, sabiex is-sussidjarji tal-Unjoni ta’ dik il-kumpanija omm ta’ pajjiż terz ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (meta dawn is-sussidjarji tal-Unjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità), id-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija li jkopru l-attivitajiet imwettqa minn dawk is-sussidjarji tal-Unjoni jridu jiġu inklużi fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom stess jew fir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà mwettaq mill-impriża omm ta’ pajjiż terz (100). |
REGOLI TA’ EŻENZJONI
|
48) |
Is-sussidjarji tal-Unjoni soġġetti għall-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jistgħu jibbenefikaw mir-reġim ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 19a(9) u 29(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u r-rapport dwar is-sostenibbiltà mħejji f’konformità mal-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandhom kontenut differenti u joperaw taħt reġimi separati. Għalhekk, sussidjarja tal-Unjoni li tippubblika rapport dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp tal-kumpanija omm tagħha minn pajjiż terz skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40a ma jeżentawx lis-sussidjarja tal-Unjoni nnifisha u lanqas lis-sussidjarji tagħha stess milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tal-Artikoli 19a u/jew 29a. Madankollu, impriża omm ta’ pajjiż terz li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 40a tista’ tagħżel li tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a (imħejjija f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew b’mod ekwivalenti għal dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà), minflok ma jkollha s-sussidjarja tal-UE jew il-fergħa tal-UE tagħha jippubblikaw rapport dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp skont l-Artikolu 40a. F’dan il-każ, is-sussidjarja tal-UE hija eżentata milli tippubblika r-rapport dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 40a, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 19a(9) u 29a(8). |
LINGWA U FORMAT
|
49) |
B’liema lingwa għandu jiġi ppubblikat ir-rapport dwar is-sostenibbiltà?
Ir-reġim lingwistiku għar-rapport dwar is-sostenibbiltà huwa stabbilit minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji. |
|
50) |
X’inhuma r-rekwiżiti tal-format għar-rapport dwar is-sostenibbiltà li għandhom jiġu pprovduti skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Id-Direttiva dwar il-Kontabilità ma teħtieġx format speċifiku għall-pubblikazzjoni tar-rapport dwar is-sostenibbiltà. Madankollu, l-Artikolu 33a – introdott bid-Direttiva (UE) 2023/2864 għall-funzjonament tal-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (id-Direttiva Omnibus dwar l-ESAP) (101) – jirrikjedi li s-sussidjarji u l-fergħat soġġetti għall-Artikolu 40a jissottomettu lill-korp tal-ġbir maħtur mill-Istat Membru r-rapport dwar is-sostenibbiltà f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjah (102). Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar metadata li takkumpanja r-rapport dwar is-sostenibbiltà u li tirrikjedi format li jinqara mill-magni. |
PUBBLIKAZZJONI
|
51) |
Meta għandhom l-impriżi/il-fergħat jippubblikaw ir-rapport dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 40d(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-impriżi sussidjarji u l-fergħat imsemmija fl-Artikolu 40a(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jippubblikaw ir-rapport dwar is-sostenibbiltà – flimkien mal-opinjoni tal-aċċertament u, meta applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 40a(2) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità – fi żmien 12-il xahar mid-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jkun tfassal ir-rapport. |
SUPERVIŻJONI
|
52) |
Liema awtoritajiet huma responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għar-rapport dwar is-sostenibbiltà?
Is-CSRD ma tintroduċi l-ebda bidla fir-reġim ta’ sanzjonijiet preeżistenti skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità, li tirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ penali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità minn impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (103). Għalhekk, il-konformità tal-impriżi mar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà hija soġġetta għar-reġim nazzjonali ta’ sanzjonar fis-seħħ għar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriżi soġġetti għad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Fi kwalunkwe każ, ir-rapport dwar is-sostenibbiltà jrid ikun dejjem soġġett għal aċċertament minn fornitur tal-aċċertament skont l-Artikolu 40a(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (104). |
TAQSIMA V
FAQS DWAR L-AĊĊERTAMENT TAR-RAPPORTAR DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ
APPROVAZZJONI TA’ AWDITURI STATUTORJI U DITTI TAL-AWDITJAR
|
53) |
Il-persuni fiżiċi li jwettqu l-awditi statutorji f’isem id-ditta tal-awditjar għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12 tad-Direttiva dwar l-Awditjar, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali tal-Artikoli 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva dwar l-Awditjar? Il-persuni fiżiċi li għandhom drittijiet tal-vot f’ditta tal-awditjar għandhom jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 4 u l-Artikoli minn 6 sa 12 tad-Direttiva dwar l-Awditjar, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali tal-Artikoli 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva dwar l-Awditjar, anki jekk id-ditta tal-awditjar ma tkunx qed tippjana li tipprovdi aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà? Xi ngħidu dwar ir-rekwiżiti għall-persuni fiżiċi li jiffurmaw il-korp amministrattiv jew maniġerjali tad-ditta tal-awditjar?
L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Awditjar - li jirregola l-approvazzjoni ta’ awdituri statutorji u ditti tal-awditjar - jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japprovaw awdituri statutorji u ditti tal-awditjar biss jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar l-Awditjar għall-approvazzjoni tal-awdituri statutorji jagħmlu kontroreferenza għall-Artikolu 4 u l-Artikoli minn 6 sa 10 tad-Direttiva dwar l-Awditjar, filwaqt li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar l-Awditjar għall-approvazzjoni tad-ditti tal-awditjar jagħmlu kontroreferenza għall-Artikolu 4 u l-Artikoli minn 6 sa 12 tad-Direttiva dwar l-Awditjar. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Awditjar li tkopri r-reputazzjoni tajba hija wiesgħa biżżejjed biex tapplika wkoll għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, filwaqt li l-Artikoli 6 sa 12 tad-Direttiva dwar l-Awditjar ġew emendati sabiex japplikaw b’mod espliċitu għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun tixtieq li tiġi approvata biex tipprovdi aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha fil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva dwar l-Awditjar fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar l-Awditjar. Il-konformità mar-rekwiżiti għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mhijiex obbligatorja għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Awditjar ta’ awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li ma jipprovdux aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. |
|
54) |
X’inhuma r-rekwiżiti tal-approvazzjoni għall-aċċertament tas-sostenibbiltà għall-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 jew li fl-1 ta’ Jannar 2024 kienu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni?
Sabiex l-awdituri statutorji jkunu jistgħu jipprovdu aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jeħtieġ li jiġu approvati u mbagħad jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali għas-sostenibbiltà. B’mod aktar speċifiku, abbażi tal-Artikolu 14a, it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar, l-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 – li jew ġew approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2024 jew li fl-1 ta’ Jannar 2024 kienu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni – li jridu jwettqu wkoll aċċertament tas-sostenibbiltà, ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-Artikoli 7(2), 8(3), 10(1), it-tieni subparagrafu, u 14(2), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità iżda xorta jeħtieġu li jiksbu l-għarfien meħtieġ permezz ta’ edukazzjoni kontinwa. |
|
55) |
L-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 jistgħu japplikaw b’mod indefinit biex jiġu approvati għall-aċċertament tas-sostenibbiltà? Liema rekwiżiti japplikaw għall-approvazzjoni tagħhom?
