<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-461/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0461</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:649">EU:C:2018:649</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑461/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Holohan <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑461/17</HT></P><P>Brian Holohan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>,</P><P>vs</P><P>An Bord Pleanála,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>National Parks and Wildlife Service (NPWS)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/92/UE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Żona speċjali ta’ konservazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ proġett fuq sit</KEYWORD><KEYWORD>Proġett ta’ kostruzzjoni ta’ triq</KEYWORD><KEYWORD>Motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Alternattivi ewlenin</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-ambjent tal-Unjoni Ewropea jitlob diversi evalwazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent. Għal proġetti individwali għandhom sinjifikat partikolari l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2011/92/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 174, p. 44</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva SEA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE> u l-evalwazzjoni xierqa tal-effetti fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni stabbiliti għal siti protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat‑<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="193" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 158, p. 193</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, dovuta għal awtorizzazzjoni ta’ triq periferali fejn Kilkenny fl-Irlanda, tagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippreċiża r-rekwiżiti sostantivi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-ispeċi milquta minn proġett u l-evalwazzjoni ta’ alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-mistoqsijiet dwar it-trattament ta’ alternattivi fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jirrappreżentaw diffikultajiet, iżda r-risposti kollha għad-domandi magħmula jistgħu jipprovdu kontribuzzjonijiet sinjifikattivi għaċ-ċertezza legali fit-twettiq taż-żewġ evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva dwar il-habitats</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(e) tad-Direttiva dwar il-habitats jiddefinixxi l-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali jfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2.</P><P>L-istat ta’ konservazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali jitqies <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> meta:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu, u</P></ITEM><ITEM><P>l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli, u</P></ITEM></LIST><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i);<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) u (3) tad-Direttiva dwar il-habitats jinkludi l-għanijiet essenzjali għall-applikazzjoni tagħhom:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti hija rregolata kif ġej fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar il-habitats, l-Artikolu 6(2) sa (4) ta’ din l-aħħar direttiva japplika wkoll għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni li ġew stabbiliti skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 20, p. 7</REF.DOC.OJ>), emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Direttiva dwar l-għasafar selvaġġi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva SEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-kontenut fundamentali tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent huwa stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva SEA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-istima dwar l-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’manjiera xierqa, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 12, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-bniedem, il-fawna u l-flora;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-klima u l-pajsaġġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-beni materjali u l-wirt kulturali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (3) tad-Direttiva SEA jistabbilixxi liema informazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-iżviluppatur:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ proġetti li, skont l-Artikolu 4, iridu jiġu soġġetti għal stima dwar l-impatt fuq l-ambjent b’mod konformi ma’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 sa 10, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iżviluppatur iforni f’għamla xierqa t-tagħrif speċifikat fl-Anness IV sa fejn:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-Istati Membri jikkunsidraw li t-tagħrif ikun rilevanti għal stadju partikolari tal-proċedura tal-kunsens u għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ proġett partikolari jew ta’ tip ta’ proġett u dwar il-karatteristiċi ambjentali li x’aktarx jiġu affettwati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-Istati Membri jikkunsidraw li żviluppatur jista’ raġjonevolment ikun meħtieġ li jiġbor dan it-tagħrif u jagħti każ, fost ħwejjeġ oħra, tal-għarfien u l-metodi ta’ stima attwali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-tagħrif li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur b’mod konformi mal-paragrafu 1 għandu mill-inqas jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-proġett li tinkludi tagħrif dwar is-sit, id-disinn u d-daqs tal-proġett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, inaqqsu u, jekk ikun possibbli, jirrimedjaw effetti negattivi sinifikanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-data meħtieġa biex jidentifikaw u jistmaw l-effetti ewlenin li l-proġett x’aktarx li jkun sejjer ikollu fuq l-ambjent;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-punti prinċipali tal-alternattivi ewlenin studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>sommarju mhux tekniku tat-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (d).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Anness IV tad-Direttiva SEA jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-alternattivi u l-effetti speċifiċi fuq l-ambjent:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-punti prinċipali tal-alternattivi ewliena studjati mill-iżviluppatur u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq l-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deskrizzjoni tal-aspetti tal-ambjent li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-proġett propost, inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, il-fawna, il-flora, il-ħamrija, l-ilma, l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-beni materjali, inklużi l-wirt arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ u l-inter-relazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tad-Direttiva SEA tirrigwarda l-proċedura ta’ definizzjoni tal-ambitu skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva SEA:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il- kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi preċiżat u fornit għall-istima. L-Istati Membri, fil-qafas ta’ din il-proċedura, jistgħu jeħtieġu li l-iżviluppatur jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, alternattivi għall-proġetti li għalihom ikun beħsiebu jissottometti applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u r-rinviju għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>An Bord Pleanála (l-Aġenzija Nazzjonali fil-Qasam tal-Iżvilupp tal-Art, l-Irlanda, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) huwa l-korp Irlandiż responsabbli għall-ħruġ ta’ permess tal-bini għal proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ triq ippjanati, għall-istabbiliment tal-ambitu tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent meħtieġa u jagħti pariri abbażi tal-informazzjoni ppreżentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fis-sena 2008 l-iżviluppatur, il-Kilkenny County Council (il-Kunsill tal-kontea ta’ Kilkenny, l-Irlanda), ippreżenta lill-Aġenzija talba għal approvazzjoni ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ triq li jkopri l-kostruzzjoni ta’ triq ġdida u ta’ pont fuq ix-xmara Nore kif ukoll tal-esproprjazzjoni mill-proprjetarji tal-art meħtieġa. Il-bini ta’ din it-triq periferali għandu l-għan li jiġi kkompletat ċirku stradali magħluq madwar l-erja tal-belt ta’ Kilkenny, sabiex <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> titnaqqas il-konġestjoni fuq ġewwa tal-belt. Il-proġett ta’ kostruzzjoni ta’ triq ippjanat jgħaddi minn diversi riżervi naturali: jgħaddi mis-Special Protection Area (iż-Żona ta’ Protezzjoni Speċjali, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>SPA<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>River Nore SPA<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (il-Kodiċi Natura 2000 IE0004233) indikata skont id-Direttiva dwar l-għasafar selvaġġi, minn candidate Special Area of Conservation (Żona Prevista għall-Identifikazzjoni Bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>SAC futura<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva dwar il-habitats, jiġifieri mir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>River Barrow and River Nore SAC<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (il-Kodiċi Natura 2000 IE0002162) kif ukoll sit li l-klassifikazzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>National Heritage Area<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (Żona ta’ Patrimonju Nazzjonali) kien ġie propost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE> l-Aġenzija adottat deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp tat-triq magħruf bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>estensjoni tal-Kilkenny Northern Ring Road<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, kif ukoll tal-ordni ta’ esproprjazzjoni mitluba. Quddiem il-qorti tar-rinviju r-rikorrenti qegħdin jitolbu stħarriġ ta’ din id-deċiżjoni u l-annullament tagħha minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE> il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) iddeċidiet f’din il-proċedura li tagħmel din it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, li waslet fit‑<DATE ISO="20170728">28 ta’ Lulju 2017</DATE>:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali (Natura impact statement) għandha tidentifika l-firxa kollha tal-habitats u tal-ispeċi li għalihom is-sit huwa elenkat?