|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1459 |
25.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1459
tal-24 ta’ Lulju 2025
dwar id-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, li japplikaw fil-kwoti għal ċerti prodotti mit-Tuneżija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2025 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija li temenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), billi tissostitwixxi l-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (2), ġiet adottata fit-22 ta’ Jannar 2025 u daħlet fis-seħħ f’dik id-data. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tal-Protokoll 4 jipprevedi derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f’dak il-Protokoll fil-qafas tal-kwoti annwali mogħtija lit-Tuneżija għal perjodu ta’ 5 snin. Għaldaqstant jeħtieġ jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dik id-deroga għall-importazzjonijiet mit-Tuneżija. |
|
(3) |
L-Artikolu 1(1) tal-Appendiċi B tal-Protokoll 4 jipprevedi li d-dritt li wieħed jibbenefika mid-derogi irid ikun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini rilevanti lill-awtoritajiet doganali. |
|
(4) |
L-Artikolu 1(4) tal-Appendiċi B tal-Protokoll 4 jipprevedi li l-Unjoni trid tiġġestixxi dawk il-kwoti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kummissjoni trid tiġġestixxi dawk il-kwoti f’konformità mar-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3). |
|
(5) |
Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-kwoti mogħtija skont il-Protokoll 4, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mit-22 ta’ Jannar 2025, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-Protokoll. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jinfetħu kwoti annwali tal-Unjoni għall-oġġetti li joriġinaw mit-Tuneżija kif stabbilit fl-Anness u għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 5 snin.
Artikolu 2
Biex jibbenefikaw mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim, il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 kif stabbilit f’dak il-Protokoll, li fil-kaxxa 7 ikun fih id-dikjarazzjoni bil-Franċiż: “Dérogation – Appendice B du Protocole 4”.
Artikolu 3
Il-kwoti stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 4
Il-ġbid minn kull kwota annwali għandu jitwaqqaf fl-għoxrin jum ta’ xogħol tal-Kummissjoni wara t-tmiem tal-perjodu annwali. Meta fis-sena N jintuża inqas minn 85 % tal-volum tal-kwota annwali elenkata, l-allokazzjoni tal-kwota għal dik il-linja speċifika għandha tiġi riportata għal limitu ta’ 15 % tal-kwota għas-sena N għas-sena N+1 ta’ wara.
Artikolu 5
Fil-kuntest tal-ġestjoni tal-prodotti li jibbenefikaw mill-kwoti annwali elenkati, meta l-kwota tiġi eżawrita, il-volum inizjali tagħha jiżdied awtomatikament b’ 10 % tal-volum totali tal-kwota prevista fis-sena N+1. Il-volum tal-kwota għas-sena N+1 għandu mbagħad ikun limitat għal 90 %. Il-volumi mhux użati fis-sena N għandhom jiżdiedu ma’ dawk id-90 % tal-kwota għas-sena N+1.
Artikolu 6
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għall-finijiet tal-ġestjoni tal-kwoti, “sena” għandha tfisser, għall-ewwel sena, il-perjodu ta’ 12-il xahar mit-22 ta’ Jannar 2025, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u, għas-snin sussegwenti, il-perjodu ta’ 12-il xahar mit-tmiem tas-sena preċedenti.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-22 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2025 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tat-22 ta’ Jannar 2025 li temenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, billi tissostitwixxi l-Protokoll Nru 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L, 2025/324, 20.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/324/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jrid jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, peress li d-deroga hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM 2025) (1).