Skont l-Artikolu 14a, it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar, l-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 li jixtiequ jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jeħtiġilhom jiksbu l-għarfien meħtieġ tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inkluż tas-suġġetti elenkati fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva dwar l-Awditjar, permezz tal-edukazzjoni kontinwa msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar l-Awditjar. L-Artikolu 14a tad-Direttiva dwar l-Awditjar ma jirrikjedix li jsiru eżamijiet addizzjonali u lanqas il-kisba ta’ dan l-għarfien qabel ma tinkiseb l-approvazzjoni. Id-Direttiva dwar l-Awditjar ma tistabbilixxix limiti ta’ żmien għall-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 biex japplikaw għat-twettiq tal-aċċertament tas-sostenibbiltà f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
|
56) |
Sabiex l-awditur statutorju jew it-trainee jkun approvat ukoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, it-taħriġ prattiku ta’ tliet snin meħtieġ skont l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar jeħtieġ li jinkludi tmien xhur ta’ taħriġ prattiku fil-qasam tal-aċċertament tas-sostenibbiltà jew għandu jiġi estiż bi tmien xhur oħra?
Sabiex l-awditur statutorju jew it-trainee jiġu approvati wkoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, it-taħriġ prattiku ta’ tliet snin meħtieġ skont l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar se jeħtieġ li jinkludi tmien xhur ta’ taħriġ prattiku dwar l-aċċertament tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà jew dwar is-servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà. L-awditur statutorju jew it-trainee li jkunu diġà lestew it-taħriġ prattiku ta’ tliet snin fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni biex iwettqu aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandhom iwettqu perjodu addizzjonali ta’ tmien xhur ta’ taħriġ prattiku dwar l-aċċertament tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà jew dwar servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà. L-Artikolu 14a, l-ewwel u t-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar jeżentaw minn dan ir-rekwiżit il-kategoriji ta’ professjonisti li ġejjin: l-awdituri statutorji li huma approvati jew rikonoxxuti biex iwettqu awditi statutorji qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u l-persuni li fl-1 ta’ Jannar 2024 ikunu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni dment li jlestu dak il-proċess sal-1 ta’ Jannar 2026. Skont l-Artikolu 14a, it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar, dawn il-professjonisti xorta se jkollhom bżonn jiksbu l-għarfien meħtieġ permezz ta’ edukazzjoni kontinwa. |
|
57) |
Skont l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar, sabiex l-awditur statutorju jew it-trainee jkunu approvati wkoll biex iwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, mill-inqas tmien xhur tat-taħriġ prattiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dwar l-aċċertament tar-rapportar annwali u konsolidat dwar is-sostenibbiltà jew dwar servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà. X’inhi l-interpretazzjoni korretta ta’ “servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà”?
“ Servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà ” għandhom jinftiehmu bħala servizzi relatati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għajr l-aċċertament. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, servizzi ta’ konsulenza dwar rapporti dwar is-sostenibbiltà u t-tħejjija ta’ rapporti dwar is-sostenibbiltà. |
|
58) |
Awditur statutorju approvat biex iwettaq awditi statutorji qabel l-1 ta’ Jannar 2024 fl-Istat Membru A jista’ jiġi approvat biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fl-Istat Membru B, minkejja li dak l-awditur statutorju ma jkunx approvat biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fl-Istat Membru A? Għar-reġistrazzjoni fl-Istat Membru B, dan l-awditur jeħtieġ li jkun irreġistrat bħala awditur statutorju u bħala fornitur ta’ servizzi tal-aċċertament jew dan l-awditur jista’ jiġi rreġistrat biss bħala fornitur ta’ servizz tal-aċċertament?
Għar-reġistrazzjoni fl-Istat Membru B, l-awditur statutorju jeħtieġ li jiġi approvat bħala awditur statutorju f’dak l-Istat Membru (ara l-Artikoli 3(1) u 14(1) tad-Direttiva dwar l-Awditjar). Jekk dan ikun il-każ u l-awditur ikun jixtieq li jiġi rreġistrat bħala fornitur ta’ servizzi ta’ aċċertament, ir-reġim tranżizzjonali skont l-Artikolu 14a tad-Direttiva dwar l-Awditjar japplika fl-Istat Membru B (ara wkoll il-FAQ 54). L-approvazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi tal-aċċertament fl-Istat Membru A mhijiex meħtieġa. |
|
59) |
Awditur statutorju approvat biex iwettaq awditi statutorji wara l-1 ta’ Jannar 2024 fl-Istat Membru A, u li huwa wkoll approvat biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’dak l-Istat Membru, irid ikun irreġistrat fl-Istat Membru B. F’dan il-każ l-awditur statutorju jeħtieġ li jkun irreġistrat fl-Istat Membru B bħala awditur u bħala fornitur ta’ servizzi tal-aċċertament jew dan l-awditur statutorju jista’ jiġi rreġistrat biss bħala fornitur ta’ servizzi tal-aċċertament?
L-awditur statutorju għandu jkun irreġistrat bħala awditur statutorju u bħala fornitur ta’ servizzi tal-aċċertament fl-Istat Membru B. L-uniċi entitajiet li jistgħu jiġu rreġistrati bħala fornituri ta’ servizzi ta’ aċċertament mingħajr ma jkunu awdituri huma l-Fornituri Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASPs). |
AKKREDITAZZJONI U APPROVAZZJONI TA’ FORNITURI INDIPENDENTI TAS-SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS)
|
60) |
Il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu akkreditati bħala Fornituri Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASPs)?
Iva. L-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva dwar l-Awditjar u l-Artikolu 2 punt (20) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jiddefinixxu l-IASPs bħala “ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE ”. Ir-Regolament Nru 765/2008 jiddefinixxi wkoll il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità bħala “ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità" tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inklużi kalibrar, ittestjar, ċertifikazzjoni u spezzjoni ”. Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 765/2008 jirreferi biss għall-akkreditazzjoni tal-korpi, għandu jiġi mfakkar li l-IASPs mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni maħsub ta’ dak ir-Regolament. It-terminu “ korp ” għandu jinqara bħala li jinkludi l-każ ta’ persuni fiżiċi biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-IASPs u l-awdituri statutorji. |
|
61) |
L-IASPs stabbiliti fi Stat Membru jistgħu jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’dak it-territorju, dment li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Awditjar. L-ekwivalenza tar-rekwiżiti, jeħtieġ li tkopri wkoll l-Artikolu 3a tad-Direttiva dwar l-Awditjar?
L-Artikolu 34(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-IASPs jikkonformaw mar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk fid-Direttiva dwar l-Awditjar sabiex ikunu jistgħu jwettqu aċċertament tas-sostenibbiltà. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu l-lista mhux eżawrjenti stabbilita fl-Artikolu 34(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u valutazzjoni tal-ekwivalenza mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (22) tad-Direttiva dwar l-Awditjar. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-IASPs u l-awdituri statutorji, l-IASPs għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva dwar l-Awditjar. |
PARTI TERZA INDIPENDENTI AKKREDITATA
|
62) |
X’inhi l-“parti terza indipendenti akkreditata” msemmija fl-Artikoli 34(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u 37(3) tad-Direttiva dwar l-Awditjar?
Il-Premessa (63) tas-CSRD taqra “ Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li meta impriża tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni li jkollha elementi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħha vverifikati minn parti terza indipendenti akkreditata, ir-rapport tal-parti terza indipendenti akkreditata jenħtieġ li jkun disponibbli jew bħala anness tar-rapport ta’ ġestjoni jew bi kwalunkwe mezz ieħor aċċessibbli għall-pubbliku. Tali disponibbiltà ta’ dak ir-rapport jenħtieġ li ma tipprevenix l-eżitu tal-opinjoni ta’ aċċertament li l-verifika tagħha minn parti terza jenħtieġ li tibqa’ indipendenti. Jenħtieġ li ma tinvolvi l-ebda duplikazzjoni ta’ xogħol bejn l-awditur jew il-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament li jesprimi l-opinjoni ta’ aċċertament u l-parti terza indipendenti akkreditata. ” “Parti terza indipendenti akkreditata” hija entità, normalment espert għajr l-awditur statutorju jew il-Fornitur Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASP), li tipprovdi l-opinjoni ta’ aċċertament dwar id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà, li tista’ tivverifika partijiet mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Is-CSRD tirrikjedi trasparenza fir-rigward tar-riżultati tal-ħidma tagħha u n-nonduplikazzjoni mal-ħidma tal-awdituri statutorji/IASPs (105). |
FORNITURI INDIPENDENTI TA’ SERVIZZI TAL-AĊĊERTAMENT (IASPS)
|
63) |
Fornitur Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament (IASP) stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor se jkun jista’ jwettaq kompiti fi Stat Membru li ma jippermettix lill-IASPs iwettqu aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju tiegħu?