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li l-impatt potenzjali fuq l-ispeċi kollha (mhux biss speċi protetti) li jikkontribwixxu u li jagħmlu parti minn habitat protett għandu jiġi identifikat u diskuss f’dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tindirizza espressament l-impatt tal-iżvilupp propost fuq l-ispeċi u l-habitats protetti li t-tnejn jinsabu fis-sit ŻSK kif ukoll speċi u habitats li jinsabu barra mill-konfini tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, għandha l-effett li dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tindirizza espressament jekk l-iżvilupp propost huwiex ser ikollu impatt sinjifikattiv fuq l-ispeċi identifikati fid-dikjarazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Alternattiva li ġiet ikkunsidrata mill-iżviluppatur u li ġiet diskussa fl-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, u/jew li ġiet sostnuta minn uħud mill-partijiet interessati, u/jew li ġiet ikkunsidrata mill-awtorità kompetenti, għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/><HT TYPE="ITALIC">alternattiva ewlenija</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, anki jekk din tkun ġiet skartata mill-iżviluppatur fi stadju bikri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, għandha l-effett li evalwazzjoni tal-impatt ambjentali għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni dwar l-impatt ambjentali ta’ kull alternattiva sabiex ikun jista’ jitwettaq paragun bejn ix-xewqat ambjentali tal-alternattivi differenti; u/jew li għandu jiġi espressament indikat fid-dikjarazzjoni tal-impatt ambjentali b’liema mod ittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti ambjentali tal-alternattivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata, li r-raġunijiet għall-għażla tal-iżviluppatur għandhom jittieħdu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/><HT TYPE="ITALIC">fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, japplika biss għall-alternattiva magħżula jew anki għall-alternattivi ewlenin studjati, b’tali mod li tkun meħtieġa analiżi ta’ dawn l-alternattivi sabiex jiġu indirizzati l-effetti ambjentali tagħhom?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Il-fatt li dettalji tal-fażi tal-kostruzzjoni (pereżempju s-sit tal-kostruzzjoni u r-rotot) jistgħu jiġu deċiżi wara li jingħata l-kunsens huwa kompatibbli mal-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, u jekk dan ikun il-każ, awtorità kompetenti tista’ tippermetti li kwistjonijiet bħal dawn jiġu ddeterminati permezz ta’ deċiżjoni unilaterali tal-iżviluppatur, fil-kuntest ta’ kwalunkwe permess ta’ żvilupp maħruġ, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti minflok tiġi approvata minnha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li awtorità kompetenti għandha tirreġistra, b’mod suffiċjentement iddetalljat u ċar sabiex jitneħħa kull dubju dwar it-tifsira u l-effett ta’ tali opinjoni, sa fejn l-opinjoni xjentifika ppreżentata lilha targumenta favur il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali qabel il-ħruġ tal-permess tal-iżvilupp?;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li l-awtorità kompetenti għandha tagħti raġunijiet jew raġunijiet iddettaljati għaċ-ċaħda ta’ konklużjoni tal-ispettur tagħha li hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali jew studju xjentifiku qabel il-ħruġ ta’ permess tal-iżvilupp?; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata, għandha l-effett li awtorità kompetenti, fit-twettiq ta’ evalwazzjoni xierqa, għandha tipprovdi raġunijiet iddettaljati u espressi għal kull element tad-deċiżjoni tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Madankollu, ir-Repubblika Ċeka ma pparteċipatx fis-seduta tas‑<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fl-ewwel lok, ser niddiskuti d-domandi li jikkonċernaw id-Direttiva dwar il-habitats u mbagħad id-domandi dwar id-Direttiva SEA.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-Direttiva dwar il-habitats</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Id-domandi dwar id-Direttiva dwar il-habitats fl-ewwel lok jirrigwardaw il-portata tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva (ara l-punt 1. hawn taħt), imbagħad is-setgħat ta’ deċiżjoni li jistgħu jiġu ddelegati lill-iżviluppatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett skont din id-dispożizzjoni (ara l-punt 2. hawn taħt), u finalment ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li d-deċiżjoni li tawtorizza proġett għandha tissodisfa (ara l-punt 3. hawn taħt).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel tliet domandi – portata tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-ewwel tliet domandi tal-High Court (il-Qorti Għolja) jirrigwardaw il-portata tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats. Din proprju tistaqsi jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Natura Impact Statement<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (dikjarazzjoni tal-impatt Natura) għandhiex tinkludi ċerta informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-habitats, madankollu, ma tistipulax metodu partikolari għat-twettiq ta’ tali evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u wisq inqas ma tistipula rekwiżiti speċifiċi li n-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Natura Impact Statement<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> prevista fid-dritt Irlandiż għandha tissodisfa. Barra minn hekk, l-Aġenzija ssostni wkoll li, minbarra dan id-dokument, jiġu ssottomessi wkoll osservazzjonijiet u teħid ta’ pożizzjoni oħra li kollha jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċċara liema rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti għal evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda – indikazzjoni tal-habitats u tal-ispeċi kollha protetti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda l-High Court (il-Qorti Għolja) tixtieq issir taf jekk matul l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, il-habitats u l-ispeċi li għalihom is-sit huwa elenkat għandhomx jiġu identifikati fit-totalità tagħhom. Id-domanda hija dovuta għall-fatt li diversi speċi u tipi ta’ habitats, li għall-protezzjoni tagħhom ġie stabbilit is-sit ta’ importanza għall-Komunità, ma jissemmewx fid-dokumenti ta’ evalwazzjoni ppreżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-kunsiderazzjonijiet li ġejjin ser nuri li, għalkemm l-evalwazzjoni, b’mod inekwivoku, għandha teskludi kull deterjorazzjoni sinjifikattiva tat-tipi ta’ habitats u speċi kollha protetti fis-sit ikkonċernat, din l-esklużjoni tista’ ssir ukoll impliċitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-habitats jinkludi sensiela sħiħa ta’ obbligi u ta’ proċeduri speċjali maħsuba sabiex jiġu żgurati, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, iż-żamma jew, jekk ikun il-każ, l-istabbiliment mill-ġdid, ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats naturali u b’mod partikolari taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats jipprevedi proċedura ta’ evalwazzjoni maħsuba sabiex jiġi żgurat, permezz ta’ kontroll <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, li pjanijiet jew proġetti li ma jkunux marbuta direttament ma’ jew meħtieġa għall-ġestjoni tas-sit ikkonċernat, iżda li jistgħu jaffettwaw lil dan tal-aħħar b’mod sinjifikattiv, ikunu awtorizzati biss sakemm (effettivament) ma jippreġudikawx dan is-sit fit-totalità tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0108">108</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, għandha ssir evalwazzjoni xierqa tal-kompatibbiltà ta’ tali pjanijiet u proġetti mal-għanijiet ta’ konservazzjoni stabbiliti għal dan is-sit, jekk ma jistax jiġi eskluż, fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi, li dawn, individwalment jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jistgħu jaffettwaw ħażin b’mod sinjifikattiv l-imsemmi sit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:780">EU:C:2007:780</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0238">238</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑538/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:349">EU:C:2011:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>People Over Wind u Sweetman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑323/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:244">EU:C:2018:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fid-dawl tal-aħjar għarfien xjentifiku fil-qasam, għandhom jiġu identifikati l-aspetti kollha tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni li jistgħu jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (Moorburg)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-evalwazzjoni ta’ dan ir-riskju għandha tiġi stabbilita b’mod partikolari fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi tas-sit ikkonċernat minn dan il-pjan jew proġett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Meta pjan jew proġett, jirriskja li jikkomprometti l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit, dan għandu jiġi meqjus bħala li jista’ jaffettwa lil dan is-sit b’mod sinjifikattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sabiex ma jkunx ippreġudikat is-sit fit-totalità tiegħu bħala habitat naturali, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, huwa meħtieġ li s-sit jinżamm fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. Għal dan il-għan,<?PAGE NO="8"?