|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
2 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 989/2004
tas-17 ta' Mejju 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 151/2003 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti pjanċi elettriċi grain-oriented li joriġinaw mir-Russja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażi”), u partikolarment l-Artikoli 8, 11(3), 21 u 22 (ċ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta preżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 990/2004 (2) il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 151/2003 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunita' ta' ċerti pjanċi elettriċi grain-oriented (“il-prodott konċernat”) li joriġinaw mir-Russja (3). |
|
(2) |
Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu-fil-fruntiera-Komunitarja, qabel id-dazju, huwa ffissat għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Russja għal 40.1 % manifatturat minn Novolipetsky Iron & Steel Corporation (NLMK) u għal 14.7 % manifatturat minn VizStal Ltd. |
2. Investigazzjoni
|
(3) |
Fl-20 ta' Marzu 2004 il-Kummissjoni ħabbret permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (4) l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri fis-seħħ (“il-miżuri”) skond l-Artikoli 11(3) u 22(ċ) tar-Regolament bażi. |
|
(4) |
Ir-reviżjoni ġiet mibdija fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat jekk, bħala konsegwenza tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 (“it-Tkabbir”) u b'kunsiderazzjoni ta' l-interess Komunitarju, hemmx il-bżonn li jiġu adattati l-miżuri sabiex jiġi evitat effett għal għarrieda u eċċessivament negattiv fuq il-partijiet kollha nteressati nklużi utenti, distributuri u konsumaturi. |
3. Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni
|
(5) |
Il-partijiet kollha nteressati magħrufa mill-Kummissjoni, inkluża l-industrija Komunitarja, assoċjazzjonijiet ta' produtturi jew utenti fil-Komunità, produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-awtoritajiet pertinenti tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll partijiet interessati fl-għaxar Stati Membri ġodda li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta'1 Mejju 2004 (“l-UE10”) kienu avżati bil-bidu ta' l-investigazzjoni u kienu mogħtija l-opportunità li jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom bil-miktub, li jippreżentaw informazzjoni u li jipprovdu prova ta' sostenn fil-limitu taż-żmien indikat fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li għamlu tali talba u li urew li kien hemm raġunijiet għala huma kellhom jingħataw widen ġew mogħtija udjenza. |
|
(6) |
F'dan ir-rigward, il-partijiet interessati li ġejjin taw il-fehmiet tagħhom:
|
B. IL-PRODOTT IKKUNSIDRAT
|
(7) |
Il-prodott in eżami huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri pjanċi grain-oriented li huma cold-rolled u strippi ta' l-azzar silicon-electrical ta' wisa' ta' iktar minn 500 mm li joriġinaw mir-Russja, li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 7225 11 00 u ex 7226 11 00 . Dan il-prodott jiġi wzat għal għodda elettromanjetiċi u fl-installazjonijiet bħal power u distribution transformers. |
|
(8) |
Fil-proċess pjuttost kumpless tal-manifattura tal-GOES, isir orjentament b'mod uniformi ta' grain structures b'mod uniformi fid-direzzjoni ta' l-irrumblar tal-pjanċa jew ta' l-istrippa sabiex titħalla tikkonduċi kamp manjetiku bi grad għoli ta' effiċjenza. Il-prodott in kwistjoni għandu jikkonforma ma' speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-induzzjoni manjetika, il-pile factor kif ukoll l-ogħla livell ammissibbli ta' telf ta' re-manjetizzazzjoni. Ġeneralment, iż-żewġ naħat tal-prodott jiġu miksija b'passata iżolanti rqieqa. |
Ċ. RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI
1. Is-sottomissjonijiet ta' partijiet interessati fil-pajjiżi esportaturi
|
(9) |
Żewġ produtturi esportaturi Russi u l-awtoritajiet Russi ddikjaraw li minħabba l-livell għoli ta' dazji anti-dumping u bħala konsegwenza ta' l-estensjoni tal-miżuri lill-UE10, il-flussi kummerċjali tradizzjonali tagħhom lejn l-UE10 jkunu disturbati b'mod sinifikattiv. |
|
(10) |
Huma ddikjaraw, partikolarment, li ż-żidiet f'daqqa waħda u severi fil-prezzijiet ipprovokati mid-dazji anti-dumping għamlu l-prodott projbittivament għali għal għodda eletromanjetiċi u f'installazjonijiet bħal power u distribution transformers. |
2. Kummenti mill-Industrija Komunitarja
|
(11) |