Le. IASP stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mhux se jkun jista’ jipprovdi aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fi Stat Membru li ma jippermettix lill-IASPs iwettqu aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju tiegħu. L-Artikolu 34(4), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jipprovdi lill-Istati Membri bl-għażla li jippermettu lill-IASPs stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jesprimu l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, dment li dawn l-IASPs ikunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Awditjar għall-awdituri statutorji li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi biss li l-Istati Membri li jkunu għamlu użu minn din l-għażla biex jippermettu lill-IASPs stabbiliti fi Stat Membru ieħor iwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju tagħhom. |
|
64) |
Jekk l-IASP huwa stabbilit fi Stat Membru differenti, min se jkollu setgħat superviżorji għall-ħidma mwettqa mill-IASP?
Meta l-IASP iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (l-Istat Membru ospitanti), l-Istat Membru fejn l-IASP huwa stabbilit (l-Istat Membru domiċiljari) għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni tal-ħidma tal-IASP sakemm l-Istat Membru ospitanti ma jiddeċidix li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq mill-IASPs fit-territorju tiegħu (106). Jekk l-Istat Membru ospitanti jiddeċiedi li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq fit-territorju tiegħu mill-IASPs irreġistrati fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ospitanti għandu: (i) ma jimponix rekwiżiti jew responsabbiltà aktar stretti fuq tali IASPs minn dawk meħtieġa għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mil-liġijiet nazzjonali għall-IASPs jew għall-awdituri stabbiliti f’dak l-Istat Membru ospitanti; u (ii) jinforma lil Stati Membri oħra dwar id-deċiżjoni tiegħu li jissorvelja l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq minn IASPs stabbiliti fi Stati Membri oħra. |
|
65) |
Ladarba Stat Membru jkun ippermetta li l-IASPs jiġu stabbiliti fit-territorju tiegħu, l-impriżi nazzjonali jitħallew awtomatikament jirrikorru għall-IASPs biex iwettqu l-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà?
Iva, l-impriżi se jitħallew jirrikorru għall-IASPs għall-aċċertament tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom ladarba Stat Membru jkun ippermetta lill-IASPs biex iwettqu l-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. |
FORNITURI TAL-AĊĊERTAMENT TA’ PAJJIŻI TERZI
|
66) |
Jistgħu l-Fornituri Indipendenti ta’ Servizzi tal-Aċċertament ta’ pajjiżi terzi (IASPs) jipprovdu aċċertament tas-sostenibbiltà fl-Unjoni?
Abbażi tal-Artikolu 34(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-IASPs stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jistgħu jitħallew jipprovdu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Id-definizzjoni tal-IASP skont l-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva dwar l-Awditjar u l-Artikolu 2, il-punt (20) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità teħtieġ l-akkreditazzjoni tiegħu skont ir-Regolament 765/2008. Filwaqt li dak ir-Regolament jirreferi biss għall-akkreditazzjoni ta’ korpi li huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ min ifakkar li l-IASPs mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni maħsub ta’ dak ir-Regolament. L-IASPs qed iwettqu servizzi ta’ aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Għalhekk, l-iskema għall-awtorizzazzjoni tal-IASPs għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-impenji tal-GATS (Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) tal-Istati Membri u tal-ftehimiet bilaterali tal-Unjoni. Konsegwentement, fil-kuntest tal-IASPs, ir-Regolament 765/2008 għandu jiġi interpretat b’tali mod li l-IASPs ta’ pajjiżi terzi jitħallew jipprovdu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-impenji tal-Istati Membri. |
KUNFIDENZJALITÀ
|
67) |
Ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità fl-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar l-Awditjar huma applikabbli wkoll għall-professjonisti li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà?
Iva. Ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità fl-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar l-Awditjar huma applikabbli wkoll għall-professjonisti li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Meta l-Istat Membru jkun ippermetta IASP jew awditur statutorju għajr dak li jawditja r-rapporti finanzjarji jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, dawn il-fornituri tal-aċċertament għandom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni biex jikkoordinaw b’mod xieraq. |
SERVIZZI TA’ AĊĊERTAMENT
|
68) |
X’inhi t-tifsira tat-terminu “analiżi tas-sostenibbiltà” użat fl-Artikolu 8(3), il-punt (b) tad-Direttiva dwar l-Awditjar?
It-terminu “ analiżi tas-sostenibbiltà ” ntuża bħala parallel għal “ analiżi finanzjarja ” mid-Direttiva dwar l-Awditjar għall-awdituri statutorji. Filwaqt li “analiżi finanzjarja” jirreferi għal valutazzjoni tal-vijabbiltà, l-istabbiltà u l-profittabbiltà ta’ negozju, sottonegozju jew proġett, “analiżi tas-sostenibbiltà” għandu jitqies bħala valutazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li jaffettwaw kwistjonijiet ta’ negozju u ta’ sostenibbiltà li n-negozju jista’ jkollu impatt fuqhom. |
TARIFFI
|
69) |
Jitqies bħala ksur tal-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-Awditjar jekk it-tariffi għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jitbaxxew fil-każ li l-istess awditur statutorju jwettaq ukoll l-awditu statutorju?
L-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-Awditjar jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tariffi għall-awditi statutorji u għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma jiġux influwenzati jew iddeterminati mid-dispożizzjoni ta’ “servizzi addizzjonali” pprovduti lill-entità awditjata, li għandhom ikunu maħsuba bħala “servizzi għajr l-awditu statutorju u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà”. Ma jirregolax ir-relazzjoni bejn it-tariffi għall-awditi statutorji u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. |
AĊĊERTAMENT TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ MĦEJJA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 19A U 29A TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABILITÀ
|
70) |
Fuq xiex għandu l-fornitur tal-aċċertament jesprimi opinjoni, skont l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Skont l-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kwalunkwe impriża soġġetta għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilha tikseb opinjoni ta’ aċċertament dwar id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. Din l-opinjoni ta’ aċċertament hija bbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti li ġejjin:
Il-fornituri tal-aċċertament huma mistennija li jwettqu proċeduri li jippermettulhom jikkonkludu li l-ebda kwistjoni ma tkun waslet għall-attenzjoni tagħhom biex iġegħelhom jemmnu li l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mhijiex ippreżentata b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, f’konformità mal-ESRS kif adottati mill-Unjoni u li mhijiex konformi mar-rekwiżiti legali ta’ markatura tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà (jiġifieri, l-ittaggjar diġitali) u mar-rekwiżiti legali tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. L-ewwel parti tal-konklużjoni li tirreferi għall-preżentazzjoni ġusta, fl-aspetti materjali kollha, f’konformità mal-ESRS tinvolvi opinjoni dwar:
|
|
71) |
Il-paragrafu 121 tal-ESRS 1 (Rekwiżiti ġenerali) jippermetti lill-impriża tinkorpora informazzjoni fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha b’referenza għar-rapport tagħha mħejji skont ir-Regolament (UE) Nru 1221/2009 dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS). Din id-dispożizzjoni hija soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 120, inkluż li l-informazzjoni inkorporata b’referenza tkun soġġetta għal mill-inqas l-istess livell ta’ aċċertament bħad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Ir-rapport tal-impriża mħejji skont ir-Regolament (UE) Nru 1221/2009 dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) huwa soġġett għal mill-inqas l-istess livell ta’ aċċertament bħad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
Skont l-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kwalunkwe impriża soġġetta għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilha tikseb opinjoni ta’ aċċertament ibbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat. Ir-rapport tal-impriża mħejji skont ir-Regolament (UE) Nru 1221/2009 dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE huwa soġġett għal validazzjoni mwettqa minn verifikatur ambjentali u din il-validazzjoni tista’ titqies li hija mill-inqas fl-istess livell ta’ aċċertament bħar-rekwiżit ta’ aċċertament limitat tas-CSRD. |
|
72) |
Fil-każ ta’ żewġ awdituri statutorji differenti li jwettqu l-awditi tar-rapporti finanzjarji u l-aċċertament tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà, liema wieħed mit-tnejn għandu jesprimi l-opinjoni dwar jekk ir-rapport ta’ ġestjoni huwiex konsistenti mar-rapporti finanzjarji?