> għandhom jinżammu b’mod sostenibbli l-karatteristiċi kostitwenti tas-sit ikkonċernat, marbuta mal-preżenza ta’ tip ta’ habitat naturali li l-għan ta’ preżervazzjoni tiegħu ġġustifika l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità, fis-sens ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Briels <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:330">EU:C:2014:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan irid japplika wkoll, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, f’dak li jikkonċerna l-ispeċi protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kif taċċenna korrettament ir-Repubblika Ċeka, fil-prinċipju ma għandhomx għalfejn jiġu mistħarrġa l-effetti fuq ċerti tipi ta’ habitats u speċi inklużi fl-Annessi I u II tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll fuq għasafar migratorji u għasafar inklużi fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar selvaġġi li, għalkemm ikunu preżenti fis-sit protett, ma jkunux koperti mill-għanijiet ta’ konservazzjoni. Madankollu, dan japplika biss jekk dawn l-inċidenzi tant ikunu irrilevanti li ma jkunx hemm għalfejn jiġu inklużi b’mod supplimentari fl-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Finalment, l-evalwazzjoni mwettqa skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats ma tistax ma tkunx kompleta u għandha tinkludi konstatazzjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet ippjanati fis-sit protett inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Issa, evalwazzjoni ma tistax titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats fl-assenza ta’ data aġġornata li tikkonċerna l-habitats u l-ispeċi protetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-evalwazzjoni trid tissostanzja b’mod inekwivoku għalfejn it-tipi ta’ habitats u l-ispeċi protetti ma humiex ser jiġu affettwati. B’hekk, f’ċerti każijiet jaf ikun biżżejjed li jiġi stabbilit li fl-artijiet ikkonċernati huma preżenti <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> ċerti tipi ta’ habitats u speċi protetti, jiġifieri li ma hemmx preżenza ta’ tipi ta’ habitats u speċi oħrajn li huma protetti fis-sit. Madankollu, mill-evalwazzjoni jrid jirriżulta wkoll li x-xogħlijiet fl-artijiet ikkonċernati ma jistgħux iwasslu għal effetti negattivi fuq dawn it-tipi ta’ habitats u speċi oħra, sa fejn ikunu preżenti f’żoni oħra tas-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-sempliċi silenzju dwar ċerti tipi ta’ habitats jew speċi normalment ma jirrappreżentax konstatazzjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet mistħarrġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, għalkemm l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats ma għandhiex għalfejn tidentifika espressament u kompletament il-habitats u l-ispeċi li għalihom is-sit ġie elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità jew huwa protett bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva dwar l-għasafar selvaġġi, din l-evalwazzjoni mill-inqas trid tinkludi, impliċitament, konstatazzjonijiet u konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet inkwistjoni fuq it-tipi ta’ habitat u l-ispeċi protetti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda – teħid inkunsiderazzjoni ta’ tipi oħra ta’ habitats u speċi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiċċara jekk id-Direttiva dwar il-habitats titlobx li, f’evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats iridu jiġu identifikati u eżaminati l-effetti potenzjali fuq l-ispeċi kollha (u mhux biss fuq l-ispeċi protetti), li jikkontribwixxu għal habitat protett u li huma parti minnu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Kif diġà għidt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-punt 27 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, għar-rekwiżiti ta’ din l-evalwazzjoni huma rilevanti l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit, jiġifieri qabel kollox l-ispeċi u t-tipi ta’ habitats protetti. Fl-istess waqt jista’ jkun neċessarju li fl-evalwazzjoni jiġu inklużi effetti negattivi fuq speċi u habitats oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Speċi oħrajn fi kwalunkwe każ huma ta’ importanza għall-evalwazzjoni jekk ikunu parti minn habitats protetti. Kif jenfasizzaw ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, dan huwa stipulat fid-definizzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni ta’ habitat naturali skont l-Artikolu 1(e) tad-Direttiva dwar il-habitats. Dan l-istat espliċitament jinkludi l-ispeċi tipiċi tal-habitat inkwistjoni. Kwalunkwe deterjorazzjoni ta’ dawn l-ispeċi fiż-żoni li dan it-tip ta’ habitat ikopri, tkun ta’ dannu wkoll għall-habitat inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-habitats tfassal biss liema speċi huma tipiċi għal habitats partikolari, peress li dawn parzjalment jirriżultaw mill-isem tat-tipi ta’ habitats inkwistjoni, li ħafna drabi jirreferu għal speċi ta’ flora partikolari. Pereżempju, it-tip ta’ habitat prijoritarju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>foresti alluvjali b’<HT TYPE="ITALIC">Alnus glutinosa</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Fraxinus excelsior</HT> (<HT TYPE="ITALIC">Alno-Padion, Alnion incanae, Salicion albae</HT>)<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (il-Kodiċi Natura 2000 91E0*), preżenti fis-SAC futura inkwistjoni, fl-isem tiegħu diġà jinkludi siġar tal-alnu (<HT TYPE="ITALIC">Alnus glutinosa</HT>) u tal-fraxxnu (<HT TYPE="ITALIC">Fraxinus excelsior</HT>) kif ukoll ċiras (<HT TYPE="ITALIC">Padion</HT>), alnu abjad (<HT TYPE="ITALIC">Alnus incanae</HT>) u żafżafa bajda (<HT TYPE="ITALIC">Salix alba</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-istħarriġ u d-diskussjoni xjentifiċi tat-tipi ta’ habitats differenti għandhom jippermettu li jiġu identifikati speċi tipiċi addizzjonali. Il-manwal ta’ interpretazzjoni tal-Kummissjoni għat-tipi ta’ habitats skont l-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, Diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Natura u Bijodiversità<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (ENV B.3), <HT TYPE="ITALIC">Interpretation Manual of European Union Habitats – EUR 28</HT>, April 2013, http://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/habitatsdirective/docs/Int_Manual_EU28.pdf, ara partikolarment p. 7.</P></NOTE> jinkludi informazzjoni sinjifikattiva f’dan ir-rigward, għalkemm naturalment ma huwiex vinkolanti legalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Minbarra l-ispeċi ta’ siġar li diġà jirriżultaw mill-isem, għat-tip ta’ habitat 91E0* inkwistjoni jissemmew ukoll il-luq (<HT TYPE="ITALIC">Populus nigra</HT>), iż-żafżafa fraġli (<HT TYPE="ITALIC">Salix fragilis</HT>), il-betula tax-xagħri (<HT TYPE="ITALIC">Betula pubescens</HT>), l-ulmu (<HT TYPE="ITALIC">Ulmus glabra</HT>) u kważi 20 speċi tas-saff tal-ħaxix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Iżda l-ispeċi tipiċi tat-tipi ta’ habitats protetti ma humiex limitati għal speċi ta’ flora. Il-manwal ta’ interpretazzjoni tal-Kummissjoni għat-tip ta’ habitat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>estwarji<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (Kodiċi Natura 2000 1130), li wkoll huwa parti mis-SAC futura iżda x’aktarx ma huwiex milqut mill-proġett ikkontestat, isemmi komunitajiet ta’ qiegħ il-baħar invertebrati (pereżempju arzell jew bebbux u ħafna speċi tal-annimali żgħar) kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan it-tip ta’ habitat jinkludi erjas ta’ ikel importanti għal ħafna għasafar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>., p. 11.