L-Industrija Komunitarja ddikjarat li għalkemm il-prezzijiet medji fl-UE10 kienu sinifikattivament aktar baxxi minn dawk fl-Unjoni Ewropea kif kostitwita immedjatament qabel ta' l-1 ta' Mejju 2004 (“l-UE15”), hija ma topponi l-ebda proposta għal miżuri intermedji meħuda matul perjodu ta' transizzjoni li ma jolqtux ħażin is-sitwazzjoni tagħha. |
3. Kummenti minn Stati Membri
|
(12) |
L-awtoritajiet ta' ċerti Stati Membri ta' l-UE10 kienu tal-fehma li miżuri speċjali transitorji għandhom japplikaw fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja wara t-Tkabbir. |
|
(13) |
F'dan ir-rigward, ġie sostnut li l-prodott ikkonċernat huwa ta' mportanza notevoli għall-utenti finali ndustrijali ta' l-UE10. |
4. Stima
|
(14) |
Abbażi tad-data u l-informazzjoni disponibbli, saret analiżi li kkonfermat li l-volumi ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġejjin mir-Russja lejn l-10 ta' l-UE kienu notevoli fis-sena 2002 u 2003. |
|
(15) |
Billi l-prodott ikkonċernat huwa ta' mportanza sinifikattiva għall-utenti finali industrijali tradizzjonali fl-UE10 u billi d-dazju anti-dumping huwa ta' livell relattivament għoli, għaldaqstant ġie konkluż li huwa fl-interess Komunitarju li jiġu adattati gradwalment il-miżuri li preżentement hemm fis-seħħ sabiex jiġi evitat effett għal għarrieda u eċċessivament negattiv fuq il-partijiet kollha nteressati. |
5. Konklużjoni
|
(16) |
Dawn id-diversi aspetti u interessi ġew meqjusa u kkunsidrati bħala ħaġa waħda. Joħroġ minn dan li l-interessi ta' l-importaturi u l-utenti fl-UE10 ikunu milquta sostanzjalment ħażin bl-applikazzjoni għal għarrieda tal-miżuri eżistenti jekk dawn ma jiġux adattati temporanjament. |
|
(17) |
Madankollu, b'kuntrast, kif kien ikkonfermat mill-interess stess ta' l-Industrija Komunitarja, l-interessi tagħha ma jiġux milquta eċċessivament ħażin jekk il-miżuri kellhom ikunu adattati temporanjament billi attwalment ma jistgħux jissodisfaw interament id-domanda tal-klijenti fl-UE10. |
|
(18) |
F'tali ċirkostanzi, wieħed jista' raġonevolment jikkonkludi li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li l-miżuri eżistenti jiġu applikati mingħajr adattament u barra dan, l-adattament temporanju tal-miżuri eżistenti għar-rigward ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-UE10 ma għandux ikun tali li jimmina konsiderevolment il-livell tal-protezzjoni tal-kummerċ mixtieq. |
|
(19) |
Għal dan l-iskop, modi differenti kienu eżaminati kif l-aħjar tiġi protetta l-Industrija Komunitarja minn dumping dannuż waqt li, fl-istess ħin, jiġi meħud kont ta' l-aspetti ta' l-interess Komunitarju billi jitnaqqas l-impatt ekonomiku tad-dazji anti-dumping fuq ix-xerrejja tradizzjonali fl-UE10 matul il-perjodu ta' aġġustament ekonomiku wara t-Tkabbir. |
|
(20) |
Kien ikkunsidrat li dan jista' jinkiseb l-aħjar billi l-volumi tradizzjonali ta' l-esportazzjoni mir-Russja lejn l-UE10 jitħallew jidħlu liberi mid-dazji anti-dumping għal perjodu transitorju. F'dan il-kuntest, kwalunkwe esportazzjoni lejn l-UE10 akbar minn dawn il-volumi tradizzjonali ta' l-esportazzjoni tiġi soġġetta għad-dazji anti-dumping normali, kif ikunu wkoll esportazzjonijiet lejn l-UE15. |
6. Impenji
|
(21) |
Wara li saret stima tal-metodi differenti kif l-aħjar jitħallew ikomplu dawn il-flussi tradizzjonali ta' esportazzjonijiet lejn l-UE10, kien ikkunsidrat li l-mezz l-aktar xieraq kien li jiġu aċċettati mpenji volontarji mill-partjieti kollaboranti b'element għal limiti massimi kwantitattivi. Għaldaqstant, skond l-Artikolu 8 (2) tar-Regolament bażi, il-Kummissjoni ssuġġeriet impenji lill-produtturi esportaturi kkonċernati u, bħala riżultat, kien ġie sussegwentement offrut impenn minn żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fir-Russja. |
|
(22) |
F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li skond l-Artikolu 22(ċ) tar-Regolament bażi, ġew meħuda in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi speċjali tat-Tkabbir meta l-kondizzjonijiet ta' l-impenji ġew stabbiliti. Huma jikkostitwixxu miżura speċjali billi jipprovdu mod temporanju ta' adattament tal-miżuri eżistenti għall-UE mkabbra ta' 25 Stat Membru. |
|
(23) |
Volumi ta' importazzjonijiet (“limiti massimi”) ġew għalhekk stabbiliti għall-produtturi esportaturi fir-Russja, bl-użu bħala bażi tal-volumi medji tradizzjonali ta' l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE10 fl-2001, 2002 u 2003. Ta' min jinnota, madankollu, li żidiet anormali fil-volumi ta' l-esportazzjoni lejn l-UE10 osservati fl-aħħar xhur ta' l-2003 u l-ewwel xhur ta' l-2004 ġew imnaqqsa mill-volumi tradizzjonali tagħhom użati fid-determinazzjoni tal-limiti massimi. |
|
(24) |