Abbażi tal-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(i) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji għandhom jesprimu opinjoni dwar jekk ir-rapport ta’ ġestjoni huwiex konsistenti mar-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja. Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għajr dik/dawk li jwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jkunu inkarigati li jesprimu l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar inkarigati mill-awditjar tar-rapporti finanzjarji jibqgħu inkarigati li jesprimu opinjoni dwar il-konsistenza bejn ir-rapport ta’ ġestjoni u r-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja. |
|
73) |
F’liema dokument jeħtieġ li tiġi inkluża l-opinjoni ta’ aċċertament?
Fir-rapport ta’ aċċertament (107). Jekk l-opinjoni tal-aċċertament tingħata mill-istess awditur li jagħmel l-awditu tar-rapporti finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awdituri jinkludu l-opinjoni tal-aċċertament bħala taqsima separata tar-rapport tal-awditjar. |
|
74) |
Kif għandu jiġi ppubblikat ir-rapport ta’ aċċertament? Hemm xi rekwiżiti ta’ format għar-rapport ta’ aċċertament?
Id-dritt tal-Unjoni bħalissa ma jeħtieġx format speċifiku għar-rapport tal-awditjar u/jew il-firma tiegħu. Madankollu, l-Artikolu 33a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità kif emendata mill-pakkett tal-ESAP, jirrikjedi li l-impriżi jissottomettu r-rapport ta’ aċċertament lill-korp tal-ġbir tal-ESAP rilevanti meta jagħmluh pubbliku u jużaw format li minnu tista’ tiġi estratta d-data (jew format li jinqara mill-magni, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali), flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjah. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar metadata li takkumpanja r-rapport ta’ aċċertament u li tirrikjedi format li jinqara mill-magni. |
|
75) |
Liema standards tal-aċċertament għandhom jintużaw mill-fornituri tal-aċċertament tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà sakemm jiġu adottati l-istandards tal-aċċertament mill-Kummissjoni Ewropea?
Abbażi tal-Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar, l-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-awditjar sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat standard internazzjonali tal-awditjar li jkopri l-istess suġġett. Minħabba l-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni meħtieġa skont l-ESRS 1 (il-Kapitolu 2 u l-Appendiċi B: ir-rilevanza u r-rappreżentanza leali kif ukoll il-komparabbiltà, il-verifikabbiltà u l-komprensibbiltà) u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u jiġi żgurat li l-prattiki jkunu konsistenti kemm jista’ jkun matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm jiġu adottati l-istandards tal-aċċertament tal-Unjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) biex fl-2024 jiżviluppa linji gwida mhux vinkolanti għall-awdituri statutorji u l-fornituri oħra ta’ servizzi tal-aċċertament. |
|
76) |
Huwa possibbli għall-Istati Membri li jippermettu lill-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tas-CSRD jassenjaw, fuq bażi volontarja, impenn biex jesprimu opinjoni bbażata fuq forma mħallta ta’ aċċertament (jiġifieri aċċertament limitat dwar partijiet tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u aċċertament raġonevoli fuq partijiet oħra tar-rapportar – pereżempju dwar indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi)?
Abbażi tal-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà trid tkun ibbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat (108). Meta jitqies li inkarigu ta’ aċċertament raġonevoli jipprevedi livell ogħla ta’ aċċertament meta mqabbel ma’ inkarigu ta’ aċċertament limitat, is-CSRD ma twaqqafx lil impriża milli tiddeċiedi b’mod volontarju li titlob opinjoni bbażata fuq aċċertament raġonevoli dwar ir-rapportar kollu dwar is-sostenibbiltà jew partijiet minnu. Din id-deċiżjoni tkun għall-impriża u mhux għall-fornitur tal-aċċertament. |
|
77) |
L-impriżi li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS fuq bażi volontarja (bħal SMEs mingħajr titoli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE) għandhom ikunu meħtieġa li jissottomettu din l-informazzjoni għal aċċertament?
Is-CSRD ma tirregolax ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà mwettaq fuq bażi volontarja. Għalhekk, impriża li twettaq rapportar dwar is-sostenibbiltà fuq bażi volontarja mhijiex meħtieġa li tissottometti l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha għal inkarigu ta’ aċċertament. |
SERVIZZI MHUX TA’ AĊĊERTAMENT
|
78) |
X’inhuma r-restrizzjonijiet fuq is-servizzi mhux tal-awditjar meta awditur statutorju jipprovdi servizzi ta’ aċċertament tas-CSRD lil entità jew grupp li mhuwiex klijent tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji?
Skont l-Artikolu 25c(1) tad-Direttiva dwar l-Awditjar, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ Entità ta’ Interess Pubbliku (PIE) - jew membru tan-network - ma għandhomx jipprovdu lill-PIE s-servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti msemmija fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (b), (c), (e) sa (k) tar-Regolament dwar l-Awditjar. Skont l-Artikolu 25c(2) tad-Direttiva dwar l-Awditjar, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jipprovdu lill-PIE servizzi mhux tal-awditjar għajr:
Ghalhekk:
|
AĊĊERTAMENT TAR-RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ MĦEJJI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 40a TAD-DIRETTIVA DWAR IL-KONTABBILTÀ
|
79) |
X’jiġri jekk l-impriża ta’ pajjiż terz ma tipprovdix l-opinjoni ta’ aċċertament lis-sussidjarja tal-UE/lill-fergħa tal-UE?
Skont l-Artikolu 40a(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, jekk l-impriża ta’ pajjiż terz ma tipprovdix l-opinjoni ta’ aċċertament, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa għandha toħroġ dikjarazzjoni li tindika dak il-fatt. |
|
80) |
Kif għandha tiġi ppubblikata l-opinjoni ta’ aċċertament għar-rapport dwar is-sostenibbiltà mħejji skont l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità? Hemm xi rekwiżiti tal-format?
Abbażi tal-Artikolu 40d(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-opinjoni ta’ aċċertament għar-rapport dwar is-sostenibbiltà mħejji skont l-Artikolu 40a għandha tiġi ppubblikata flimkien mar-rapport dwar is-sostenibbiltà – u, fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 40a(2) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità – fi żmien 12-il xahar mid-data tal-karta bilanċjali tas-sena finanzjarja li għaliha jitfassal ir-rapport, kif previst minn kull Stat Membru, f’konformità mal-Artikoli 14 sa 28 tad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji u, fejn rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva. Id-dritt tal-Unjoni bħalissa ma jeħtieġx rekwiżiti ta’ format speċifiċi għall-opinjoni ta’ aċċertament. Madankollu, l-Artikolu 33a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità - introdott mill-pakkett tal-ESAP (109) - jirrikjedi li s-sussidjarji u l-fergħat soġġetti għall-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jissottomettu r-rapport dwar is-sostenibbiltà lill-korp tal-ġbir maħtur mill-Istat Membru f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data flimkien mal-metadata rilevanti li takkumpanjah. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar metadata li takkumpanja l-opinjoni ta’ aċċertament u li tirrikjedi format li jinqara mill-magni. |
TAQSIMA VI
FAQS DWAR RIŻORSI INTANĠIBBLI EWLENIN
|
81) |
Skont l-Artikolu 19(1), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, l-impriżi għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin u jispjegaw kif il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fundamentalment fuq tali riżorsi u kif tali riżorsi huma sors ta’ ħolqien tal-valur għall-impriża. Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni japplika għat-tipi kollha ta’ riżorsi intanġibbli ewlenin, inklużi l-assi intanġibbli rikonoxxuti fuq il-karta bilanċjali?