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki habitats u speċi li ma humiex protetti espliċitament jista’ jkollhom rwol sinjifikattiv għall-konservazzjoni tat-tipi ta’ habitats u l-ispeċi protetti. F’dan ir-rigward ir-Repubblika Ċeka korrettament issemmi s-sinjifikat tagħhom għall-ikel tal-ispeċi protetti, iżda jista’ jkollhom ukoll funzjonijiet oħra fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ speċi protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huwa magħruf li ċerti habitats jistgħu jkunu ta’ importanza kbira għar-riproduzzjoni ta’ ċerti speċi. Il-kontinwità ta’ xmajjar u nixxigħat hija l-prerekwiżit sabiex il-ħut migratorju, pereżempju s-salamun (<HT TYPE="ITALIC">Salmo salar</HT>), ikun jista’ jilħaq is-siti ta’ riproduzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, xi speċi protetti fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom parzjalment jiddependu wkoll fuq speċi oħra ta’ natura partikolari ħafna. Pereżempju, il-larva tal-mollusk tal-perla tal-ilma ħelu (<HT TYPE="ITALIC">Margaritifera margaritifera</HT>) u tal-mollusk tal-perla tal-ilma ħelu endemiku tax-xmara Nore (<HT TYPE="ITALIC">Margaritifera durrovensis</HT>), li t-tnejn li huma huma preżenti fis-SAC futura inkwistjoni, tagħmel ċertu żmien tgħix bħala parassita fil-garġi tat-trota komuni (<HT TYPE="ITALIC">Salmo trutta fario</HT>) jew tas-salamun<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Araujo, R. u Ramos, <HT TYPE="ITALIC">Action plan for Margaritifera margaritifera in Europe</HT>, p. 13 (dokument tal-Kunsill tal-Ewropa T-PVS(2000)10revE, https://rm.coe.int/168074690e).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Naturalment dan ma jfissirx li effetti negattivi fuq l-ispeċi tipiċi tat-tipi ta’ habitats protetti u fuq l-ispeċi u l-habitats rilevanti l-oħra għandhom neċessarjament jitqiesu li jippreġudikaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit protett u li għalhekk jipprekludu approvazzjoni tal-pjan jew proġett. Tali preġudizzji jkunu jipprekludu l-proġett biss meta jeżistu dubji xjentifiċi raġonevoli li ma humiex ser jibdlu, b’mod żvantaġġuż, l-istat ta’ konservazzjoni tat-tipi ta’ habitats u l-ispeċi protetti fis-sit rispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats tkun tkopri l-effetti fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit b’mod adegwat biss jekk tinkorpora l-effetti negattivi fuq l-ispeċi tipiċi tat-tipi ta’ habitats protetti u fuq l-ispeċi u l-habitats l-oħra, sa fejn dawn ikunu neċessarji għall-konservazzjoni tat-tipi ta’ habitat u l-ispeċi protetti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda – teħid inkunsiderazzjoni ta’ tipi ta’ habitats u speċi li ma jinsabux fiż-żoni ta’ konservazzjoni kkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda, il-High Court (il-Qorti Għolja) tixtieq issir taf jekk evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats għandhiex tindirizza espressament l-effetti tal-proġett ippjanat fuq speċi u habitats protetti, kemm fis-sit taż-żona speċjali ta’ konservazzjoni kif ukoll barra mil-limiti ta’ din iż-żona.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali korrettament jinvokaw l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar il-habitats. Dan jipprovdi li l-miżuri meħuda skont din id-direttiva, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għandhom iqisu l-karatteristiċi reġjonali u lokali. Għall-evalwazzjoni ta’ deterjorazzjonijiet potenzjali fir-rigward tas-sit dan ifisser li ma jistgħux jiġu evalwati b’mod iżolat mill-viċinanzi tas-sit u mill-karatteristiċi eżistenti hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li attivitajiet li jseħħu barra minn siti protetti u li jwasslu għal deterjorazzjonijiet fi ħdan siti jridu wkoll jiġu evalwati skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑98/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:3">EU:C:2006:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (Moorburg)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑142/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:301">EU:C:2017:301</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod partikolari s-sentenza dwar l-impjant tal-enerġija Moorburg hija interessanti għall-proċedura preżenti. Din kienet tikkonċerna l-qtil possibbli ta’ ħut minħabba t-tkessiħ tal-impjant tal-enerġija, li għar-riproduzzjoni ta’ dawn tal-aħħar kienu ġew stabbiliti żoni ta’ konservazzjoni iktar ’il fuq fix-xmara. Għalehekk kien jeżisti riskju li l-impjant tal-enerġija jwassal għal tnaqqis fin-numru ta’ ħut li jista’ jilħaq iż-żoni ta’ konservazzjoni, filwaqt li proġett tal-impjant ta’ enerġija kien jippreġudika s-sit fit-totalità tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Id-deterjorazzjoni ta’ speċi li ma jinsabux fis-SAC futura jew fis-SPA għandha l-istess grad ta’ importanza għall-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats jekk dawn ikunu protetti direttament jew bħala speċi tipiċi ta’ habitats protetti, jew jekk ikunu neċessarji f’forma oħra għall-konservazzjoni ta’ habitats u speċi protetti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tista’ tkun ta’ importanza wkoll id-deterjorazzjoni ta’ habitats barra minn siti protetti. Dan japplika b’mod partikolari jekk sit protett, għalkemm jipproteġi ċerti speċi, ma jinkludix il-habitats kollha li jintużaw minn dawn l-ispeċi. F’dak il-każ, id-deterjorazzjoni ta’ tali habitats barra mis-siti protetti tista’ tkun dannuża wkoll għall-preżenzi protetti tal-ispeċi fis-siti protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Lanqas ma rrid neskludi li, minn perspettiva xjentifika, huwa possibbli li jiġu identifikati ċerti relazzjonijiet kawżali li jwasslu sabiex id-deterjorazzjonijiet ta’ habitats barra minn limiti ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni ma jaffettwawx biss speċi iżda wkoll habitats li jinsabu f’siti protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jidher irrilevanti, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, jekk il-habitats barra mil-limiti taż-żona speċjali ta’ konservazzjoni humiex tipi ta’ habitats skont l-Anness I tad-Direttiva dwar il-habitats. Dan għaliex l-imsemmija habitats fil-prinċipju huma protetti biss fi ħdan is-siti protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats trid konsegwentement tikkunsidra wkoll id-deterjorazzjonijiet ta’ speċi jew ta’ habitats barra mil-limiti taż-żoni ta’ konservazzjoni jekk dawn id-deterjorazzjonijiet jista’ jkollhom effetti negattivi fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dawn iż-żoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien domanda – setgħat ta’ deċiżjoni tal-iżviluppatur</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Bit-tmien domanda għandu jiġi ċċarat jekk il-fatt li dettalji tal-fażi tal-kostruzzjoni (pereżempju s-sit tal-kostruzzjoni u r-rotot) jistgħu jiġu deċiżi fil-kuntest ta’ deċiżjoni sussegwenti għall-awtorizzazzjoni huwiex kompatibbli mad-Direttiva dwar il-habitats, u, f’każ li iva, jekk awtorità kompetenti tistax tippermetti li kwistjonijiet bħal dawn jiġu ddeterminati permezz ta’ deċiżjoni unilaterali tal-iżviluppatur, hawnhekk tal-Kunsill tal-kontea ta’ Kilkenny, fil-kuntest ta’ kwalunkwe permess ta’ żvilupp maħruġ, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità tal-approvazzjoni (jiġifieri lill-Aġenzija), iżda li ma għandhiex tiġi approvata minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jippreġudikax is-sit ikkonċernat fit-totalità tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-evalwazzjoni mwettqa skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats ma tistax ma tkunx kompleta. Din għandha tinkludi konstatazzjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet ippjanati fis-sit protett inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-iżviluppatur jista’ jieħu biss deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom ma jeżistix dubju xjentifiku raġonevoli li l-effetti tagħhom ma humiex ser jippreġudikaw l-integrità tas-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Tali dubji jistgħu b’mod partikolari jiġu esklużi permezz ta’ kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni suffiċjentement speċifiċi, li jistabbilixxu qafas għal dawn id-deċiżjonijiet, b’tali mod li ma jkunux jistgħu jippreġudikaw is-sit fit-totalità tiegħu b’mod negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali trid teżamina jekk dawn ir-rekwiżiti humiex issodisfatti fil-kawża preżenti fid-dawl tal-kundizzjonijiet konkreti tal-proġett ikkontestat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jekk fid-data tal-awtorizzazzjoni prinċipali tal-pjan jew proġett ma jkunx possibbli eżami komprensiv tal-kundizzjonijiet għal dettalji tal-fażi tal-kostruzzjoni, allura – kif tosserva r-Repubblika Ċeka – trid titwettaq proċedura ta’ eżami u ta’ awtorizzazzjoni maqsuma f’diversi fażijiet. Dan l-approċċ huwa magħruf mill-qasam tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Abraham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑2/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:133">EU:C:2008:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brussels Hoofdstedelijk Gewest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:154">EU:C:2011:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tmien domanda għandha tkun li, id-dettalji dwar il-fażi ta’ kostruzzjoni jistgħu jiġu deċiżi b’deċiżjoni unilaterali tal-iżviluppatur wara l-approvazzjoni tal-proġett skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats unikament jekk jiġi eskluż kull dubju xjentifiku raġonevoli fuq il-punt li l-effetti ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma humiex ser jippreġudikaw is-sit fit-totalità tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-disa’ sal-ħdax-il domanda – motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kompetenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Bid-disa’ sal-ħdax-il domanda, il-High Court (il-Qorti Għolja) tixtieq issir taf iktar dwar ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, b’mod partikolari dwar jekk l-entità kompetenti