European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1877

28.7.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1877

tat-28 ta’ Lulju 2026

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fl-14 ta’ Lulju 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1533 (2004) żied sitt persuni u żewġ entitajietmal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Jenħtieġ li żewġ individwi u entità waħda jiżdiedu mal-lista kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/oj.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “a) Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1)”:

“45.   Sebastien UWIMBABAZI

(psewdonimu: a) Gilbert Kimenyi b) Nyembo Kimenyi)

Deżinjazzjoni: Brigadier Ġeneral u Mexxej tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR).

Data tat-twelid: 1968.

Post tat-twelid: Gatoki Cell, Murunda Sector, Rutsiro Commune, Kibuye Prefecture, Rwanda.

Nazzjonalità: Ir-Rwanda.

Indirizz: Rutshuru, North Kivu, Democratic Republic of the Congo.

Sess: Raġel.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14 ta' Lulju 2026.

Informazzjoni oħra: Sebastien Uwimbabazi ħa u jkompli jieħu sehem fi jew jipprovdi appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.

46.   Muhammed LUMISA

(psewdonimu: a) Muhamad LUMISA b) L. KATO c) LUMINSA d) LUMWINSA e) MUKADE f) MUKAKE)

Deżinjazzjoni: Kmandant, tabib u kap tal-loġistika esterna tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF).

Data tat-twelid: Bejn l-1959 u l-1965.

Post tat-twelid: Kampala District, Central Region, Uganda.

Nazzjonalità: L-Uganda.

Indirizz: Democratic Republic of the Congo.

Sess: Raġel.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14 ta' Lulju 2026.

Informazzjoni oħra: Bħala wieħed mill-kmandanti tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), MUHAMMED LUMISA huwa involut fl-ippjanar, il-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-milizzja. Huwa jissorvelja wkoll il-loġistika esterna tal-grupp. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.”

(2)

L-entità li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “b) Lista ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)”:

“10.   TWIRWANEHO

Indirizz: Hauts Plateaux, South Kivu, Democratic Republic of the Congo.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14 ta' Lulju 2026.

Informazzjoni oħra: Grupp armat Kongoliż. Ifforma bejn l-2008 u l-bidu tal-2010. TWIRWANEHO kien involut f'atroċitajiet fil-provinċja ta' Kivu t'Isfel fir-RDK, inkluż il-qtil ta' persuni ċivili, ir-reklutaġġ ta' tfal, u attivitajiet li jheddu l-paċi u s-sigurtà tal-poplu tar-RDK. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Entities.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1877/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)