L-Artikolu 19(1), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità mhuwiex limitat għal informazzjoni dwar riżorsi intanġibbli ewlenin li mhumiex rikonoxxuti bħala assi intanġibbli fil-karta bilanċjali. Konsegwentement, ir-rekwiżit japplika għar-riżorsi intanġibbli ewlenin kollha tal-impriża, inklużi l-assi intanġibbli rikonoxxuti fuq il-karta bilanċjali. Dan l-approċċ olistiku jippermetti lill-utenti jifhmu d-dipendenzi tal-mudell tan-negozju tal-impriża fuq riżorsi intanġibbli ewlenin u r-rilevanza tagħhom għall-ħolqien tal-valur tal-kumpanija, irrispettivament minn jekk jissodisfawx il-kriterji tar-rikonoxximent u tal-kejl tal-qafas kontabilistiku applikabbli. Dan se jgħin lill-utenti jivvalutaw il-valur tas-suq tal-impriża. |
|
82) |
Liema entitajiet huma meħtieġa li jipprovdu informazzjoni dwar riżorsi intanġibbli ewlenin fir-rapport ta’ ġestjoni? Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi tal-aċċertament, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom?
L-impriżi kbar u l-SMEs elenkati (ħlief il-mikroimpriżi) għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin u jispjegaw kif il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi b’mod fundamentali fuq tali riżorsi u kif tali riżorsi huma sors ta’ ħolqien tal-valur għall-impriża. L-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità japplika biss għat-tipi ta’ impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi tal-aċċertament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Din l-informazzjoni trid tiġi inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni (iżda mhux neċessarjament fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà). |
|
83) |
Ir-riżorsi intanġibbli ewlenin għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà?
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jistabbilixxi informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża. l-Artikolu 19(1), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-informazzjoni dwar ir-riżorsi intanġibbli ewlenin tiġi inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni. Għalhekk, din l-informazzjoni mhux neċessarjament trid tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u tista’ tiġi pprovduta f’taqsima differenti tar-rapport ta’ ġestjoni. |
TAQSIMA VII
FAQS ADDIZZJONALI DWAR IR-REKWIŻITI GĦALL-IMPRIŻI TA’ PAJJIŻI TERZI
|
84) |
L-impriżi ta’ pajjiżi terzi huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali u/jew konsolidat (dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà individwali/kkonsolidata) skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, l-impriżi ta’ pajjiżi terzi huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell individwali u/jew konsolidat skont l-Artikoli 19a/29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, iżda biss jekk l-impriża ta’ pajjiż terz tkun emittent ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE, bl-esklużjoni tal-mikroimpriżi. L-emittenti ta’ pajjiżi terzi jridu jinkludu informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom bħala parti mir-rapport finanzjarju annwali tagħhom, abbażi tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, li jagħmel kontroreferenza għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. |
|
85) |
Jistgħu SMEs ta’ pajjiżi terzi b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE jagħżlu li ma jipparteċipawx mill-obbligu li jirrapportaw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għas-snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2028 skont l-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Iva, id-dispożizzjoni fakultattiva stabbilita fl-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tapplika wkoll għal SMEs ta’ pajjiżi terzi b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (ara l-FAQ 16). |
|
86) |
Jekk impriża omm ta’ pajjiż terz tippubblika fuq bażi volontarja dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà biex tippermetti lis-sussidjarji tagħha jagħmlu użu mill-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 19a(9) u 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, dik id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà jeħtieġ li tiġi inkluża f’rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat jew tista’ tkun dokument awtonomu?
L-impriża prinċipali ta’ pajjiż terz li tikkonforma mal-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fuq bażi volontarja tista’ tinkludi d-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà f’dokument separat. |
|
87) |
Id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali ta’ pajjiż terz imħejjija skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità għandha tinkludi s-sussidjarji kollha tagħha jew is-sussidjarji tal-UE biss?
Ir-regoli għall-konsolidazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà huma l-istess bħal dawk għall-konsolidazzjoni tar-rapporti finanzjarji. Abbażi tal-Artikolu 22(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (110), id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà trid tinkludi l-impriżi sussidjarji kollha tagħha, irrispettivament minn fejn jinsabu l-uffiċċji rreġistrati ta’ tali impriżi sussidjarji. |
|
88) |
Sakemm tittieħed deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tal-istandards ta’ sostenibbiltà ta’ pajjiżi terzi, kif tista’ impriża ta’ pajjiż terz li mhijiex meħtieġa li tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont id-dritt tal-Unjoni tippermetti li s-sussidjarji tal-Unjoni tagħha jiġu eżentati mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità?
Impriża ta’ pajjiż terz li mhijiex meħtieġa li tirrapporta informazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont id-dritt tal-Unjoni u li trid tippermetti lis-sussidjarji tal-Unjoni tagħha jiġu eżentati mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità tista’ tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-ESRS. Alternattivament, abbażi tal-Artikolu 48i(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, sas-snin finanzjarji li jispiċċaw fis-6 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri jeħtiġilhom jippermettu lil sussidjarja rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun soġġetta għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u li l-impriża omm tagħha tkun irregolata mil-liġi ta’ pajjiż terz tħejji u tippubblika dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, li tinkludi l-impriżi sussidjarji diretti jew indiretti kollha tal-Unjoni ta’ tali impriża omm minn pajjiż terz li huma soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. L-Artikolu 48i(2) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jispeċifika li l-impriża sussidjarja tal-Unjoni li tħejji r-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandha tkun waħda mill-impriżi sussidjarji tal-Unjoni tal-grupp li ġġenerat l-akbar fatturat fl-Unjoni f’mill-inqas waħda mill-ħames snin finanzjarji preċedenti, fuq bażi kkonsolidata fejn applikabbli. Abbażi tal-Artikolu 48i(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, it-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà mħejjija u ppubblikata mis-sussidjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 48i(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jwasslu għall-eżenzjoni mir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriżi kollha inklużi fil-konsolidazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikoli 19a(9) u 29a(8). |
|
89) |
L-emittenti ta’ pajjiżi terzi għandhom jinkludu divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom?