tridx tinvalida espliċitament ċerti dubji dwar jekk l-informazzjoni ppreżentata hijiex suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, din il-kwistjoni tista’ tinftiehem ħażin, għaliex il-motivazzjoni meħtieġa mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE trid turi biss, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni awtriċi tal-att b’tali mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati sabiex ikunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Régie Networks</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑333/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:764">EU:C:2008:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑667/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:151">EU:C:2015:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu dan ma huwiex dak li hawn inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Pjuttost huwa kkontestat fil-proċedura nazzjonali jekk il-motivazzjoni pprovduta hijiex biżżejjed sabiex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni tal-Aġenzija. Dan għaliex, kif jirrikonoxxu unanimament il-partijiet, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, pjan jew proġett jista’ jiġi approvat biss jekk l-evalwazzjoni tal-proġett tkun tinkludi konstatazzjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet ippjanati fis-sit protett inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sweetman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:220">EU:C:2013:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orleans <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/15 u C‑388/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:583">EU:C:2016:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Foresta ta’ Białowieża)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:255">EU:C:2018:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Konsegwentement, din l-evalwazzjoni trid kompletament tissostanzja b’mod suffiċjentement iddettaljat u ċar għalfejn huwa eskluż kull dubju xjentifiku raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward l-Irlanda tagħmel paragun tajjeb mal-ġurisprudenza dwar id-Direttiva SEA li tgħid li deċiżjonijiet skont din id-direttiva ma għandhomx għalfejn jinkludu raġunijiet li għalihom ittieħdu iżda li, fl-ipoteżi fejn persuna kkonċernata titlobhom, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tikkomunikalha r-raġunijiet li għalihom din id-deċiżjoni ttieħdet, jew l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti bi tweġiba għat-talba li tkun tressqet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Mellor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:279">EU:C:2009:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Solvay <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:82">EU:C:2012:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll għal deċiżjonijiet li jittieħdu abbażi tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda forma speċifika għall-permess ta’ proġett mill-awtoritajiet iżda sempliċement titlob evalwazzjoni xierqa. Għaldaqstant huwa possibbli li, minflok motivazzjoni espressa tad-deċiżjoni, isir riferiment għad-dokumenti li jikkostitwixxu l-evalwazzjoni. Madankollu għandu jiġi enfasizzat li dan l-approċċ ma jistax iwassal sabiex il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-partijiet tiġi ppreġudikata b’mod negattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Mellor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:279">EU:C:2009:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Solvay <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑182/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:82">EU:C:2012:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Id-domandi jistgħu faċilment jingħataw risposta fuq din il-bażi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-disa’ domanda – spjegazzjoni ta’ perizja xjentifika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Id-disa’ domanda għandha tiċċara jekk awtorità kompetenti hijiex obbligata tissostanzja, b’mod suffiċjentement iddettaljat u ċar sabiex jitneħħa kull dubju dwar it-tifsira u l-effett ta’ tali perizja xjentifika, sa fejn din il-perizja xjentifika ppreżentata lilha targumenta favur il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali qabel il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk jeżistix tali obbligu essenzjalment jiddependi miċ-ċarezza sostantiva tal-perizja inkwistjoni. F’każ li din il-perizja, fiha nnifisha, diġà teskludi, b’mod suffiċjentement ċar, id-dubji xjentifiċi raġonevoli kollha, l-awtorità ma jkollhiex għalfejn tissottometti informazzjoni addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’kuntrast, jekk il-perizja waħedha ma teskludix tali dubji biċ-ċarezza neċessarja, l-awtorità tista’ tagħti permess għall-proġett biss bil-kundizzjoni li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali li telimina d-dubji li jifdal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għaxar domanda – motivazzjoni taċ-ċaħda ta’ konklużjoni tal-ispettur</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-għaxar domanda tikkonċerna l-konklużjoni ta’ spettur tal-awtorità kompetenti li hija injorata minn din l-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hija l-eskużjoni ta’ kull dubju xjentifiku raġonevoli li sservi bħala kriterju għan-neċessità li tiġi pprovduta informazzjoni komplementari. Jekk il-konstatazzjoni tal-ispettur tiġġustifika tali dubji, il-kunsens għall-proġett għandu jingħata biss jekk l-awtorità tipprovdi informazzjoni komplementari li tinvalida dawn id-dubji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-argumenti tal-Aġenzija u tal-Irlanda, ir-relazzjoni bejn l-ispettur u l-awtorità hija irrilevanti. Pjuttost huwa determinanti jekk il-konstatazzjonijiet tiegħu jiġġustifikawx dubji xjentifiċi raġonevoli dwar il-fondatezza tad-deċiżjoni tal-awtorità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħdax-il domanda – motivazzjoni tal-elementi kollha ta’ deċiżjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-ħdax-il domanda hija intiża sabiex tiġġeneralizza t-tagħrif eżistenti dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni. Din għandha tiċċara jekk l-awtorità tridx tipprovdi raġunijiet iddettaljati u espressi għal kull element tad-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ukoll japplika li, fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti trid tipprovdi raġunijiet iddettaljati u espressi għal dawk l-elementi tad-deċiżjoni tagħha li jistgħu jagħtu lok għal dubji xjentifiċi raġonevoli, sabiex tali dubji jiġu esklużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, sa fejn l-Aġenzija tenfasizza li d-deċiżjoni tagħha mhux biss hija bbażata fuq in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Natura Impact Statement<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> iżda wkoll fuq għadd ta’ informazzjoni addizzjonali, għandu jiġi osservat li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni trid turi b’mod ċar fuq liema informazzjoni ġiet ibbażata. U sa fejn din l-informazzjoni tkun f’kontradizzjoni ma’ informazzjoni oħra, il-motivazzjoni trid telimina l-kontradizzjonijiet b’tali mod li jiġi eskluż kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar il-fondatezza tad-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-risposta għad-disa’ sal-ħdax-il domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-disa’ sal-ħdax-il domanda għandha tkun li l-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi raġunijiet espliċiti u ddettaljati għal dawk l-elementi ta’ deċiżjoni li jiġi awtorizzat proġett skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, li jistgħu jqajmu dubju xjentifiku raġonevoli li l-effetti tal-proġett ma humiex ser jippreġudikaw is-sit fit-totalità tiegħu b’mod suffiċjentement speċifiku u ddettaljat sabiex jiġi eskluż dan id-dubju. Dan japplika b’mod partikolari għal dubji li jirriżultaw mill-konklużjonijiet ta’ spettur. Għalkemm l-awtorità tista’ timmotiva d-deċiżjoni tagħha billi tirreferi għal perizja xjentifika, din ukoll għandha tkun xierqa sabiex teskludi kull dubju xjentifiku raġonevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-Direttiva SEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dak li għandu x’jaqsam mad-Direttiva SEA, qabelxejn għandha tiġi ddeterminata l-verżjoni applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha. Għalkemm it-talba għal deċiżjoni preliminari, okkażjonalment, tirreferi għad-direttiva fil-verżjoni emendata tagħha, l-emendi l-iktar reċenti bis-saħħa tad-Direttiva 2014/52<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="124" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 124, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, skont l-Artikolu 3 tagħha, japplikaw biss għal proġetti li fir-rigward tagħhom ġew introdotti ċerti passi proċedurali wara s‑<DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>. Madankollu, il-kawża preżenti tikkonċerna awtorizzazzjoni tal‑<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE> li – kif jaqblu l-qorti nazzjonali u l-partijiet – kienet għadha suġġetta għar-regoli tad-Direttiva SEA fil-verżjoni preċedenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi l-ewwel nett ser nirrispondi d-domanda relatata mal-informazzjoni dwar l-effetti fuq ċerti speċi, qabel ma nirrispondi d-domandi dwar evalwazzjoni alternattiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda – eżami tal-effetti fuq l-ispeċi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ir-raba’ domanda tikkonċerna d-diskussjoni ta’ effetti fuq l-ambjent fl-evalwazzjoni tal-effetti. Għandu jiġi ċċarat jekk dikjarazzjoni tal-effetti ambjentali tridx tindirizza espressament il-kwistjoni dwar liema effetti sinjifikattivi li l-proġett ippjanat ser ikollu fuq l-ispeċi identifikati fid-dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>L-Aġenzija għandha dubji dwar ir-rilevanza ta’ din id-domanda għall-proċedura nazzjonali, peress li din id-domanda ma tagħmilx parti minn dawk li dwarhom ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu ġew awtorizzati sabiex jippreżentaw rikors. Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180613">13 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Deutscher Naturschutzring</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑683/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:433">EU:C:2018:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li l-evalwazzjoni tal-eżattezza tiegħu ma taqax taħt il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha l-ebda konnessjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt jew ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi magħmula lilha. Skont dawn il-kriterji, ir-raba’ domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent imsemmija fir-raba’ domanda hija kunċett tad-dritt Irlandiż li l-interpretazzjoni tiegħu ma taqax fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, skont l-informazzjoni tal-Aġenzija dwar Section 50(2) tar-Roads Act (l-Att dwar it-Toroq), din essenzjalment tkopri l-informazzjoni li jrid jippreżenta l-iżviluppatur b’rabta mal-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva SEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ninterpreta din id-domanda bħala li tistaqsi jekk l-informazzjoni stabbilita fid-domanda għandhiex tiġi pprovduta mill-iżviluppatur, konformement mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva SEA. Skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva SEA, l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-iżviluppatur tkopri, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mill-inqas l-informazzjoni neċessarja għall-konstatazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-effetti ewlenin li l-proġett x’aktarx li jkun sejjer ikollu fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u l-punt 3 tal-Anness IV tad-Direttiva SEA jistabbilixxu x’mezzi ambjentali għandhom jiġu eżaminati. Huwa stipulat li l-iżviluppatur għandu jippreżenta deskrizzjoni tal-aspetti tal-ambjent li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinjifikattiv mill-proġett propost, inklużi b’mod partikolari l-fawna u l-flora. Dan huwa konformi mal-għan tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent stabbilit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva SEA, jiġifieri li jiġu identifikati, deskritti u evalwati l-effetti diretti u indiretti tal-proġett fuq il-fawna u l-flora.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Peress li l-fawna u l-flora huma kkostitwiti mill-ispeċi varji li jkunu preżenti fis-sit, l-iżviluppatur irid jippreżenta informazzjoni dwar l-effetti fuq ċerti speċi. Madankollu, dan l-obbligu ma jkoprix l-effetti kollha fuq l-ispeċi kollha li jkunu preżenti, iżda l-<HT TYPE="ITALIC">effetti ewlenin</HT> biss. Din il-limitazzjoni għal effetti ewlenin hija kkonfermata wkoll mill-fatt li, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva SEA, l-iżviluppatur irid jippreżenta biss informazzjoni rilevanti u li hija mistennija raġonevolment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Il-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>effetti ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva SEA, li jipprovdu li proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent għandhom jiġu suġġetti għal evalwazzjoni rigward l-effetti tagħhom. F’kuntrast, effetti li ma jistgħux ikunu sinjifikattivi ma humiex effetti ewlenin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva SEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jistgħu jiġu kkunsidrati aspetti varji b’rabta mal-kwistjoni dwar x’effetti għandhom jitqiesu sinjifikattivi. Madankollu, il-punti ta’ orjentament essenzjali għandhom jiġu dedotti mill-protezzjoni ġuridika tal-elementi ambjentali kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Effetti potenzjali fuq speċi li huma protetti pereżempju bis-saħħa tad-Direttiva dwar il-habitats, jew anki permezz tad-dritt nazzjonali, normalment għandhom jitqiesu bħala sinjifikattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja (Alto Sil/l-ors kannella Spanjol</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u għalhekk iridu wkoll ikunu inklużi fl-informazzjoni tal-iżviluppatur, anki jekk kull darba jiġu affettwati biss kampjuni individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’kuntrast, jekk ikunu milqutin biss kampjuni individwali ta’ speċi mifruxin sew, li ma humiex suġġetti għal protezzjoni speċjali, normalment ma jkunux ikkonċernati effetti ewlenin li dwarhom l-iżviluppatur irid jippreżenta informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Minħabba ċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ individwali jaf ikun possibbli eżitu differenti dwar l-effetti ewlenin prinċipali. Effett negattiv fuq kampjun uniku ta’ speċi mifruxa sew jaf ikun sinjifikattiv jekk ikun ikkonċernat kampjun mhux tas-soltu, pereżempju siġra partikolarment antika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Dan ifisser, għall-kontestazzjoni ġudizzjarja ta’ awtorizzazzjoni minħabba ksur tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva SEA, li l-parti rikorrenti trid turi x’effetti sinjifikattivi possibbli tal-proġett ma ġewx investigati u diskussi suffiċjentement mill-iżviluppatur. F’dan ir-rigward ma hijiex biżżejjed iċ-ċirkustanza li, għalkemm jissemmew ċerti speċi, dawn ma jiġux eżaminati f’iktar dettall. Madankollu, skont l-ispeċi kkonċernati, jaf ikun relattivament sempliċi li jiġi ssostanzjat għalfejn l-effetti potenzjali jistgħu jkunu sinjifikattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-iżviluppatur irid jippreżenta l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-effetti sinjifikattivi possibbli li l-proġett jista’ jkollu fuq il-flora u l-fawna, konformement mal-Artikolu 5(3)(c) tad-Direttiva SEA. L-informazzjoni neċessarja tkopri partikolarment l-effetti fuq speċi protetti kif ukoll fuq speċi li l-popolazzjonijiet ikkonċernati tagħhom huma ta’ importanza partikolari minħabba raġunijiet oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames sas-seba’ domanda – eżami tal-alternattivi ewlenin fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-ħames sas-seba’ domanda jirrigwardaw informazzjoni tal-iżviluppatur dwar alternattivi għall-proġett eżaminat. Fil-fatt, fil-kawża prinċipali ġie kkunsidrat, fi stadju iktar bikri, jekk it-triq periferali setgħetx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>taqbeż<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> iż-żona suġġetta għal possibbiltà ta’ għargħar permezz ta’ pont. Madankollu, din l-alternattiva ta’ kostruzzjoni ġiet skartata minħabba raġunijiet ta’ spejjeż. Id-domandi tal-High Court (il-Qorti Għolja) jistaqsu jekk l-iżviluppatur iridx jipprovdi informazzjoni xorta waħda dwar l-effetti fuq l-ambjent ta’ tali varjazzjoni tal-proġett ta’ kostruzzjoni ta’ triq.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda – l-alternattivi ewlenin prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Il-ħames domanda tistaqsi jekk alternattiva għandhiex titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>alternattivi ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA anki jekk din tkun ġiet skartata mill-iżviluppatur fi stadju bikri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat liema alternattivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, is-sinjifikat ta’ dawn l-alternattivi għandu jkun determinanti għall-effetti fuq l-ambjent tal-proġett jew għall-prevenzjoni tal-istess effetti. Infatti, skont l-Artikolu 3, id-Direttiva SEA għandha l-għan li tidentifika, tiddeskrivi u tevalwa l-effetti li proġetti għandhom fuq l-ambjent. Għaldaqstant, ir-rappreżentazzjoni ta’ alternattivi hija ta’ interess partikolarment inkwantu tali jistgħu jinfluwenzaw l-effetti li l-proġett ikollu fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Id-data tar-rifjut ta’ soluzzjoni oħra hija insinjifikattiva minn din il-perspettiva, iżda indirettament tista’ tinfluwenza l-ambitu tar-raġunijiet li għandhom jiġu elenkati. Is-suġġett tas-sitt u s-seba’ domanda huwa proprju dan l-ambitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> dawk l-alternattivi li jista’ jkollhom influwenza sinjifikattiva fuq l-effetti li proġett għandu fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rabta mal-eżami mwettaq mill-iżviluppatur</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għalkemm r-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma jagħmilx domanda f’dan ir-rigward, qabel tingħata risposta għas-sitt u s-seba’ domanda għandu jiġi indirizzat il-fatt li l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA jitlob biss informazzjoni dwar alternattivi oħra studjati mill-iżviluppatur. Huwa minnu li l-qorti tar-rinviju tassumi li l-iżviluppatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>eżamina<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> l-eżekuzzjoni differenti msemmija tat-triq periferali. Madankollu, din id-deċiżjoni bażika tal-leġiżlatur tal-Unjoni hija rilevanti wkoll għall-informazzjoni pprovduta minn żviluppatur dwar l-alternattivi studjati minnu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan tal-politika ambjentali tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) TFUE u fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fid-dawl tal-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ azzjoni preventiva li huma wkoll stabbiliti fl-Artikolu 191(2) TFUE, jidher li huwa mixtieq li l-alternattivi għal proġett jiġu eżaminati b’mod kemm jista’ jkun komprensiv. Tali approċċ ikun jippermetti li tintgħażel dik l-alternattiva tal-proġett li tillimita għal livell minimu l-effetti negattivi tiegħu fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Konformement ma’ din il-kunsiderazzjoni, ir-rapport ta’ evalwazzjoni strateġika tal-effetti fuq l-ambjent tal-pjan u programmi, li għandu jitfassal skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/42/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20010627">27 ta’ Ġunju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).