Meta jbiegħu fl-UE10 taħt il-kondizzjonijiet ta' l-impenji tagħhom, il-produtturi esportaturi kkonċernati għandhom jaqblu li jirrispettaw ġeneralment is-sistemi tradizzjonali ta' bejgħ lill-klijenti ndividwali fl-UE10. Il-produtturi esportaturi għandhom għalhekk ikunu jafu li kwalunkwe offerta ta' mpenn tista' tkun ikkunsidrata prattikabbli, u għalhekk aċċettabbli, biss jekk, għall-bejgħ kopert mill-impenji, huma jibqgħu jżommu ġeneralment tali sistemi tradizzjonali ta' kummerċ mal-klijenti tagħhom fl-UE10. |
|
(25) |
Il-produtturi esportaturi għandhom ukoll ikunu jaf li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-impenji, jekk jinstab li dawn is-sistemi ta' bejgħ jinbidlu notevolment, jew il-kontroll ta' dawn l-impenji isir b'xi mod diffiċli jew impossibbli, il-Kummissjoni għandha d-dritt li ma taċċettax iżjed l-impenn tal-kumpannija u b'hekk jiġu mposti floku dazji anti-dumping definittivi fil-livell speċifikat fir-Regolament (KE) Nru. 151/2003 jew hija tista' taġġusta l-livell tal-limitu massimu, jew tista' tgħaddi għal azzjoni korrettiva oħra. |
|
(26) |
Ghaldaqstant, kwalunkwe offerta ta' mpenn li tirrispetta l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq tista' tiġi aċċettata mill-Kummissjoni permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni. |
D. EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 990 /2004
|
(27) |
Fid-dawl ta' dan t' hawn fuq, huwa meħtieġ li wieħed jaħseb, fil-każ li l-Kummissjoni taċċetta impenji permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni sussegwenti, biex ikun possibbli li jiġu eżentati importazzjonijiet lejn il-Komunità taħt il-kondizzjonijiet ta' tali mpenji mid-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 151/2003, billi jiġi emendat dak ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 151/2003, hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 990/2004, jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 2
1. Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu eżentati mid-dazji anti-dumping imposti mill-Artikolu 1, bil-kondizzjoni li dawn huma prodotti minn kumpanniji li l-impenji tagħhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni pertinenti, kif emendat minn żmien għal żmien, u li jkunu ġew importati konformement mad-disposizzjonijiet ta' l-istess Regolament tal-Kummissjoni.
2. L-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping bil-kondizzjoni:
|
(a) |
il-merkanzija ddikjarata u preżentata lid-dwana tikkorrespondi preċiżament mal-prodott deskritt fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
fattura kummerċjali li tikkontjeni mill-inqas l-elementi elenkati fl-Anness tiġi preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera; u |
|
(ċ) |
il-merkanzija ddikjarata u preżentata lid-dwana tikkorrespondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura kummerċjali.”. |
Artikolu 2
It-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiġi miżjud mar-Regolament (KE) Nru 151/2003.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Mejju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. COWEN
(1) ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 461/2004, ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12.
(2) Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
“ANNESS
L-elementi li ġejjin għandhom jiġu ndikati fuq il-fattura kummerċjali provduta mal-bejgħ mill-kumpannija ta' pjanċi elettriċi grain-oriented lill-Komunità li jkunu soġġetti għall-Impenn:
|
1. |
It-titolu ‘FATTURA KUMMERĊJALI PROVDUTA MA' MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN’. |
|
2. |
L-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni [DAĦĦAL IN-NUMRU] li ħarġet il-fattura kummerċjali. |
|
3. |
In-numru tal-fattura kummerċjali. |
|
4. |
Id-data meta ġiet maħruġa l-fattura kummerċjali. |
|
5. |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-merkanzija fuq il-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera Komunitarja. |
|
6. |
Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inklużi:
|
|
7. |
Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, inklużi:
|
|
8. |
L-isem tal-kumpannija li topera bħala importatur fil-Komunità li lilha ġiet maħruġa direttament mill-kumpannija l-fattura kummerċjali provduta mal-merkanzija soġġett għal impenn. |
|
9. |
L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet il-fattura u d-dikjarazzjoni iffirmata li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta b'din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u taħt il-kondizzjonijiet ta' l-impenn offrut minn [kumpannija], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru [DAĦĦAL IN-NUMRU]. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija kompluta u korretta’.” |