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, l-emittenti ta’ pajjiżi terzi li jirrapportaw f’konformità mal-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jeħtiġilhom jinkludu d-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tat-Tassonomija fid-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tagħhom. L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza jirrikjedi li l-emittenti tal-UE u ta’ pajjiżi terzi ta’ titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE (esklużi l-mikroimpriżi) ifasslu r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom f’konformità mal-Artikoli 19, 19a, 20, u 29d(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jew l-Artikoli 29, 29a u 29d(2) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità fil-każ ta’ rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat) u jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-Tassonomija, “ meta jitfassal mill-impriżi msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet ”. F’konformità mal-intenzjoni ċara tal-koleġiżlaturi li jestendu r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità (li tapplika biss għall-impriżi tal-UE) għall-emittenti tal-UE u ta’ pajjiżi terzi, “ meta jitfassal mill-impriżi msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet ” għandha tiġi interpretata bħala li tirreferi għall-kategoriji ta’ impriżi msemmija fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (jiġifieri impriżi kbar, SMEs elenkati esklużi l-mikroimpriżi, u kumpaniji omm ta’ gruppi kbar). Peress li d-Direttiva dwar it-Trasparenza tapplika għall-emittenti kollha tal-UE u ta’ pajjiżi terzi (inklużi l-mikroimpriżi), din is-sentenza hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-mikroimpriżi elenkati ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija jirrikjedi li l-kumpaniji soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jippubblikaw kif u sa liema punt l-attivitajiet tal-kumpanija huma assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza tindika li meta emittent tal-UE jew ta’ pajjiż terz ikun soġġett għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, dan jeħtiġlu jinkludi d-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija fir-rapport ta’ ġestjoni tiegħu. |
TAQSIMA VIII
FAQ DWAR L-SFDR
|
90) |
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jassumu li kwalunkwe indikatur irrapportat bħala mhux materjali minn destinatarja ta’ investiment soġġetta għas-CSRD ma jikkontribwixxix għall-indikatur korrispondenti tal-impatti negattivi prinċipali fil-kuntest tad-divulgazzjonijiet tal-SFDR?
Iva. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jistgħu jassumu li kwalunkwe indikatur irrapportat bħala mhux materjali minn destinatarja ta’ investiment li tapplika l-ESRS ma jikkontribwixxix għall-indikatur korrispondenti tal-impatti avversi prinċipali fil-kuntest tad-divulgazzjonijiet tal-SFDR, jiġifieri l-valur ta’ dak l-investiment ma għandux għalfejn jiġi inkluż fin-numeratur tal-indikatur tal-impatt avvers prinċipali tal-SFDR partikolari. L-Artikolu 29b(5), il-punt (b) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità jirrikjedi li l-Kummissjoni, kemm jista’ jkun possibbli, tqis l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġ li jikkonformaw mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tagħhom stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 u l-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament meta jadottaw standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Bħala konsegwenza tal-obbligu stabbilit fis-CSRD biex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, kwalunkwe indikatur irrapportat bħala mhux materjali minn destinatarja ta’ investiment soġġetta għar-rekwiżiti tas-CSRD huwa informazzjoni rilevanti u jista’ jitqies bħala li ma jikkontribwixxix għall-impatti avversi prinċipali skont l-SFDR. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji se jsibu din l-informazzjoni fir-rapportar tas-CSRD peress li l-paragrafu 35 tal-ESRS 1 jirrikjedi li meta impriża tqis li punt tad-data speċifiku derivat mill-SFDR ma jkunx materjali, l-impriża tiddikjara b’mod espliċitu li l-informazzjoni inkwistjoni tkun “mhux materjali” (111). Barra minn hekk, il-paragrafu 56 tal-ESRS 2, jirrikjedi li l-impriżi soġġetti għas-CSRD jinkludu tabella tal-punti tad-data kollha li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, inkluż l-SFDR, li tindika fejn jistgħu jinstabu fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u tindika “Mhux materjali” fit-tabella għal dawk li l-impriża tkun ivvalutat bħala mhux materjali, f’konformità mal-paragrafu 1 tal-ESRS 35. |
(1) www.efrag.org L-EFRAG ippubblika gwida għall-implimentazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-materjalità, dwar ir-rapportar tal-katina tal-valur u dwar il-lista ta’ punti tad-data li jinsabu fl-ESRS. L-EFRAG bħalissa qed jiżviluppa gwida għall-implimentazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni klimatika. Barra minn hekk, l-EFRAG stabbilixxa pjattaforma online Q&A li permezz tagħha l-impriżi u l-partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jissottomettu mistoqsijiet tekniċi dwar l-ESRS.
(2) Sabiex tirrazzjonalizza l-obbligi ta’ rapportar, il-Kummissjoni għamlet użu sħiħ mill-għoti tas-setgħa tagħha fl-Artikolu 3(13) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità biex tadotta d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2775, 21.12.2023) biex taġġusta l-kriterji tad-daqs applikabbli għad-definizzjoni ta’ impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar għall-effetti tal-inflazzjoni. Dan naqqas l-għadd ta’ impriżi soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità – u, konsegwentement, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-Regolament dwar it-Tassonomija).
(3) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE. (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(4) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).
(6) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(7) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
(8) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u s-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2023/2869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ĠU L, 2023/2869, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2869/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ĠU L, 2023/2864, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/815 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format elettroniku uniku għar-rapportar (ĠU L 143, 29.5.2019, p. 1).
(12) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2772/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(15) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(16) Din hija ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti ewlenin ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. Rekwiżiti ta’ rapportar rilevanti għal impriżi rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru: L-Artikoli 19a, 29a u 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Għal illustrazzjoni aktar dettaljata ta’ kull rekwiżit, jekk jogħġbok ara l-paragrafi ta’ hawn taħt.
(17) Din hija ħarsa ġenerali lejn l-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. Għal illustrazzjoni aktar dettaljata tal-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull rekwiżit, jekk jogħġbok ara l-paragrafi ta’ hawn taħt.
(18) Rekwiżiti ta’ rapportar rilevanti għal impriżi rregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz: L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (li jagħmel kontroreferenza għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità) u l-Artikolu 40a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(19) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija mill-impriżi huma stabbiliti fl-atti delegati li jispeċifikaw l-Istandards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) rilevanti. Dawn l-istandards huma adottati permezz ta’ Regolamenti, għalhekk huma direttament applikabbli mill-impriżi mingħajr il-ħtieġa li l-Istati Membri jittrasponuhom.
(20) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar (ĠU L, 2023/2775, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2023/2775/oj).
(21) Kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kif emendat bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775.
(22) Kif definit fl-Artikolu 3(1), (2) u (3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kif emendata bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775.
(23) Kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, kif emendata bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775.
(24) Kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (44) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE. It-titoli trasferibbli jinkludu, inter alia, ishma f’kumpanniji u forom oħra ta’ dejn titolizzat.
(25) L-Artikolu 29b tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Dawn l-ESRS jinkludu kemm l-ewwel sett ta’ ESRS anjostiċi għas-settur (li ġew adottati bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772) kif ukoll l-ESRS speċifiċi għas-settur (li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2026).
(26) L-Artikolu 19a(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(27) L-Artikolu 29c tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(28) “Tassonomija diġitali” hija sett ta’ regoli (li se jiġu adottati permezz ta’ emenda għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/815) li se jistabbilixxu kif l-informazzjoni għandha tiġi mmarkata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà - li għandha tiġi inkluża f’rapport ta’ ġestjoni mfassal f’format XHTML - sabiex id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun tista’ tinqara mill-magni.
(29) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/815 tas-17 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format elettroniku uniku għar-rapportar (ĠU L 143, 29.5.2019, p. 1).
(30) L-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(31) L-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(32) Abbażi tal-Artikolu 26a tas-CSRD, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jrid jitwettaq f’konformità mal-istandards limitati tal-aċċertament li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ottubru 2026 (u li bħalissa qed jiġu żviluppati). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali ta’ aċċertament sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat standard ta’ aċċertament li jkopri l-istess suġġett.
(33) Ir-rekwiżiti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità kif emendata mis-CSRD ma jimmodifikawx l-iskadenza tal-pubblikazzjoni preeżistenti għar-rapport ta’ ġestjoni speċifikat fl-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, jiġifieri mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-karta bilanċjali.
(34) L-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(35) L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, CSRD.
(36) Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(37) Definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(38) Definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE.
(39) Definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE.
(40) L-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(41) Dawn il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 19a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Ara wkoll il-FAQ 19.