</P></NOTE>, jinkludi l-alternattivi raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Madankollu, bl-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel approċċ differenti. Dan jipprovdi li l-informazzjoni mressqa mill-iżviluppatur mill-inqas trid tkopri l-punti prinċipali tal-alternattivi ewlenin <HT TYPE="ITALIC">studjati minnu</HT> u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-effetti fuq l-ambjent. Dan huwa rrepetut fil-punt 2 tal-Anness IV.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-istorja leġiżlattiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Kif issostnu l-qorti tar-rinviju, l-Aġenzija u l-Irlanda, din id-deċiżjoni leġiżlattiva tirriżulta wkoll b’mod ċar mill-oriġini tad-Direttiva 97/11<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19970303">3 ta’ Marzu 1997</DATE> li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).</P></NOTE>. Dan għaliex kemm il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Anness, punt 11 tal-proposta tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 85/337 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 130, p. 8</REF.DOC.OJ>, COM(93) 575 final, p. 25).</P></NOTE> kif ukoll il-Parlament Ewropew<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Emenda Nru 57 tal-Opinjoni tal‑Parlament tal-<DATE ISO="19951011">11 ta’ Ottubru 1995</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, C 287, p. 83</REF.DOC.OJ> (100)).</P></NOTE> ipproponew l-obbligu fuq l-iżviluppatur li jiddeskrivi l-alternattivi ewlenin. Madankollu, ma rnexxielhomx jipprevalu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl‑1980 il-Kummissjoni kienet diġà pproponiet deskrizzjoni tal-alternattivi li raġonevolment huma possibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(1) tal-proposta ta’ direttiva tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="169" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1980">ĠU 1980, C 169, p. 14</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u dak iż-żmien il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien diġà llimita l-obbligu tal-iżviluppatur għat-test li wieħed għadu jsib anki fid-Direttiva SEA attwalment fis-seħħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Il-punt 2 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas‑<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE> dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Minkejja proposti iktar estensivi tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Skont l-Artikolu 5(2)(d) tal-proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92 (COM(2012) 628).</P></NOTE> u tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Rapport fuq il-proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92 (A7-0277/2013, emenda 57).</P></NOTE>, l-emendi l-aktar reċenti li saru permezz tad-Direttiva 2014/52 għadhom jistabbilixxu, fl-Artikolu 5(1)(d) tad-Direttiva SEA, li tintalab biss deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli studjati mill-iżviluppatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-istorja leġiżlattiva marbuta mal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA tikkonferma l-konklużjoni li tirriżulta mill-formulazzjoni tiegħu, jiġifieri li l-iżviluppatur irid jipprovdi biss informazzjoni dwar l-alternattivi studjati minnu, iżda mhux dwar l-alternattivi li possibbilment ikunu jagħmlu sens iżda li ma ġewx studjati minnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-Konvenzjoni ta’ Espoo</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Espoo, imsemmija fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, tipprovdi obbligi ulterjuri fir-rigward tal-istudju ta’ alternattivi, li għalihom huwa suġġett kull proġett irrispettivament mir-rekwiżiti sostantivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 104, p. 7</REF.DOC.OJ>. Skont il-premessa 15 tad-Direttiva SEA, l-Unjoni rratifikat din il-konvenzjoni fl‑<DATE ISO="19970624">24 ta’ Ġunju 1997</DATE> permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li ma kinitx ippubblikata (ara l-proposta għall-ewwel deċiżjoni tal-Kunsill fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 104, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fil-fatt, skont l-Artikolu 4(1) u l-punti (b), (c) u (d) tal-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Espoo, għandha tiġi ppreżentata deskrizzjoni ta’ alternattivi raġonevoli u l-effetti tagħhom fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Madankollu, kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) tagħha, il-Konvenzjoni ta’ Espoo ma tirregolax l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għall-proġetti kollha li huma suġġetti għad-Direttiva SEA, iżda biss għal proġetti speċifiċi li probabbilment ikollhom effetti negattivi sinjifikattivi u transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Huwa minnu li tkun mixtieqa interpretazzjoni konformi ma’ din il-Konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑470/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:185">EU:C:2018:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> għall-finijiet ta’ applikazzjoni uniformi, peress li din id-direttiva fil-biċċa l-kbira għandha timplimenta l-Konvenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-proposta ta’ dikjarazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea skont l-Artikolu 17(5) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo (il-Finlandja) dwar l-Istima tal-Impatt fuq l-Ambjent f’Kuntest Transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, C 104, p. 6</REF.DOC.OJ>) kif ukoll il-premessa 15 tad-Direttiva SEA.</P></NOTE>. Barra minn hekk, is-setgħat tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati b’osservanza tad-dritt internazzjonali; konsegwentement, l-interpretazzjoni tad-dritt sekondarju tal-Unjoni prinċipalment trid issir konformement mal-obbligi internazzjonali tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921124">24 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/05 P u C‑415/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0291">291</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:864">EU:C:2011:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-formulazzjoni tiegħu u tal-istorja leġiżlattiva ma huwiex possibbli li l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA jiġi interpretat fis-sens li proġett jista’ jiġi approvat biss jekk jiġu deskritti wkoll l-alternattivi ewlenin aċċettabbli u dment li jiġu evalwati l-effetti tagħhom fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tistaqsix jekk ir-regola tal-istudju ta’ alternattivi skont il-Konvenzjoni ta’ Espoo hijiex applikabbli direttament f’każ ta’ proġetti speċifiċi <HT TYPE="ITALIC">b’mod supplimentari</HT> għad-Direttiva SEA minħabba l-fatt li, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-formulazzjoni tagħha u fir-rigward tal-iskop u tan-natura ta’ din il-Konvenzjoni, din tinkludi obbligu ċar u speċifiku, li l-eżekuzzjoni u l-effetti tiegħu ma jiddependux mill-adozzjoni ta’ att ulterjuri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Pêcheurs de l’étang de Berre</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:464">EU:C:2004:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fl-aħħar mill-aħħar, tali mistoqsija x’aktarx li ma tkunx rilevanti għall-kawża prinċipali, peress li, milli jidher, il-proġett ikkontestat ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għalfejn tikkummenta dwarha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni ta’ din is-sistema fir-rigward tal-istruttura u tal-għanijiet tad-Direttiva SEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT> ma huwiex sodisfaċenti li l-eżami tal-alternattivi ewlenin fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jiddependi sostanzjalment mill-iżviluppatur. Madankollu, minn tal-inqas sa ċertu punt, din is-sistema tissodisfa n-natura primarjament proċedurali tad-Direttiva SEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-Direttiva SEA ma jirriżultax jekk u kif wieħed irid jieħu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet għall-għażla tal-iżviluppatur, fir-rigward tal-effetti fuq l-ambjent fil-kuntest tad-<HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni</HT> dwar proġett. Dan għaliex