|
Nru tal-ordni |
Nomenklatura Magħquda (NM 2025) |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Ħdim jew ipproċessar, magħmulin fuq materjali mhux oriġinarji, li jagħti l-istatus oriġinarju |
Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mit-Tuneżija lejn l-Unjoni Ewropea: mill-ewwel sena sa tmiem it-tielet sena |
Kwota annwali għall-esportazzjonijiet mit-Tuneżija lejn l-Unjoni Ewropea: mir-raba’ sena sa tmiem il-ħames sena |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
|
09.1228 |
6103 42 00 |
Qliezet, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet tal-qoton tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
139 000 unità |
108 000 unità |
|
09.1229 |
6103 49 00 |
Qliezet, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet ta’ materjali tessili għajr tas-suf, tal-qoton jew ta’ fibri sintetiċi tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
101 700 unità |
71 100 unità |
|
09.1230 |
6104 62 00 |
Qliezet, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet tal-qoton tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
310 000 unità |
213 000 unità |
|
09.1231 |
6104 63 00 |
Qliezet, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet ta’ fibri sintetiċi tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
248 600 unità |
174 200 unità |
|
09.1232 |
6105 10 00 |
Qomos tal-qoton tal-irġiel jew tas-subien, innittjati jew maħdumin bil-ganċ |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
235 000 unità |
160 500 unità |
|
09.1233 |
6106 20 00 |
Blouses, qomos u kamiċetti ta’ fibri magħmulin mill-bniedem tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
71 200 unità |
51 600 unità |
|
09.1234 |
6108 22 00 |
Briefs u qliezet ta’ taħt ta’ fibri magħmulin mill-bniedem tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
610 500 unità |
416 000 unità |
|
09.1235 |
6108 31 00 |
Ilbiesi tas-sodda u piġami tal-qoton tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
113 000 unità |
76 800 unità |
|
09.1236 |
6109 10 00 , 6109 90 20 |
T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, tal-qoton, tas-suf jew tax-xagħar fin tal-annimali jew ta’ fibri magħmulin mill-bniedem, innittjati jew maħdumin bil-ganċ |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
4 764 080 unità |
2 635 800 unità |
|
09.1237 |
6112 31 90 |
Malji tal-għawm ta’ fibri sintetiċi tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
237 300 unità |
160 400 unità |
|
09.1238 |
6112 41 90 |
Malji tal-għawm ta’ fibri sintetiċi tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
768 400 unità |
595 900 unità |
|
09.1239 |
6201 30 10 |
Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili tal-qoton tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
45 000 unità |
33 000 unità |
|
09.1240 |
6201 40 10 |
Palitojiet, ġakkuni, imnatar, anoraks, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili ta’ fibri magħmulin mill-bniedem tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
54 000 unità |
42 000 unità |
|
09.1241 |
6201 90 00 |
Palitojiet, ġakkuni, imnatar, kapep, anoraks, ġkieket li jilqgħu għar-riħ u oġġetti simili ta’ materjali tessili oħrajn tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
26 000 unità |
20 000 unità |
|
09.1242 |
6203 23 10 |
Tibdiliet ikkoordinati industrijali u li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ fibri sintetiċi tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
113 000 unità |
88 300 unità |
|
09.1243 |
6203 32 10 |
Ġkieket u blejżers tal-qoton, industrijali u li għandhom x’jaqsmu max-xogħol tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
84 750 unità |
65 300 unità |
|
09.1244 |
6203 33 10 |
Ġkieket u blejżers ta’ fibri sintetiċi, industrijali u li għandhom x’jaqsmu max-xogħol tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
120 000 unità |
94 000 unità |
|
09.1245 |
6203 42 11 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tal-qoton industrijali u li għandhom x’jaqsmu max-xogħol tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
237 300 unità |
194 800 unità |
|
09.1246 |
6203 42 31 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tad-denim tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
3 220 000 unità |
2 540 000 unità |
|
09.1247 |
6203 42 35 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tal-qoton (għajr tad-denim jew tal-corduroy) tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
791 000 unità |
630 000 unità |
|
09.1248 |
6203 42 90 |
Qomos tal-qoton tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
140 000 unità |
100 000 unità |
|
09.1249 |
6203 43 11 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tax-xogħol ta’ fibri sintetiċi tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
240 000 unità |
170 000 unità |
|
09.1250 |
6203 49 90 |
Qliezet, overalls bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet ta’ taħt l-irkoppa u xorzijiet ta’ materjali tessili għajr tas-suf, tal-qoton jew ta’ fibri sintetiċi magħmulin mill-bniedem tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
60 500 unità |
56 000 unità |
|
09.1251 |
6204 42 00 |
Ilbiesi tal-qoton tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
90 400 unità |
71 000 unità |
|
09.1252 |
6204 43 00 |
Ilbiesi ta’ fibri sintetiċi tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
210 000 unità |
160 000 unità |
|
09.1253 |
6204 44 00 |
Ilbiesi ta’ fibri artifiċjali tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
150 000 unità |
122 000 unità |
|
09.1254 |
6204 62 31 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tad-denim tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
1 515 000 unità |
1 390 000 unità |
|
09.1255 |
6204 62 39 |
Qliezet u qliezet ta’ taħt l-irkoppa tal-qoton (għajr tad-denim jew tal-corduroy) tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
580 000 unità |
470 000 unità |
|
09.1256 |
6205 20 00 |
Qomos tal-qoton tal-irġiel jew tas-subien |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
247 000 unità |
170 000 unità |
|
09.1257 |
6206 40 00 |
Blouses, qomos u kamiċetti ta’ fibri magħmulin mill-bniedem tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
280 000 unità |
200 000 unità |
|
09.1258 |
6211 12 00 |
Malji tal-għawm tan-nisa jew tal-bniet |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
300 000 unità |
240 000 unità |
|
09.1259 |
6212 10 90 |
Riċipetti tat-tipi kollha ta’ materjali tessili |
Qtugħ tad-drapp u tfassil |
995 000 unità |
800 000 unità |
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
ĠU L, 2024/2522, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1459/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)