(42) L-Artikolu 19a(10) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(43) Kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(44) Madankollu, id-dikjarazzjoni kkonsolidata dwar is-sostenibbiltà tista’ titħejja biss bl-użu tal-ESRS. L-impriżi omm ta’ gruppi kbar li huma SMEs b’titoli trasferibbli ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati tal-UE ma jistgħux jużaw LSME ESRS.
(45) L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(46) L-Artikolu 29a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(47) Dawn il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 29a(8) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. Ara wkoll il-FAQ 19.
(48) L-Artikolu 29a(9) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(49) Kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (a) u (d) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza.
(50) Ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva dwar it-Trasparenza kif emendata mis-CSRD ma jimmodifikawx l-iskadenza tal-pubblikazzjoni preeżistenti għar-rapport finanzjarju annwali (li jinkludi r-rapport ta’ ġestjoni) speċifikat fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza, jiġifieri mhux aktar tard minn 4 xhur wara d-data tal-karta bilanċjali.
(51) L-Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(52) L-Artikolu 40a(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “[...] rapport dwar is-sostenibbiltà li jkopri l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a)(iii) sa (a)(v), il-punti (b) sa (f) u, fejn xieraq, il-punt (h) tal-Artikolu 29a(2) ”.
(53) L-Artikoli 40a(2) u 40b, l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità. It-terminu għall-Kummissjoni biex tadotta l-ESRS għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi ġie pospost għat-30 ta’ Ġunju 2026 bid-Direttiva (UE) 2024/1306 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għal ċerti setturi u għal ċerti impriżi ta’ pajjiżi terzi (ĠU L, 2024/1306, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1306/oj).
(54) L-Artikolu 40a(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(55) L-Artikolu 40d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(56) L-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu tas-CSRD: “ L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (14) tal-Artikolu 1 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2028 jew wara. ”
(*1) jistgħu jagħżlu li ma jipparteċipawx
(57) L-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-awditur statutorju(i) jew id-ditta(i) tal-verifika ghandhom ukoll: [...] (aa) fejn applikabbli, jesprimu opinjoni bbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva [...]”.
(58) L-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-awditur statutorju(i) jew id-ditta(i) tal-verifika ghandhom ukoll: [...] (aa) fejn applikabbli, jesprimu opinjoni bbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament limitat fir-rigward tal-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż il-konformità tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b jew l-Artikolu 29c, il-proċess imwettaq mill-impriża sabiex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont dawk l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, u l-konformità mar-rekwiżit ta’ markatura tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikolu 29d, u fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852; […] ”
(59) L-Artikolu 26a(1) u (3), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar: “ L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-dittital-verifika jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-istandards tal-aċċertament adottati mill-Kummissjoni [...]. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati [...] sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, sabiex tipprovdi għall-istandards ta’ aċċertament limitat li jistabbilixxu l-proċeduri li l-awditur u d-ditta/i tal-awditjar għandhom iwettqu sabiex jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom fuq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inklużi l-ippjanar tal-impenji, il-kunsiderazzjoni tar-riskji u r-rispons għar-riskji u t-tip ta’ konklużjonijiet li għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew, fejn rilevanti, fir-rapport tal-verifika [...]”.
(60) L-Artikolu 26a(3), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar: “ Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati [...] b’tali mod li tipprevedi standards għal raġonevoli ta’ aċċertament, wara valutazzjoni li tiddetermina jekk aċċertament raġonevoli jkunx fattibbli għall-awdituri u għall-impriżi. Filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, u għaldaqstant jekk ikun xieraq, dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw id-data minn meta l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) trid tkun ibbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament raġonevoli li jkun ibbażat fuq dawk l-istandards raġonevoli ta’ aċċertament.”.
(61) L-Artikolu 26a(2), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar: “ L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-aċċertament dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard tal-aċċertament li jkopri l-istess suġġett. ”.
(62) L-Artikolu 34(1), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, ta’ impriżi medji u kbar jiġu verifikati minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal-verifika waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE. ”
(63) L-Artikolu 34(3) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri jistgħu jippermettu awditur statutorju jew ditta tal-awditjar differenti minn dik/dawk li twettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji biex jesprimu l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. ”
(64) L-Artikolu 34(4), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “[...] L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbilit fit-territorju tagħhom jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 [...].”
(65) L-Artikolu 34(4), is-sitt subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Jekk Stat Membru, skont l-ewwel subparagrafu, jiddeċiedi li jippermetti fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu jippermetti wkoll lil awditur statutorju li jkun differenti minn dak/dawk li jkunu qed iwettaq/iwettqu l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji jagħmel dan, kif previst fil-paragrafu 3. ”
(66) L-Artikolu 40a(3), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 jkun ppubblikat akkumpanjat minn opinjoni ta’ aċċertament [...]”.
(67) L-Artikolu 40a(3), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ F’każ li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tipprovdix l-opinjoni ta’ aċċertament skont l-ewwel subparagrafu, l-impriża sussidjarja jew il-fergħa għandha toħroġ dikjarazzjoni li tindika li l-impriża ta’ pajjiż terz ma tkunx qiegħdet għad-dispożizzjoni l-opinjoni dwar l-aċċertament meħtieġa. ”
(68) L-Artikolu 40a(3), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 jkun ppubblikat akkumpanjat minn opinjoni ta’ aċċertament espressa minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali tal-impriża ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru. ”.
(69) L-Artikolu 14a tad-Direttiva dwar l-Awditjar.
(70) L-Artikolu 34(4), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(71) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(72) L-Artikolu 2, il-punt (20) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ ‘fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament’ tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (aa) ta’ din id-Direttiva. ”
(73) L-Artikolu 34(4), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament stabbilit fit-territorju tagħhom jesprimi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, dment li tali fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament ikun soġġett għal rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment ir-rekwiżiti dwar: (a) it-taħriġ u l-eżami, li jiżguraw li l-fornituri indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jiksbu l-għarfien espert meħtieġ dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà; (b) l-edukazzjoni kontinwa; (c) is-sistemi ta’ garanzija tal-kwalità; (d) l-etika professjonali, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kunfidenzjalità u s-sigriet professjonali; (e) il-ħatra u t-tneħħija; (f) l-investigazzjonijiet u s-sanzjonijiet; (g) l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi u persunal suffiċjenti u ż-żamma ta’ rekords u fajls tal-kontijiet tal-klijenti; u (h) ir-rapportar tal-irregolaritajiet.
(74) L-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Mis-6 ta’ Jannar 2027 Stat Membru li jkun għamel użu mill-għażla prevista fil-paragrafu 4 (‘l-Istat Membru ospitanti’) għandu jippermetti lill-fornitur indipendenti tas-servizzi tal-aċċertament stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ospitanti (‘l-Istat Membru tad-domiċilju’) iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. ”
(75) L-Artikolu 45 tad-Direttiva dwar l-Awditjar.
(76) Fil-każ ta’ impriżi b’titoli ammessi għall-kummerċ, ir-regoli tar-rapportar finanzjarju applikabbli huma dawk tal-Istat Membru Domiċiljari kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (i) tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (jiġifieri l-Istat Membru li fih l-impriża għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew wieħed mill-Istati Membri fejn l-impriża għandha t-titoli tagħha ammessi għall-kummerċ f’suq regolat tal-UE).
(77) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(78) Kif definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(79) Kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(80) Fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill91/674/KEE.
(81) L-Artikolu 1(3), il-punt (b), it-tieni sentenza tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-miżuri ta’ koordinazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-impriżi elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ”
(82) L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “1. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta’ kumpanniji elenkati: (a) fl-Anness I; (b) fl-Anness II, fejn il-membri kollha diretti jew indiretti tal-impriża li jkollhom responsabilità illimitata, fil-fatt, għandhom responsabbiltà limitata, minħabba li dawk il-membri li huma impriżi:(i) tat-tipi elenkati fl-Anness I; jew (ii) mhumiex irregolati bil-liġi ta’ Stat Membru iżda li għandhom forma legali komparabbli għal dawk elenkati fl-Anness I.”. […]”.