din id-direttiva ma fihiex rekwiżiti sostantivi fir-rigward tal-approvazzjoni tal-proġett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:780">EU:C:2007:780</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0231">231</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Leth</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑420/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:166">EU:C:2013:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Lanqas l-obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-Artikolu 3 tad-Direttiva SEA enfasizzat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jiġifieri li mhux biss jiġu identifikati u deskritti l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq fatturi speċifiċi, iżda li dawn, barra minn hekk, jiġu evalwati b’manjiera xierqa fid-dawl ta’ kull każ individwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:109">EU:C:2011:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ma jimplika rekwiżiti sostantivi fir-rigward tal-proġett rispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Konsegwentement, minħabba regolamenti oħra, l-iżviluppatur jista’ jkun obbligat jikkunsidra u anki jiddokumenta alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Pereżempju, awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-habitats ikollha l-kundizzjoni ta’ assenza ta’ alternattivi ewlenin. Fil-kawża prinċipali, l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni jista’ jiġi kkunsidrat fl-ipoteżi fejn ma jkunx possibbli li jiġi eliminat kull dubju xjentifiku raġonevoli li l-proġett ma huwiex ser ikollu effett negattiv fuq iż-żoni ta’ konservazzjoni fit-totalità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dan il-każ il-protezzjoni tal-ispeċi wkoll tista’ tirrikjedi studju ta’ alternattivi. Dan għaliex mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li, x’aktarx minħabba l-preżenza ta’ friefet il-lejl, qiegħda tiġi diskussa n-neċessità ta’ eċċezzjonijiet mis-sistema ta’ protezzjoni stretta tal-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-habitats<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Hija din id-dispożizzjoni li tiċċita s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:183">EU:C:2006:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑183/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:14">EU:C:2007:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), imsemmija fid-digriet tar-rinviju b’rabta mal-protezzjoni tas-sit.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 16, tali eċċezzjonijiet huma ammissibbli biss jekk ma tkunx teżisti soluzzjoni sodisfaċenti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Jaf huwa wkoll minnu li l-awtorità tal-approvazzjoni titlob informazzjoni mingħand l-iżviluppatur dwar alternattivi, kif previst fil-premessa 13 tad-Direttiva SEA. Tali talba x’aktarx li tkun partikolarment neċessarja jekk l-awtorità tkun trid tieħu deċiżjoni diskrezzjonali dwar l-awtorizzazzjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, finalment, ir-Renju Unit josserva korrettament li l-istudju ta’ alternattivi fil-kuntest tal-evalwazzjoni strateġika ambjentali tal-pjanijiet u tal-programmi minn tal-inqas iservi ta’ kumpens parzjali għall-assenza ta’ eżami obbligatorju dwar soluzzjonijiet oħra fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt u s-seba’ domanda – l-effetti tal-alternattivi ewlenin fuq l-ambjent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Is-sitt u s-seba’ domanda għandhom jiċċaraw x’informazzjoni jrid jippreżenta l-iżviluppatur dwar l-effetti tal-alternattiva ewlenija fuq l-ambjent. Is-seba’ domanda tistaqsi jekk dawn iridux qabelxejn jiġu ppreżentati, filwaqt li s-sitt domanda milli jidher tikkonċerna l-firxa tal-preżentazzjoni f’każ ta’ risposta fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA, l-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-iżviluppatur tkopri mill-inqas ir-raġunijiet prinċipali għall-għażla fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Din ir-regola tirrappreżenta forma oħra tal-orjentazzjoni sistematika tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA mal-istudju ta’ alternattivi mill-iżviluppatur. Għall-inqas fid-dawl ta’ din id-direttiva, ma huwiex obbligat jibbaża l-għażla tiegħu fuq l-effetti fuq l-ambjent tal-alternattivi diversi jew li qabelxejn jikkunsidra l-effetti fuq l-ambjent waqt id-deċiżjoni tiegħu. L-obbligu tiegħu pjuttost huwa limitat għall-iżvelar tar-raġunijiet għall-għażla tiegħu filwaqt li jqis l-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Madankollu, kif milli jidher ġara f’dan il-każ, jekk l-effetti fuq l-ambjent ma kinux rilevanti għall-għażla, iżda sempliċement saru kunsiderazzjonijiet finanzjarji, ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-għażla li għandhom jiġu żvelati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA ma jimplika l-ebda obbligu li jiġu identifikati, deskritti u evalwati l-effetti fuq l-ambjent tas-soluzzjonijiet l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Madankollu, tkun mogħtija sitwazzjoni differenti jekk regoli sostantivi ta’ regoli oħra jobbligaw lill-iżviluppatur jikkunsidra l-alternattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punti 113 sa 116 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. F’tali sitwazzjoni normalment ikollu jindikahom skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA u jagħti r-raġunijiet fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent li jiġġustifikaw l-għażla tal-alternattiva magħżula fil-kuntest ta’ dawn ir-regoli l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva SEA, l-iżviluppatur irid isemmi dawk ir-raġunijiet fid-dawl tal-effetti fuq l-ambjent li kien ikollhom l-alternattivi għall-proġett inkwistjoni li kienu ta’ rilevanza waqt l-għażla tiegħu bejn dawn il-possibbiltajiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għad-domandi preliminari kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Għalkemm l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">habitat</HT> naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa ma għandhiex għalfejn tidentifika espressament u kompletament il-habitats u l-ispeċi li għalihom is-sit ġie elenkat bħala sit ta’ importanza għall-Komunità jew huwa protett bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, din l-evalwazzjoni mill-inqas trid tinkludi, impliċitament, konstatazzjonijiet u konklużjonijiet kompleti, preċiżi u definittivi, ta’ natura li jeliminaw kull dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-effetti tax-xogħlijiet inkwistjoni fuq it-tipi ta’ habitat u l-ispeċi protetti (l-ewwel domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 tkun tkopri l-effetti fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit b’mod adegwat biss jekk tinkorpora l-effetti negattivi fuq l-ispeċi tipiċi tat-tipi ta’ habitats protetti u fuq l-ispeċi u l-habitats l-oħra, sa fejn dawn ikunu neċessarji għall-konservazzjoni tat-tipi ta’ habitat u l-ispeċi protetti. (it-tieni domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 trid tikkunsidra wkoll id-deterjorazzjonijiet ta’ speċi jew ta’ habitats barra mil-limiti taż-żoni ta’ konservazzjoni jekk dawn id-deterjorazzjonijiet jista’ jkollhom effetti negattivi fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dawn iż-żoni (it-tielet domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Dettalji dwar il-fażi ta’ kostruzzjoni jistgħu jiġu deċiżi b’deċiżjoni unilaterali tal-iżviluppatur wara l-approvazzjoni tal-proġett skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 unikament jekk jiġi eskluż kull dubju xjentifiku raġonevoli fuq il-punt li l-effetti ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma humiex ser jippreġudikaw is-sit fit-totalità tiegħu (it-tmien domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi raġunijiet espliċiti u ddettaljati għal dawk l-elementi ta’ deċiżjoni li jiġi awtorizzat proġett skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, li jistgħu jqajmu dubju xjentifiku raġonevoli li l-effetti tal-proġett ma humiex ser jippreġudikaw tas-sit fit-totalità tiegħu b’mod suffiċjentement speċifiku u ddettaljat sabiex jiġi eskluż dan id-dubju. Dan japplika b’mod partikolari għal dubji li jirriżultaw mill-konklużjonijiet ta’ spettur. Għalkemm l-awtorità tista’ timmotiva d-deċiżjoni tagħha billi tirreferi għal perizja xjentifika, din ukoll għandha tkun xierqa sabiex teskludi kull dubju xjentifiku raġonevoli (id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il domanda).</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="21"?><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, l-iżviluppatur irid jippreżenta l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-effetti sinjifikattivi possibbli li l-proġett jista’ jkollu fuq il-flora u l-fawna (ir-raba’ domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92 huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> dawk l-alternattivi li jista’ jkollhom influwenza sinjifikattiva fuq l-effetti li proġett għandu fuq l-ambjent (il-ħames domanda).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92, l-iżviluppatur għandu jesponi dawk ir-raġunijiet li wasslu għall-għażla li huwa għamel bejn l-alternattivi possibbli differenti, sa fejn dawn ir-raġunijiet huma relatati mal-effetti tal-proġett u mal-alternattivi possibbli oħra fuq l-ambjent (is-sitt u s-seba’ domanda).</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>