(83) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(84) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 19a, 29a u 29d ma għandhomx japplikaw għall-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2, il-punt 12 (b) [jiġifieri l-UICTS] u (f) [jiġifieri l-AIFs] tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [jiġifieri l-SFDR]”
(85) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(86) L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(87) L-Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Sal-punt meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi għandha tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun il-każ, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati. Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport ta’ ġestjoni, fejn adatt, għandu jinkludi referenzi għal, u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar, l-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.”
(88) L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat għandu bħala minimu, minbarra kull informazzjoni oħra rikjesta skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, juri l-informazzjoni rikjesta mill-Artikoli 19 u 20, b’kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari ta’ rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat meta mqabbel ma’ rapport ta’ ġestjoni b’mod li tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien. ”
(89) L-Artikolu 29a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Impriża prinċipali li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li kienet konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 19a. ”.
(90) L-Artikolu 19a(9), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), il-punt (ii) u l-Artikolu 29a(8) it-tieni subparagrafu, il-punt (a), il-punt (ii) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ il-links elettroniċi għar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tal-impriża prinċipali, jew, fejn applikabbli, għar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-impriża prinċipali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għall-opinjoni dwar l-aċċertament msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) ta’ din id-Direttiva jew l-opinjoni dwar l-aċċertament msemmija fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu ”.
(91) L-Artikoli 19a(9) u 29a(8), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(92) L-Artikolu 19a(9), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), il-punt (iii) u l-Artikolu 29a(8) it-tieni subparagrafu, il-punt (a), il-punt (iii) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ l-informazzjoni dwar il-fatt li l-impriża tkun eżentata mill-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ”.
(93) L-Artikolu 29d tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ 1. L-impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 19a ta’ din id-Direttiva għandhom iħejju r-rapport ta’ ġestjoni tagħhom fil-format elettroniku tar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 (26) u għandhom jimmarkaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħhom, inklużi d-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mal-format elettroniku għar-rapportar speċifikat f’dak ir-Regolament Delegat. 2. L-impriżi prinċipali soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 29a għandhom iħejju r-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħhom fil-format elettroniku għar-rapportar speċifikat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/815 u għandhom jimmarkaw ir-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà, inkluż id-divulgazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mal-format elettroniku dwar ir-rapportar speċifikat f’dak ir-Regolament Delegat. ”
(94) Dan ir-raġunament huwa bbażat fuq l-Artikolu 19a(3), it-tielet subparagrafu u l-Artikolu 29a(3), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha wkoll referenzi għall-informazzjoni l-oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni, u spjegazzjonijiet addizzjonali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 19, u l-ammonti rrapportati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali. ”. “ Fejn applikabbli ” hija maħsuba biex tirreferi għas-sitwazzjonijiet fejn ir-rapporti finanzjarji ma jkunux qed jitħejjew u jiġu ppubblikati mill-impriża.
(95) Definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala “istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: (a) ma tkunx istituzzjoni kbira; (b) il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata f’konformità ma’ dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tkun bħala medja indaqs jew inqas mil-livell limitu ta’ EUR 5 biljun matul il-perijodu ta’ erba’ snin immedjatament qabel il-perijodu annwali attwali ta’ rappurtar; L-Istati Membri jistgħu jbaxxu dak il-livell limitu; (c) hi ma tkun soġġetta għal ebda obbligu jew tkun soġġetta għal obbligi simplifikati, b’rabta mal-ippjanar ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE; (d) il-portafoll tan-negozjar tagħha jkun ikklassifikat bħala żgħir fis-sens tal-Artikolu 94(1); (e) il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi tagħha miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar ma jaqbiżx 2 % tat-total tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali totali tagħha u il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi totali tagħha ma jaqbiżx 5 %, it-tnejn ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 273a(3); (f) aktar minn 75 % tal-assi u tal-obbligazzjonijiet totali konsolidati tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskoperturi intragrupp, jirrelataw għal attivitajiet ma’ kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea; (g) l-istituzzjoni ma tużax mudelli interni biex tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament ħlief għal sussidjarji li jużaw mudelli interni żviluppati fuq livell ta’ grupp, sakemm il-grupp ikun soġġett għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 433a jew 433c fuq bażi konsolidata; (h) l-istituzzjoni ma opponietx il-kwalifika ta’ istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa mal-awtoritajiet kompetenti; (i) l-awtorità kompetenti ma ddeċidietx li, abbażi ta’ analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju, l-istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa”. Dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jaqgħu fid-definizzjoni ta’ impriżi kbar jekk jilħqu l-livelli limiti skont l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(96) Definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE.
(97) Definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE.
(98) Il-paragrafu 132: “ Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriża skont l-ESRS, f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, l-impriża għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx tista’ tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet tagħha li tikseb l-informazzjoni meħtieġa fil-futur. ” Il-paragrafu 133: “ Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar tagħha dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS, sabiex jitqiesu d-diffikultajiet li l-impriżi jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-atturi tul il-katina tal-valur tagħhom u sabiex jiġi limitat il-piż għall-SMEs fil-katina tal-valur: (a) meta tiddivulga informazzjoni dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri f’konformità mal-ESRS2 u ESRS oħra, l-impriża tista’ tillimita l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream għall-informazzjoni disponibbli internament, bħal data diġà disponibbli għall-impriża u informazzjoni disponibbli għall-pubbliku; u (b) meta tiddivulga l-metrika, l-impriża mhijiex meħtieġa tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream, ħlief għall-punti tad-data derivati minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, kif elenkat fl-Appendiċi B tal-ESRS 2. ”
(99) L-Artikolu 19a(9), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(100) L-Artikolu 19a(9), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), u l-Artikolu 29a(8), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(101) Id-Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ĠU L, 2023/2864, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj).
(102) L-Artikolu 33a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità kif emendata mill-pakkett tal-ESAP.
(103) L-Artikolu 51 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi”.
(104) L-Artikolu 40a(3), l-ewwel subparagrafu: “ L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rapport dwar is-sostenibbiltà [...] jkun ppubblikat akkumpanjat minn opinjoni ta’ aċċertament espressa minn persuna jew ditta waħda jew aktar awtorizzati li jagħtu opinjoni dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont il-liġi nazzjonali tal-impriża ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru.”
(105) L-Artikolu 34(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità u l-Artikolu 37(3), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva dwar l-Awditjar.
(106) L-Artikolu 34(5) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(107) L-Artikolu 28a tad-Direttiva dwar l-Awditjar.
(108) Abbażi tal-Artikolu 26a tad-Direttiva dwar l-Awditjar, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta standards tal-aċċertament tas-sostenibbiltà għal aċċertament limitat sal-1 ta’ Ottubru 2026. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta standards tal-aċċertament tas-sostenibbiltà għal aċċertament raġonevoli sal-1 ta’ Ottubru 2028, wara valutazzjoni sabiex tiddetermina jekk l-aċċertament raġonevoli huwiex fattibbli għall-awdituri u għall-impriżi.
(109) B’mod partikolari bid-Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ĠU L, 2023/2864, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2864/oj) “Direttiva Omnibus tal-ESAP”.
(110) L-Artikolu 22(6) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità: “ Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(9) impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha huma impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati irrispettivament minn fejn jinsabu l-uffiċċji reġistrati ta’ dawk l-impriżi sussidjarji. ”
(111) L-istess approċċ jittieħed għall-punti tad-data li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE elenkata fl-Appendiċi B tal-ESRS 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6792/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)